+Taqsima 6 Sigurtà tan-network
---+Artikolu 13 Ġestjoni tas-sigurtà tan-network
---+Artikolu 14 Żgurar tal-informazzjoni fi tranżitu
------+Artikolu 14 1.
------+Artikolu 14 2.

Taqsima 6 Sigurtà tan-network

Taqsima 6 Sigurtà tan-network

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 13 Ġestjoni tas-sigurtà tan-network

Artikolu 13

Ġestjoni tas-sigurtà tan-network

L-entitajiet finanzjarji għandhom, bħala parti mis-salvagwardji li jiżguraw is-sigurtà tan-networks kontra l-intrużjonijiet u l-użu ħażin tad-data, jiżviluppaw, jiddokumentaw u jimplimentaw politiki, proċeduri, protokolli u għodod dwar il-ġestjoni tas-sigurtà tan-network, inklużi dawn kollha li ġejjin:

(a) 

is-segregazzjoni u s-segmentazzjoni tas-sistemi u tan-networks tal-ICT filwaqt li jitqiesu:

(i) 

il-kritikalità jew l-importanza tal-funzjoni li jappoġġaw dawk is-sistemi u n-networks tal-ICT;

(ii) 

il-klassifikazzjoni stabbilita f’konformità mal-Artikolu 8(1) tar-Regolament (UE) 2022/2554;

(iii) 

il-profil tar-riskju kumplessiv tal-assi tal-ICT bl-użu ta’ dawk is-sistemi u networks;

(b) 

id-dokumentazzjoni tal-konnessjonijiet tan-network u l-flussi tad-data kollha tal-entità finanzjarja;

(c) 

l-użu ta’ network separat u ddedikat għall-amministrazzjoni tal-assi tal-ICT;

(d) 

l-identifikazzjoni u l-implimentazzjoni ta’ kontrolli tal-aċċess għan-network biex jiġu evitati u identifikati konnessjonijiet man-network tal-entità finanzjarja minn kwalunkwe apparat jew sistema mhux awtorizzati, jew kwalunkwe punt tat-tmiem li ma jissodisfax ir-rekwiżiti ta’ sigurtà tal-entità finanzjarja;

(e) 

il-kriptaġġ tal-konnessjonijiet tan-network li jgħaddu minn fuq in-networks korporattivi, in-networks pubbliċi, in-networks domestiċi, in-networks ta’ partijiet terzi, u n-networks mingħajr fili, għall-protokolli ta’ komunikazzjoni użati, filwaqt li jitqiesu r-riżultati tal-klassifikazzjoni tad-data approvata, ir-riżultati tal-valutazzjoni tar-riskju tal-ICT u l-kriptaġġ tal-konnessjonijiet tan-network imsemmija fl-Artikolu 6(2);

(f) 

id-disinn ta’ networks f’konformità mar-rekwiżiti tas-sigurtà tal-ICT stabbiliti mill-entità finanzjarja, filwaqt li jitqiesu l-prattiki ewlenin biex jiġu żgurati l-kunfidenzjalità, l-integrità u d-disponibbiltà tan-network;

(g) 

l-iżgurar tat-traffiku tan-network bejn in-networks interni u l-Internet u konnessjonijiet esterni oħrajn;

(h) 

l-identifikazzjoni tar-rwoli u tar-responsabbiltajiet u tal-passi għall-ispeċifikazzjoni, għall-implimentazzjoni, għall-approvazzjoni, għat-tibdil u għar-rieżami tar-regoli dwar il-firewalls u tal-filtri tal-konnessjonijiet;

(i) 

il-prestazzjoni tar-rieżamijiet tal-arkitettura tan-network u tad-disinn tas-sigurtà tan-network darba fis-sena, u perjodikament għall-mikrointrapriżi, biex jiġu identifikati l-vulnerabbiltajiet potenzjali;

(j) 

il-miżuri biex jiġu iżolati temporanjament, meta meħtieġ, is-subnetworks, u l-komponenti u l-apparati tan-network;

(k) 

l-implimentazzjoni ta’ linja bażi ta’ konfigurazzjoni sigura tal-komponenti kollha tan-network, u t-twebbis tan-network u tal-apparati tan-network f’konformità ma’ kwalunkwe struzzjoni tal-bejjiegħ, u, meta applikabbli, standards, kif iddefiniti fl-Artikolu 2, il-punt (1) tar-Regolament (UE) Nru 1025/2012, u prattiki ewlenin;

(l) 

il-proċeduri biex jiġu llimitati, imblokkati u tterminati s-sistema u s-sessjonijiet mill-bogħod wara perjodu speċifikat ta’ inattività;

(m) 

għall-ftehimiet dwar is-servizzi tan-network:

(i) 

l-identifikazzjoni u l-ispeċifikazzjoni tal-miżuri tas-sigurtà tal-ICT u tal-informazzjoni, tal-livelli ta’ servizz u tar-rekwiżiti ta’ ġestjoni tas-servizzi kollha tan-network;

(ii) 

jekk dawk is-servizzi humiex ipprovduti minn fornitur ta’ servizzi intragrupp tal-ICT jew minn fornituri terz ta’ servizzi tal-ICT.

Għall-finijiet tal-punt (h), l-entitajiet finanzjarji għandhom iwettqu r-rieżami tar-regoli dwar il-firewall u tal-filtri tal-konnessjonijiet fuq bażi regolari f’konformità mal-klassifikazzjoni stabbilita f’konformità mal-Artikolu 8(1) tar-Regolament (UE) 2022/2554 u mal-profil tar-riskju ġenerali tas-sistemi tal-ICT involuti. Għas-sistemi tal-ICT li jappoġġaw funzjonijiet kritiċi jew importanti, l-entitajiet finanzjarji għandhom jivverifikaw l-adegwatezza tar-regoli eżistenti dwar il-firewall u l-filtri ta’ konnessjoni mill-anqas kull 6 xhur.

Artikolu 14 Żgurar tal-informazzjoni fi tranżitu -

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit