+Artikolu 18 2.

Artikolu 18 2.

Il-politika tas-sigurtà fiżika u ambjentali msemmija fil-paragrafu 1 għandha tinkludi dan kollu li ġej:

(a) 

referenza għat-taqsima tal-politika dwar il-kontroll tad-drittijiet tal-ġestjoni tal-aċċess imsemmija fl-Artikolu 21, l-ewwel paragrfu, il-punt (g);

(b) 

miżuri għall-protezzjoni mill-attakki, mill-aċċidenti u mit-theddid u l-perikli ambjentali, il-bini, iċ-ċentri tad-data tal-entità finanzjarja u ż-żoni ddeżinjati sensittivi identifikati mill-entità finanzjarja, fejn hemm l-assi tal-ICT u l-assi tal-informazzjoni;

(c) 

miżuri biex jiġu żgurati l-assi tal-ICT, kemm fil-bini tal-entità finanzjarja kif ukoll barra minnu, filwaqt li jitqiesu r-riżultati tal-valutazzjoni tar-riskju tal-ICT relatata mal-assi rilevanti tal-ICT;

(d) 

miżuri biex jiġu żgurati d-disponibbiltà, l-awtentiċità, l-integrità u l-kunfidenzjalità tal-assi tal-ICT, tal-assi tal-informazzjoni u tal-apparati ta’ kontroll fiżiku tal-aċċess tal-entità finanzjarja permezz tal-manutenzjoni xierqa;

(e) 

miżuri biex jiġu ppreżervati d-disponibbiltà, l-awtentiċità, l-integrità u l-kunfidenzjalità tad-data, inklużi:

(i) 

politika ta’ skrivanija żbarazzata għad-dokumenti;

(ii) 

politika ċara ta’ skrin vojt għall-faċilitajiet tal-ipproċessar tal-informazzjoni.

Għall-finijiet tal-punt (b), il-miżuri għall-protezzjoni mit-theddid u mill-perikli ambjentali għandhom ikunu proporzjonati mal-importanza tal-bini, taċ-ċentri tad-data, taż-żoni ddeżinjati sensittivi u mal-kritikalità tal-operazzjonijiet jew tas-sistemi tal-ICT li jinsabu fihom.

Għall-finijiet tal-punt (c), il-politika tas-sigurtà fiżika u ambjentali msemmija fil-paragrafu 1 għandu jkun fiha miżuri biex tiġi pprovduta protezzjoni xierqa għall-assi tal-ICT li jitħallew waħedhom.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit