|
+Artikolu 39 2. |
Artikolu 39 2.Il-pjanijiet ta’ kontinwità tal-operat tal-ICT imsemmija fil-paragrafu 1 għandhom:
(a)
ikunu approvati mill-korp maniġerjali tal-entità finanzjarja;
(b)
ikunu ddokumentati u faċilment aċċessibbli fil-każ ta’ emerġenza jew kriżi;
(c)
jallokaw riżorsi suffiċjenti għall-eżekuzzjoni tagħhom;
(d)
jistabbilixxu livelli ta’ rkupru ppjanati u perjodi ta’ żmien għall-irkupru u t-tkomplija tal-funzjonijiet u d-dipendenzi interni u esterni ewlenin, inklużi fornituri terzi ta’ servizzi tal-ICT;
(e)
jidentifikaw il-kundizzjonijiet li jistgħu jwasslu għall-attivazzjoni tal-pjanijiet ta’ kontinwità tal-operat tal-ICT u x’azzjonijiet għandhom jittieħdu biex jiġu żgurati d-disponibbiltà, il-kontinwità u l-irkupru tal-assi tal-ICT tal-entitajiet finanzjarji li jappoġġaw funzjonijiet kritiċi jew importanti;
(f)
jidentifikaw il-miżuri ta’ restawr u ta’ rkupru għal funzjonijiet kummerċjali kritiċi jew importanti, proċessi ta’ appoġġ, assi ta’ informazzjoni u l-interdipendenzi tagħhom biex jiġu evitati effetti negattivi fuq il-funzjonament tal-entitajiet finanzjarji;
(g)
jidentifikaw proċeduri u miżuri dwar il-backup li jispeċifikaw l-ambitu tad-data li tkun soġġetta għall-backup, u l-frekwenza minima tal-backup, abbażi tal-kritikalità tal-informazzjoni jew tas-sensittività tad-data;
(h)
iqisu għażliet alternattivi fejn l-irkupru jista’ ma jkunx fattibbli fuq perjodu ta’ żmien qasir minħabba kostijiet, riskji, loġistika jew ċirkostanzi mhux previsti;
(i)
jispeċifikaw l-arranġamenti ta’ komunikazzjoni interni u esterni, inklużi l-pjanijiet ta’ eskalazzjoni;
(j)
ikunu aġġornati f’konformità mat-tagħlimiet meħuda minn inċidenti, testijiet, riskji ġodda u theddid identifikat, objettivi ta’ rkupru mibdula, tibdiliet kbar fl-organizzazzjoni tal-entità finanzjarja u fl-assi tal-ICT li jappoġġaw funzjonijiet kritiċi jew kummerċjali. Għall-finijiet tal-punt (f), il-miżuri msemmija f’dak il-punt għandhom jipprevedu l-mitigazzjoni tan-nuqqasijiet ta’ fornituri terzi kritiċi. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|