+Artikolu 70 2.

Artikolu 70 2.

In-notifikatur, il-persuna li torganizza l-vjeġġ, il-produttur tal-iskart, id-detentur tal-iskart, it-trasportatur tal-iskart, id-destinatarju jew il-faċilità li tirċievi l-iskart għandu jkollhom:

(a) 

id-dritt li ma jagħmlux dikjarazzjonijiet awtoinkriminanti;

(b) 

id-dritt li jkunu assistiti minn persuna tal-għażla tagħhom;

(c) 

id-dritt li jużaw kwalunkwe lingwa uffiċjali tal-Istat Membru fejn issir l-ispezzjoni;

(d) 

id-dritt li jikkummentaw dwar il-fatti li jikkonċernawhom, ladarba l-ispezzjoni tkun tlestiet u qabel l-adozzjoni ta’ rapport skont l-Artikolu 67(4). L-istedina biex jitressqu kummenti għandha tinkludi sommarju tal-fatti li jikkonċernaw il-persuna inkwistjoni u għandha tindika limitu ta’ żmien adegwat għas-sottomissjoni tal-kummenti. F’każijiet debitament ġustifikati meta jkun meħtieġ biex titħares il-kunfidenzjalità tal-ispezzjoni jew ta’ investigazzjoni amministrattiva jew kriminali li tkun għaddejja jew futura minn awtorità nazzjonali, il-Kummissjoni tista’ tiddeċiedi li tiddifferixxi l-istedina biex jitressqu kummenti;

(e) 

id-dritt li jirċievu kopja tar-reġistrazzjoni tal-intervista u japprovawha jew iżidu xi osservazzjonijiet;

(f) 

meta l-Kummissjoni tkun għamlet rakkomandazzjonijiet ġudizzjarji skont l-Artikolu 67(4), u mingħajr preġudizzju għad-drittijiet ta’ kunfidenzjalità tal-informaturi u tal-kollaboraturi, u f’konformità mar-regoli applikabbli dwar il-kunfidenzjalità u l-protezzjoni tad-data, il-persuna inkwistjoni tista’ titlob lill-Kummissjoni tipprovdi r-rapport imfassal skont l-Artikolu 67(4) sa fejn dan ikun relatat ma’ dik il-persuna. Il-Kummissjoni għandha tagħti aċċess biss bil-kunsens espliċitu tar-riċevituri kollha tar-rapport.

Il-Kummissjoni għandha tfittex evidenza favur u kontra n-notifikatur, il-persuna li torganizza l-vjeġġ, il-produttur tal-iskart, id-detentur tal-iskart, it-trasportatur tal-iskart, id-destinatarju jew il-faċilità li tirċievi l-iskart, u twettaq spezzjonijiet u titlob informazzjoni b’mod oġġettiv u imparzjali u f’konformità mal-prinċipju tal-preżunzjoni tal-innoċenza.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit