+Artikolu 28 2.

Artikolu 28 2.

L-entitajiet finanzjarji msemmija fil-paragrafu 1 għandhom, bħala parti mill-qafas issimplifikat tagħhom għall-ġestjoni tar-riskju tal-ICT, jiżguraw li l-korp maniġerjali tagħhom:

(a) 

ikollu r-responsabbiltà ġenerali li jiżgura li l-qafas issimplifikat tal-ġestjoni tar-riskju tal-ICT jippermetti l-kisba tal-istrateġija tan-negozju tal-entità finanzjarja f’konformità mal-predispożizzjoni għar-riskju ta’ dik l-entità finanzjarja, u jiżgura li r-riskju tal-ICT jitqies f’dak il-kuntest;

(b) 

jistabbilixxi rwoli u responsabbiltajiet ċari għall-kompiti kollha relatati mal-ICT;

(c) 

jistabbilixxi objettivi tas-sigurtà tal-informazzjoni u rekwiżiti tal-ICT;

(d) 

japprova, jissorvelja u jirrieżamina perjodikament:

(i) 

il-klassifikazzjoni tal-assi tal-informazzjoni tal-entità finanzjarja kif imsemmi fl-Artikolu 30(1) ta’ dan ir-Regolament, il-lista tar-riskji ewlenin identifikati u l-valutazzjoni tal-impatt fuq in-negozju u l-politiki relatati;

(ii) 

il-pjanijiet ta’ kontinwità tal-operat tal-entità finanzjarja, u l-miżuri ta’ rispons u ta’ rkupru msemmija fl-Artikolu 16(1), il-punt (f) tar-Regolament (UE) 2022/2554;

(e) 

jalloka u jirrieżamina mill-anqas darba fis-sena l-baġit meħtieġ biex jissodisfa l-ħtiġijiet ta’ reżiljenza operazzjonali diġitali tal-entità finanzjarja fir-rigward tat-tipi kollha ta’ riżorsi, inklużi programmi rilevanti ta’ sensibilizzazzjoni dwar is-sigurtà tal-ICT u taħriġ fir-reżiljenza operazzjonali diġitali u ħiliet fl-ICT għall-persunal kollu;

(f) 

jispeċifika u jimplimenta l-politiki u l-miżuri inklużi fil-Kapitoli I, II u III ta’ dan it-Titolu biex jidentifika, jivvaluta u jimmaniġġa r-riskju tal-ICT li l-entità finanzjarja tkun esposta għalih;

(g) 

jidentifika u jimplimenta proċeduri, protokolli tal-ICT u għodod li huma meħtieġa biex jiġu protetti l-assi kollha tal-informazzjoni u l-assi tal-ICT;

(h) 

jiżgura li l-persunal tal-entità finanzjarja jinżamm aġġornat b’għarfien u b’ħiliet suffiċjenti biex jifhem u jivvaluta r-riskju tal-ICT u l-impatt tiegħu fuq l-operazzjonijiet tal-entità finanzjarja, proporzjonali għar-riskju tal-ICT li jkun qed jiġi ġestit;

(i) 

jistabbilixxi arranġamenti ta’ rapportar, inklużi l-frekwenza, il-forma u l-kontenut tar-rapportar lill-korp maniġerjali dwar is-sigurtà tal-informazzjoni u r-reżiljenza operazzjonali diġitali.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit