+Artikolu 69 Talbiet għall-informazzjoni
---+Artikolu 69 1.
---+Artikolu 69 2.
---+Artikolu 69 3.
---+Artikolu 69 4.
---+Artikolu 69 5.
|
Artikolu 69 Talbiet għall-informazzjoni
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 69 1.
|
Il-Kummissjoni tista’ tintervista kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika li tagħti l-kunsens li tiġi intervistata bl-iskop li tinġabar l-informazzjoni kollha meħtieġa relatata mal-vjeġġi ta’ skart rilevanti.
|
|
Artikolu 69 2.
|
Meta tali intervista ssir fil-bini ta’ stabbiliment, impriża, sensar jew negozjant, il-Kummissjoni għandha tinforma lill-persunal permanenti reponsabbli għall-kooperazzjoni jew il-punti fokali msemmija fl-Artikolu 65(2) fl-Istat Membru kkonċernat li fit-territorju tiegħu ssir l-intervista. Jekk jintalab hekk mill-awtorità ta’ dak l-Istat Membru, l-uffiċjali tiegħu jistgħu jassistu lill-persunal tal-Kummissjoni biex issir l-intervista. L-istedina għal intervista għandha tintbagħat lill-persuna inkwistjoni b’avviż ta’ mill-inqas 10 ijiem tax-xogħol. Dak il-perjodu ta’ avviż jista’ jitqassar bil-kunsens espliċitu tal-persuna kkonċernata jew għal raġunijiet debitament motivati ta’ urġenza tal-ispezzjoni. Fl-aħħar każ, il-perjodu ta’ avviż ma għandux ikun anqas minn 24 siegħa. L-istedina għandha tinkludi lista tad-drittijiet tal-persuna kkonċernata, b’mod partikolari id-dritt li tiġi assistita minn persuna tal-għażla tagħha.
|
|
Artikolu 69 3.
|
Il-Kummissjoni tista’ titlob lill-persuni ġuridiċi jew fiżiċi li jkunu responsabbli għal stabbiliment jew impriża, jew kwalunkwe sensar u negozjant biex jipprovdu l-informazzjoni kollha meħtieġa relatata mal-vjeġġi ta’ skart rilevanti. Il-Kummissjoni għandha tiddikjara l-bażi ġuridika u l-iskop tat-talba, tispeċifika liema informazzjoni hija meħtieġa u tiffissa l-limitu ta’ żmien li fih l-informazzjoni għandha tiġi pprovduta.
|
|
Artikolu 69 4.
|
Il-Kummissjoni għandha mingħajr dewmien tagħmel disponibbli t-talba lill-awtoritajiet rilevanti tal-Istat Membru li fit-territorju tiegħu tkun tinsab is-sede tal-istabbiliment, l-impriża, is-sensar jew in-negozjant u lill-awtoritajiet tal-Istat Membru li t-territorju tiegħu jkun affettwat.
|
|
Artikolu 69 5.
|
Meta l-istabbiliment, l-impriża, is-sensar jew in-negozjant ma jipprovdux l-informazzjoni mitluba, jew il-Kummissjoni tqis li l-informazzjoni li tkun irċeviet ma tkunx biżżejjed biex tintlaħaq konklużjoni, it-tieni sentenza tal-Artikolu 61(6) għandha tapplika, mutatis mutandis.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|