+Preamble: 1

Preamble: 1

IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 235 tiegħu,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill Nru 136/66/KEE tat-22 ta' Settembru 1966 dwar l-istabbiliment ta' organizzazzjoni komuni tas-suq taż-żjut u tax-xaħmijiet ( 1 ), kif emendat l-aħħar mir-Regolament (KEE) Nru 1917/80 ( 2 ), u partikolarment l-Artikolu 3(1) tieghu,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 827/68 tat-28 ta' Ġunju 1968 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq ta' ċerti prodotti elenkati fl-Anness II tat-Trattat ( 3 ), kif l-aħħar emendat mir-Regolament (KEE) Nru 1117/78 ( 4 ), u partikolarment l-Artikolu 4(3) tieghu,

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni ( 5 ),

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew ( 6 ),

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali ( 7 ),

Billi l-konservazzjoni ta' l-ispeċi taċ-ċetaċej titlob miżuri li jirrestrinġu l-kummerċ internazzjonali; billi dawn għandhom ikunu miżuri fuq livell Komunitarju u għandhom fl-istess waqt jirrispettaw l-obbligi internazzjonali tal-Komunità;

Billi, waqt li tkun għadha pendenti l-adozzjoni fuq livell Komunitarju ta' aktar miżuri ġenerali li jirrigwardaw is-sorveljanza tal-kummerċ fl-ispeċi ta' fawna u flora salvaġġa, l-importazzjoni tal-prodotti prinċipali mill-balieni u ċetaċej oħra għandha tkun suġġetta, fi stadju inizjali, għal permessi tal-importazzjoni, waqt li l-possibbiltà li tiġi estiża l-lista ta' dawn il-prodotti hija wkoll riservata; billi, sabiex tiġi iċċarata s-sitwazzjoni, jista’ jkun utili li wieħed jinnota li, sakemm il-possibilità ta' din l-estenzjoni tkun għadha pendenti, l-Istati Membri jibqgħu kompetenti sabiex jieħdu, fl-osservanza tat-Trattat, miżuri għall-ħarsien ta' l-ispeċi li għandhom x'jaqsmu ma’ l-importazzjoni ta' prodotti li mhumiex koperti minn dan ir-Regolament; billi l-awtoritajiet kompetenti m'għandhomx joħorġu dawn il-permessi sakemm ma jkunux aċċertaw ruħhom li l-prodotti f'dak il-każ ma jkunux sejrin jintużaw għal skopijiet kummerċjali,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

L-Artikolu 1

1.  Mill-1 ta' Jannar 1982 l-introduzzjoni fil-Komunità tal-prodotti elenkati fl-Anness għandhom ikunu suġġetti għall-produzjoni ta' liċenzja tal-importazzjoni. L-ebda liċenzja bħal din m'għandha tinħareġ għal prodotti li jkunu sejrin jintużaw għal skopijiet kummerċjali.

2.  L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni qabel l-1 ta' Lulju 1981 bl-ismijiet u l-indirizzi ta' l-awtoritajiet kompetenti biex joħorġu l-liċenzji ta' l-importazzjoni msemmija fil-paragrafu 1. Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Istati Membri l-oħra dwar dan minnufih.

L-Artikolu 2

1.  Kumitat dwar il-Prodotti Ċetaċej, hawnhekk iżjed ’il quddiem imsejjaħ “il-Kumitat” qiegħed jiġi stabbilit, u dan jikkonsisti f'rappreżentanti ta' l-Istati Membri b'rappreżentant tal-Kummissjoni bħala President.

Il-Kumitat għandu jadotta r-regoli tal-proċedura tiegħu.

Jista’ jeżamina kull kwistjoni li għandha x'taqsam ma’ l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament, inkluża l-kwistjoni tal-kontroll, sottomessa lilu mill-Presidenti tiegħu jew fuq l-inizjattiva tiegħu stess jew fuq talba mir-rappreżentant ta' Stat Membru.

Il-proċedura li ġejja għandha tiġi adottata għall-implementazzjoni ta' dan ir-Regolament:

(a) ir-rappreżentant tal-Kummissjoni għandu jissottometti lill-Kumitat abbozz tad-dispożizzjonijiet li jridu jiġu adottati. Il-Kumitat għandu jagħti l-opinjoni tiegħu dwar l-abbozz fi żmien iffissat mill-President li jikkunsidra l-urġenza tal-każ. Id-deċiżjonijiet għandhom jittieħdu b'maġġoranza ta' ►A2  62 ◄ vot, u l-voti tal-Istati Membri għandhom ikunu peżati skond kif stabbilit fl-Artikolu 148(2) tat-Trattat. Il-President m'għandux jivvota.

(b) Il-Kummissjoni għandha tadotta d-dispożizzjonijiet previsti jekk dawn ikunu skond l-opinjoni tal-Kumitat.

(ċ) Jekk il-miżuri previsti ma jkunux skond l-opinjoni tal-Kumitat, jew jekk l-ebda opinjoni ma tkun ingħatat, il-Kummissjoni għandha mingħajr dewmien, tissottometti lill-Kunsill proposta fir-rigward tal-miżuri li għandhom jiġu adottati. Il-Kunsill għandu jaġixxi b'maġġoranza kwalifikata. Jekk, fi żmien tliet xhur minn meta l-proposta tkun ġiet sottomessa lilu, il-Kunsill ma jkunx aġixxa, id-dispożizzjonijiet proposti għandhom jiġu adottati mill-Kummissjoni.

L-Artikolu 3

1.  Kemm jista’ jkun malajr, il-Kunsill għandu jissottometti lill-Kunsill rapport dwar jekk il-lista ta' prodotti fl-Anness ta' dan ir-Regolament għandhiex tiġi estiża, u dwar il-possibbiltajiet ta' sorveljanza tal-ħarsien tad-dispożizzjonijiet tiegħu, flimkien mal-proposti, skond ma jkun il-każ.

2.  Il-Kunsill, permezz ta' maġġoranza kwalifikata fuq proposta mill-Kummissjoni jista’ jiddeċiedi li jestendi l-lista msemmija fil-paragrafu 1.

3.  Sakemm tittieħed din id-deċiżjoni, l-Istati Membri jistgħu jieħdu, b'mod konformi mat-Trattat, miżuri li jirrigwardaw prodotti oħra taċ-ċetaċej li ma jaqgħux taħt dan ir-Regolament għall-ħarsien ta' l-ispeċi.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 01.01.1995 00:00:00 -Doknr: CELEX:31981R0348
  • EULAW_BG -

    EULAW_BG