+KAPITOLU II Politika tar-riżorsi umani u kontroll tal-aċċess
---+Artikolu 19 Politika tar-riżorsi umani
---+Artikolu 20 Ġestjoni tal-identità
------+Artikolu 20 1.
------+Artikolu 20 2.
---+Artikolu 21 Kontroll tal-aċċess

KAPITOLU II Politika tar-riżorsi umani u kontroll tal-aċċess

KAPITOLU II Politika tar-riżorsi umani u kontroll tal-aċċess

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 19 Politika tar-riżorsi umani

Artikolu 19

Politika tar-riżorsi umani

Fil-politika tagħhom dwar ir-riżorsi umani jew politiki rilevanti oħrajn, l-entitajiet finanzjarji għandhom jinkludu l-elementi kollha li ġejjin relatati mas-sigurtà tal-ICT:

(a) 

l-identifikazzjoni u l-assenjazzjoni ta’ kwalunkwe responsabbiltà speċifika għas-sigurtà tal-ICT;

(b) 

rekwiżiti għall-persunal tal-entità finanzjarja u tal-fornituri terzi ta’ servizzi tal-ICT li jużaw jew jaċċessaw l-assi tal-ICT tal-entità finanzjarja biex:

(i) 

jiġu informati dwar il-politiki, il-proċeduri u l-protokolli tas-sigurtà tal-ICT tal-entità finanzjarja u jaderixxu magħhom;

(ii) 

ikunu konxji dwar il-kanali ta’ rapportar stabbiliti mill-entità finanzjarja għall-individwazzjoni ta’ mġiba anomala, inklużi, meta applikabbli, il-kanali ta’ rapportar stabbiliti f’konformità mad-Direttiva (UE) 2019/1937 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 1 );

(iii) 

għall-persunal, li jirritorna lill-entità finanzjarja, mat-terminazzjoni tal-impjieg, l-assi tal-ICT u l-assi ta’ informazzjoni tanġibbli kollha fil-pussess tiegħu li jappartjenu għall-entità finanzjarja.

Artikolu 20 Ġestjoni tal-identità -
Artikolu 21 Kontroll tal-aċċess

Artikolu 21

Kontroll tal-aċċess

Bħala parti mill-kontroll tagħhom tad-drittijiet ta’ ġestjoni tal-aċċess, l-entitajiet finanzjarji għandhom jiżviluppaw, jiddokumentaw u jimplimentaw politika li jkun fiha dawn kollha li ġejjin:

(a) 

l-assenjazzjoni tad-drittijiet ta’ aċċess għall-assi tal-ICT abbażi tal-prinċipji tal-ħtieġa ta’ tagħrif, tal-ħtieġa ta’ użu u tal-anqas privileġġ, inkluż għal aċċess mill-bogħod u ta’ emerġenza;

(b) 

is-segregazzjoni tad-dmirijiet imfassla biex jipprevjenu aċċess mhux iġġustifikat għal data kritika jew biex jipprevjenu l-allokazzjoni ta’ kombinazzjonijiet ta’ drittijiet ta’ aċċess li jistgħu jintużaw biex jiġu evitati l-kontrolli;

(c) 

dispożizzjoni dwar l-akkontabilità tal-utent, billi jiġi llimitat sa fejn ikun possibbli l-użu ta’ kontijiet tal-utenti ġeneriċi u kondiviżi u jiġi żgurat li l-utenti jkunu identifikabbli għall-azzjonijiet imwettqa fis-sistemi tal-ICT f’kull ħin;

(d) 

dispożizzjoni dwar ir-restrizzjonijiet tal-aċċess għall-assi tal-ICT, li tistabbilixxi kontrolli u għodod biex jiġi pprevenut aċċess mhux awtorizzat;

(e) 

proċeduri ta’ ġestjoni tal-kontijiet għall-għoti, għat-tibdil jew għar-revoka tad-drittijiet ta’ aċċess għall-kontijiet tal-utenti u l-kontijiet ġeneriċi, inklużi l-kontijiet tal-amministraturi ġeneriċi, u wkoll dispożizzjoni dwar dawn kollha li ġejjin:

(i) 

l-assenjazzjoni tar-rwoli u tar-responsabbiltajiet għall-għoti, għar-rieżami u għar-revoka tad-drittijiet ta’ aċċess;

(ii) 

l-assenjazzjoni ta’ aċċess privileġġat, ta’ emerġenza u ta’ amministratur fuq bażi ta’ ħtieġa ta’ użu jew fuq bażi ad hoc għas-sistemi kollha tal-ICT;

(iii) 

l-irtirar tad-drittijiet ta’ aċċess mingħajr dewmien żejjed mat-terminazzjoni tal-impjieg jew meta l-aċċess ma jkunx għadu meħtieġ;

(iv) 

aġġornament tad-drittijiet ta’ aċċess fejn ikunu meħtieġa tibdiliet u mill-anqas darba fis-sena għas-sistemi kollha tal-ICT, għajr għas-sistemi tal-ICT li jappoġġaw funzjonijiet kritiċi jew importanti u mill-anqas kull 6 xhur għas-sistemi tal-ICT li jappoġġaw funzjonijiet kritiċi jew importanti;

(f) 

metodi ta’ awtentikazzjoni, inklużi dawn kollha li ġejjin:

(i) 

l-użu ta’ metodi ta’ awtentikazzjoni proporzjonati għall-klassifikazzjoni stabbilita f’konformità mal-Artikolu 8(1) tar-Regolament (UE) 2022/2554 u għall-profil tar-riskju ġenerali tal-assi tal-ICT u filwaqt li jitqiesu prattiki ewlenin;

(ii) 

l-użu ta’ metodi ta’ awtentikazzjoni b’saħħithom f’konformità ma’ prattiki u tekniki ewlenin għall-aċċess mill-bogħod għan-network tal-entità finanzjarja, għal aċċess privileġġat, għal aċċess għall-assi tal-ICT li jappoġġaw funzjonijiet kritiċi jew importanti jew assi tal-ICT li huma aċċessibbli għall-pubbliku;

(g) 

miżuri ta’ kontroll għall-aċċess fiżiku li jinkludu:

(i) 

l-identifikazzjoni u r-reġistrazzjoni ta’ persuni fiżiċi li huma awtorizzati jaċċessaw il-bini, iċ-ċentri tad-data u ż-żoni ddeżinjati sensittivi identifikati mill-entità finanzjarja fejn hemm l-assi tal-ICT u tal-informazzjoni;

(ii) 

l-għoti ta’ drittijiet ta’ aċċess fiżiku għal assi kritiċi tal-ICT lil persuni awtorizzati biss, f’konformità mal-prinċipji tal-ħtieġa ta’ tagħrif u tal-anqas privileġġ, u fuq bażi ad hoc;

(iii) 

il-monitoraġġ tal-aċċess fiżiku għall-bini, għaċ-ċentri tad-data u għal żoni ddeżinjati sensittivi identifikati mill-entità finanzjarja fejn ikun hemm l-assi tal-ICT u tal-informazzjoni jew it-tnejn li huma;

(iv) 

ir-rieżami tad-drittijiet ta’ aċċess fiżiku biex jiġi żgurat li d-drittijiet ta’ aċċess mhux meħtieġa jiġu rrevokati minnufih.

Għall-finijiet tal-punt (e)(i), l-entitajiet finanzjarji għandhom jistabbilixxu l-perjodu ta’ żamma filwaqt li jqisu l-objettivi tas-sigurtà tan-negozju u tal-informazzjoni, ir-raġunijiet għar-reġistrazzjoni tal-avveniment fir-reġistri u r-riżultati tal-valutazzjoni tar-riskju tal-ICT.

Għall-finijiet tal-punt (e)(ii), l-entitajiet finanzjarji għandhom, meta possibbli, jużaw kontijiet iddedikati għat-twettiq ta’ kompiti amministrattivi fuq is-sistemi tal-ICT. Meta jkun fattibbli u xieraq, l-entitajiet finanzjarji għandhom jużaw soluzzjonijiet awtomatizzati għall-ġestjoni tal-aċċess għall-privileġġ.

Għall-finijiet tal-punt (g)(i), l-identifikazzjoni u r-reġistrazzjoni għandhom ikunu proporzjonati mal-importanza tal-bini, taċ-ċentri tad-data, taż-żoni ddeżinjati sensittivi u mal-kritikalità tal-operazzjonijiet jew tas-sistemi tal-ICT li jinsabu fihom.

Għall-finijiet tal-punt (g)(iii), il-monitoraġġ għandu jkun proporzjonat mal-klassifikazzjoni stabbilita f’konformità mal-Artikolu 8(1) tar-Regolament (UE) 2022/2554 u għall-kritikalità taż-żona aċċessata.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit