+Artikolu 84 Rieżami

Artikolu 84 Rieżami

Artikolu 84

Rieżami

Sal-31 ta’ Diċembru 2035, il-Kummissjoni, filwaqt li tqis, fost l-oħrajn, ir-rapporti mfassla f’konformità mal-Artikolu 73, u r-rieżami msemmi fl-Artikolu 62(5), għandha twettaq rieżami ta’ dan ir-Regolament u tissottometti rapport dwar ir-riżultati tiegħu lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, u jekk il-Kummissjoni tqis li jkun xieraq, akkumpanjati minn proposta leġiżlattiva.

Il-Kummissjoni, matul ir-rieżami tagħha u bħala parti mir-rapport tagħha, għandha tivvaluta b’mod partikolari:

(a) 

l-effiċjenza tal-proċedura ta’ notifika u ta’ kunsens bil-miktub minn qabel stabbilita fil-Kapitolu 1 tat-Titolu II, u b’mod partikolari l-iskedi ta’ żmien relatati fl-Artikoli 8, 14, 15 u 16 fost l-oħrajn billi jiġu analizzati elementi bħan-numru ta’ oġġezzjonijiet u kunsensi, u ż-żmien bejn is-sottomissjoni ta’ notifika u deċiżjoni meħuda dwarha. Il-Kummissjoni tista’ tuża data maħżuna fis-sistemi msemmija fl-Artikolu 27 għal dan l-għan;

(b) 

jekk il-pubblikazzjoni ta’ data dwar il-vjeġġi ta’ skart f’konformità mal-Artikolu 21 tipprovdix trasparenza adegwata, b’mod partikolari billi tanalizza jekk, u għaliex, l-ismijiet tal-faċilitajiet fid-destinazzjoni tqisux kunfidenzjali minħabba l-leġiżlazzjoni tal-Unjoni u nazzjonali mill-awtoritajiet kompetenti jew mill-persuni li jorganizzaw il-vjeġġi;

(c) 

jekk dan ir-Regolament ikkontribwiex biżżejjed għan-newtralità klimatika, il-kisba ta’ ekonomija ċirkolari u tniġġis żero, filwaqt li jitqiesu r-rapporti u d-data ppubblikati mill-aġenziji rilevanti tal-Unjoni.

Il-Kummissjoni, matul ir-rieżami tagħha u bħala parti mir-rapport tagħha, għandha tivvaluta wkoll jekk il-prinċipju tal-ugwaljanza fid-dritt tal-Unjoni ġiex irrispettat, tevalwa f’dan il-kuntest l-impatti possibbli fuq il-kompetittività ta’ xi Stat Membru, u tieħu miżuri ta’ rettifika meta jitqies li jkun meħtieġ.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit