+TITOLU VIII DISPOŻIZZJONIJIET FINALI
---+Artikolu 72 Format tal-komunikazzjonijiet
---+Artikolu 73 Rapportar
------+Artikolu 73 1.
------+Artikolu 73 2.
------+Artikolu 73 3.
------+Artikolu 73 4.
------+Artikolu 73 5.
---+Artikolu 74 Kooperazzjoni internazzjonali
---+Artikolu 75 Deżinjazzjoni tal-awtoritajiet kompetenti
---+Artikolu 76 Deżinjazzjoni tal-korrispondenti
---+Artikolu 77 Deżinjazzjoni tal-uffiċċji doganali tad-dħul u tal-ħruġ
---+Artikolu 78 Notifika u informazzjoni dwar id-deżinjazzjonijiet
------+Artikolu 78 1.
------+Artikolu 78 2.
------+Artikolu 78 3.
------+Artikolu 78 4.
------+Artikolu 78 5.
---+Artikolu 79 Emenda tal-Annessi minn I sa X u XII
------+Artikolu 79 1.
------+Artikolu 79 2.
------+Artikolu 79 3.
------+Artikolu 79 4.
------+Artikolu 79 5.
------+Artikolu 79 6.
------+Artikolu 79 7.
------+Artikolu 79 8.
---+Artikolu 80 Eżerċizzju tad-delega
------+Artikolu 80 1.
------+Artikolu 80 2.
------+Artikolu 80 3.
------+Artikolu 80 4.
------+Artikolu 80 5.
------+Artikolu 80 6.
---+Artikolu 81 Proċedura ta’ kumitat
------+Artikolu 81 1.
------+Artikolu 81 2.
---+Artikolu 82 Emendi tar-Regolament (UE) Nru 1257/2013
---+Artikolu 83 Emenda tar-Regolament (UE) 2020/1056
---+Artikolu 84 Rieżami
---+Artikolu 85 Tħassir u dispożizzjonijiet tranżitorji
------+Artikolu 85 1.
------+Artikolu 85 2.
------+Artikolu 85 3.
------+Artikolu 85 4.
------+Artikolu 85 5.
------+Artikolu 85 6.
------+Artikolu 85 7.
------+Artikolu 85 8.
---+Artikolu 86 Dħul fis-seħħ u applikazzjoni
------+Artikolu 86 1.
------+Artikolu 86 2.
------+Artikolu 86 3.

TITOLU VIII DISPOŻIZZJONIJIET FINALI

TITOLU VIII DISPOŻIZZJONIJIET FINALI

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 72 Format tal-komunikazzjonijiet

Artikolu 72

Format tal-komunikazzjonijiet

Meta d-dispożizzjonijiet fl-Artikolu 27 ma japplikawx jew meta atturi barra l-Unjoni ma jkunux konnessi mas-sistema ċentrali msemmija fl-Artikolu 27(3), l-atturi rilevanti jistgħu jissottomettu u jiskambjaw l-informazzjoni u d-dokumenti msemmija f’dan ir-Regolament bil-posta, bil-faks, bl-email b’firma diġitali, bl-email mingħajr firma diġitali segwita bil-posta jew, meta jkun hemm qbil bejn l-atturi kkonċernati, bl-email mingħajr firma diġitali. Fil-każ ta’ email b’firma diġitali, kwalunkwe timbru jew firma meħtieġa għandhom jiġu sostitwiti bil-firma diġitali.

Artikolu 73 Rapportar
Artikolu 74 Kooperazzjoni internazzjonali

Artikolu 74

Kooperazzjoni internazzjonali

L-Istati Membri, meta jkun xieraq u meħtieġ b’kollaborazzjoni mal-Kummissjoni, għandhom jikkooperaw ma’ Partijiet oħrajn għall-Konvenzjoni ta’ Basilea u organizzazzjonijiet inter-Statali, fost l-oħrajn, permezz tal-iskambju jew il-kondiviżjoni tal-informazzjoni, il-promozzjoni ta’ teknoloġija li tħares l-ambjent u l-iżvilupp ta’ kodiċijiet xierqa ta’ prattika tajba.

Artikolu 75 Deżinjazzjoni tal-awtoritajiet kompetenti

Artikolu 75

Deżinjazzjoni tal-awtoritajiet kompetenti

L-Istati Membri għandhom jiddeżinjaw l-awtorità jew l-awtoritajiet kompetenti responsabbli għall-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament. Kull Stat Membru għandu jiddeżinja awtorità tat-tranżitu kompetenti waħda biss.

Artikolu 76 Deżinjazzjoni tal-korrispondenti

Artikolu 76

Deżinjazzjoni tal-korrispondenti

L-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom rispettivament jiddeżinjaw korrispondent wieħed jew iktar responsabbli sabiex jinformaw u jagħtu pariri lil persuni jew impriżi li jitolbu informazzjoni relatata mal-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament. Il-korrispondent tal-Kummissjoni għandu jgħaddi lill-korrispondenti tal-Istati Membri kwalunkwe mistoqsija magħmula lilu li tikkonċerna lill-Istati Membri, u viċe versa.

Artikolu 77 Deżinjazzjoni tal-uffiċċji doganali tad-dħul u tal-ħruġ

Artikolu 77

Deżinjazzjoni tal-uffiċċji doganali tad-dħul u tal-ħruġ

L-Istati Membri jistgħu jiddeżinjaw uffiċċji doganali speċifiċi tad-dħul u tal-ħruġ għall-vjeġġi ta’ skart li jidħlu fl-Unjoni u li joħorġu minnha. Meta Stat Membru jiddeċiedi li jiddeżinja tali uffiċċji doganali, ebda punt ta’ qsim tal-fruntieri ieħor f’dak l-Istat Membru ma għandu jintuża għall-finijiet ta’ vjeġġi li jidħlu fl-Unjoni jew li joħorġu minnha.

Artikolu 78 Notifika u informazzjoni dwar id-deżinjazzjonijiet
Artikolu 79 Emenda tal-Annessi minn I sa X u XII
Artikolu 80 Eżerċizzju tad-delega
Artikolu 81 Proċedura ta’ kumitat
Artikolu 82 Emendi tar-Regolament (UE) Nru 1257/2013

Artikolu 82

Emendi tar-Regolament (UE) Nru 1257/2013

Ir-Regolament (UE) Nru 1257/2013 huwa emendat kif ġej:

(1) 

fl-Artikolu 3(2), il-formulazzjoni introduttorja hija sostitwita b’dan li ġej:

“Għall-finijiet tal-Artikolu 6(2)(a), l-Artikolu 7(2)(d) u l-Artikoli 13, 15 u 16,”;

(2) 

fl-Artikolu 6(2), il-punt (a) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(a) 

jiġu rriċiklati biss f’faċilitajiet tar-riċiklaġġ tal-bastimenti li jkunu inklużi fil-Lista Ewropea u, fil-każ ta’ bastimenti li huma meqjusa bħala skart perikoluż, ikunu jinsabu f’żona taħt il-ġuriżdizzjoni nazzjonali ta’ Stat Membru u jkunu esportati mill-Unjoni, f’dawk il-faċilitajiet biss li jkunu inklużi fil-Lista Ewropea li jinsabu f’pajjiżi elenkati fl-Anness VII tal-Konvenzjoni ta’ Basilea.”.

Artikolu 83 Emenda tar-Regolament (UE) 2020/1056

Artikolu 83

Emenda tar-Regolament (UE) 2020/1056

Ir-Regolament (UE) 2020/1056 huwa emendat kif ġej:

(1) 

fl-Artikolu 2(1)(a), il-punt (iv) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(iv) 

l-Artikoli 9(2), 16(1) u l-Artikolu 18(4) tar-Regolament (UE) 2024/1157 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( *1 ); dan ir-Regolament huwa mingħajr preġudizzju għall-kontrolli mill-uffiċċji doganali previsti fid-dispożizzjonijiet rilevanti tal-atti legali tal-Unjoni;

(2) 

fl-Artikolu 5, jiddaħħal il-paragrafu li ġej:

“1a.  
B’deroga mill-paragrafu 1, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jaċċettaw informazzjoni regolatorja, inkluża informazzjoni addizzjonali, skont ir-Regolament (UE) 2024/1157 mill-21 ta’ Mejju 2026.”;
(3) 

fl-Artikolu 5, il-paragrafu 2 huwa mħassar;

(4) 

fl-Artikolu 7, jiżdied il-paragrafu li ġej:

“4.  
B’deroga mill-paragrafu 3, l-elementi msemmija fil-paragrafu 1 li huma relatati mar-rekwiżiti ta’ informazzjoni stabbiliti fid-dispożizzjonijiet imsemmija fil-punt (iv) tal-Artikolu 2(1)(a) għandhom jiġu adottati mhux aktar tard mid-data msemmija fl-Artikolu 27(5) tar-Regolament (UE) 2024/1157.”;
(5) 

fl-Artikolu 8, jiżdied il-paragrafu li ġej:

“4.  
B’deroga mill-paragrafu 3, l-elementi msemmija fil-paragrafu 1 li huma speċifikament relatati mal-aċċess u l-ipproċessar mill-awtoritajiet ta’ informazzjoni regolatorja fir-rigward tar-rekwiżiti stabbiliti fid-dispożizzjonijiet imsemmija fil-punt (iv) tal-Artikolu 2(1)(a), inkluża l-komunikazzjoni mal-operaturi ekonomiċi fir-rigward ta’ dik l-informazzjoni, għandhom jiġu adottati mhux aktar tard mid-data msemmija fl-Artikolu 27(5) tar-Regolament (UE) 2024/1157.”;
(6) 

fl-Artikolu 9, jiżdied il-paragrafu li ġej:

“3.  
B’deroga mill-paragrafu 2, l-elementi msemmija fil-paragrafu 1 li huma speċifikament relatati mal-ipproċessar tal-informazzjoni regolatorja fir-rigward tar-rekwiżiti stabbiliti fid-dispożizzjonijiet imsemmija fil-punt (iv) tal-Artikolu 2(1)(a) għandhom jiġu adottati mhux aktar tard mid-data msemmija fl-Artikolu 27(5) tar-Regolament (UE) 2024/1157.”.
Artikolu 84 Rieżami

Artikolu 84

Rieżami

Sal-31 ta’ Diċembru 2035, il-Kummissjoni, filwaqt li tqis, fost l-oħrajn, ir-rapporti mfassla f’konformità mal-Artikolu 73, u r-rieżami msemmi fl-Artikolu 62(5), għandha twettaq rieżami ta’ dan ir-Regolament u tissottometti rapport dwar ir-riżultati tiegħu lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, u jekk il-Kummissjoni tqis li jkun xieraq, akkumpanjati minn proposta leġiżlattiva.

Il-Kummissjoni, matul ir-rieżami tagħha u bħala parti mir-rapport tagħha, għandha tivvaluta b’mod partikolari:

(a) 

l-effiċjenza tal-proċedura ta’ notifika u ta’ kunsens bil-miktub minn qabel stabbilita fil-Kapitolu 1 tat-Titolu II, u b’mod partikolari l-iskedi ta’ żmien relatati fl-Artikoli 8, 14, 15 u 16 fost l-oħrajn billi jiġu analizzati elementi bħan-numru ta’ oġġezzjonijiet u kunsensi, u ż-żmien bejn is-sottomissjoni ta’ notifika u deċiżjoni meħuda dwarha. Il-Kummissjoni tista’ tuża data maħżuna fis-sistemi msemmija fl-Artikolu 27 għal dan l-għan;

(b) 

jekk il-pubblikazzjoni ta’ data dwar il-vjeġġi ta’ skart f’konformità mal-Artikolu 21 tipprovdix trasparenza adegwata, b’mod partikolari billi tanalizza jekk, u għaliex, l-ismijiet tal-faċilitajiet fid-destinazzjoni tqisux kunfidenzjali minħabba l-leġiżlazzjoni tal-Unjoni u nazzjonali mill-awtoritajiet kompetenti jew mill-persuni li jorganizzaw il-vjeġġi;

(c) 

jekk dan ir-Regolament ikkontribwiex biżżejjed għan-newtralità klimatika, il-kisba ta’ ekonomija ċirkolari u tniġġis żero, filwaqt li jitqiesu r-rapporti u d-data ppubblikati mill-aġenziji rilevanti tal-Unjoni.

Il-Kummissjoni, matul ir-rieżami tagħha u bħala parti mir-rapport tagħha, għandha tivvaluta wkoll jekk il-prinċipju tal-ugwaljanza fid-dritt tal-Unjoni ġiex irrispettat, tevalwa f’dan il-kuntest l-impatti possibbli fuq il-kompetittività ta’ xi Stat Membru, u tieħu miżuri ta’ rettifika meta jitqies li jkun meħtieġ.

Artikolu 85 Tħassir u dispożizzjonijiet tranżitorji
Artikolu 86 Dħul fis-seħħ u applikazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit