|
+Artikolu 23 2. |
Artikolu 23 2.Il-mekkaniżmu biex jiġu individwati fil-pront attivitajiet anomali, inklużi kwistjonijiet ta’ prestazzjoni tan-network tal-ICT u inċidenti relatati mal-ICT, kif imsemmi fl-Artikolu 10(1) tar-Regolament (UE) 2022/2554, għandu jippermetti lill-entitajiet finanzjarji:
(a)
jiġbru, jimmonitorjaw u janalizzaw dawn kollha li ġejjin:
(i)
il-fatturi interni u esterni, inklużi mill-anqas ir-reġistri miġbura f’konformità mal-Artikolu 12 ta’ dan ir-Regolament, informazzjoni mill-funzjonijiet tan-negozju u tal-ICT, u kwalunkwe problema rrapportata mill-utenti tal-entità finanzjarja;
(ii)
it-theddid ċibernetiku intern u estern potenzjali, filwaqt li jitqiesu x-xenarji użati b’mod komuni minn atturi u xenarji ta’ theddid ibbażati fuq attività ta’ intelligence tat-theddid;
(iii)
notifika ta’ inċident relatat mal-ICT minn fornitur terz ta’ servizzi tal-ICT tal-entità finanzjarja individwat fis-sistemi u n-networks tal-ICT tal-fornitur terz ta’ servizzi tal-ICT u li jista’ jaffettwa lill-entità finanzjarja;
(b)
jidentifikaw attivitajiet u mġiba anomali, u jimplimentaw għodod li jiġġeneraw allerti għal attivitajiet u mġiba anomali, mill-anqas għall-assi tal-ICT u għall-assi ta’ informazzjoni li jappoġġaw funzjonijiet kritiċi jew importanti;
(c)
jagħtu prijorità lill-allerti imsemmija fil-punt (b) biex jippermettu l-ġestjoni tal-inċidenti relatati mal-ICT individwati fil-ħin ta’ riżoluzzjoni mistenni, kif speċifikat mill-entitajiet finanzjarji, kemm matul kif ukoll barra l-ħinijiet tax-xogħol;
(d)
jirreġistraw, janalizzaw u jevalwaw kwalunkwe informazzjoni rilevanti dwar l-attivitajiet u l-imġiba anomali kollha b’mod awtomatiku jew manwali. Għall-finijiet tal-punt (b), l-għodod imsemmija f’dak il-punt għandu jkun fihom l-għodod li jipprovdu allerti awtomatizzati bbażati fuq regoli predefiniti biex jiġu identifikati l-anomaliji li jaffettwaw il-kompletezza u l-integrità tas-sorsi tad-data jew il-ġbir tar-reġistri. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|