+Artikolu 3 Arranġamenti ta’ governanza
---+Artikolu 3 1
---+Artikolu 3 2
---+Artikolu 3 3
---+Artikolu 3 4
---+Artikolu 3 5
---+Artikolu 3 6
---+Artikolu 3 7
---+Artikolu 3 8

Artikolu 3 Arranġamenti ta’ governanza

-

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 3 1

1.   Il-korp maniġerjali għandu jirrevedi l-politika mill-inqas darba fis-sena u jaġġornaha meta jkun meħtieġ. Il-bidliet li jsiru fil-politika għandhom jiġu implimentati fil-ħin u malajr kemm jista’ jkun fil-qafas tal-arranġamenti kuntrattwali rilevanti. L-entità finanzjarja għandha tiddokumenta l-iskeda ta’ żmien ippjanata għall-implimentazzjoni.

Artikolu 3 2

2.   Il-politika għandha tistabbilixxi jew tirreferi għal metodoloġija għad-determinazzjoni ta’ liema servizzi tal-ICT jappoġġaw funzjonijiet kritiċi jew importanti. Il-politika għandha tispeċifika wkoll meta għandha titwettaq u tiġi rieżaminata din il-valutazzjoni.

Artikolu 3 3

3.   Il-politika għandha tassenja b’mod ċar ir-responsabbiltajiet interni għall-approvazzjoni, il-ġestjoni, il-kontroll u d-dokumentazzjoni tal-arranġamenti kuntrattwali rilevanti u għandha tiżgura li jinżammu l-ħiliet, l-esperjenza u l-għarfien xierqa fl-entità finanzjarja biex b’mod effettiv, tissorvelja l-arranġamenti kuntrattwali rilevanti, inklużi s-servizzi tal-ICT ipprovduti skont dawk l-arranġamenti.

Artikolu 3 4

4.   Mingħajr preġudizzju għar-responsabbiltà aħħarija tal-entità finanzjarja li tissorvelja b’mod effettiv l-arranġamenti kuntrattwali rilevanti, il-politika għandha teżiġi li ssir valutazzjoni li turi li l-fornitur terz ta’ servizzi tal-ICT għandu biżżejjed riżorsi biex jiżgura li l-entità finanzjarja tikkonforma mar-rekwiżiti legali u regolatorji kollha tagħha rigward is-servizzi tal-ICT ipprovduti li jappoġġaw funzjonijiet kritiċi jew importanti.

Artikolu 3 5

5.   Il-politika għandha tidentifika b’mod ċar ir-rwol jew il-membru tal-maniġment superjuri responsabbli għall-monitoraġġ tal-arranġamenti kuntrattwali rilevanti. Il-politika għandha tispeċifika kif dak ir-rwol jew il-membru tal-maniġment superjuri għandu jikkoopera mal-funzjonijiet ta’ kontroll, sakemm ma jkunx parti minnhom, u għandha tistabbilixxi l-linji ta’ rappurtar lill-korp maniġerjali, inkluża n-natura tal-informazzjoni li għandha tiġi rrapportata u d-dokumenti li għandhom jiġu pprovduti. Din għandha tistabbilixxi wkoll il-frekwenza ta’ tali rapportar.

Artikolu 3 6

6.   Il-politika għandha tiżgura li l-arranġamenti kuntrattwali jkunu konsistenti ma’ dan li ġej:

(a)

il-qafas tal-ġestjoni tar-riskju tal-ICT imsemmi fl-Artikolu 6 tar-Regolament (UE) 2022/2554;

(b)

il-politika dwar is-sigurtà tal-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 9(4) tar-Regolament (UE) 2022/2554;

(c)

il-politika tal-kontinwità tal-operat tal-ICT imsemmija fl-Artikolu 11 tar-Regolament (UE) 2022/2554;

(d)

ir-rekwiżiti dwar ir-rappurtar ta’ inċidenti stabbiliti fl-Artikolu 19 tar-Regolament (UE) 2022/2554.

Artikolu 3 7

7.   Il-politika għandha teżiġi li s-servizzi tal-ICT li jappoġġaw funzjonijiet kritiċi jew importanti pprovduti minn fornituri terzi ta’ servizzi tal-ICT ikunu soġġetti għal rieżami indipendenti u jkunu inklużi fil-pjan tal-awditjar.

Artikolu 3 8

8.   Il-politika għandha tispeċifika b’mod espliċitu li l-arranġamenti kuntrattwali:

(a)

ma jeżonerawx lill-entità finanzjarja u lill-korp maniġerjali tagħha mill-obbligi regolatorji u mir-responsabbiltajiet li għandhom lejn il-klijenti tagħhom;

(b)

ma għandhomx jipprevjenu s-superviżjoni effettiva ta’ entità finanzjarja u ma għandhomx jiksru kwalunkwe restrizzjoni superviżorja fuq servizzi u attivitajiet;

(c)

għandhom jeżiġu li l-fornituri terzi ta’ servizzi tal-ICT jikkooperaw mal-awtoritajiet kompetenti;

(d)

għandhom jeżiġu li l-entità finanzjarja, l-awdituri tagħha, u l-awtoritajiet kompetenti jkollhom aċċess effettiv għad-data u l-binjiet relatati mal-użu tas-servizzi tal-ICT li jappoġġaw funzjonijiet kritiċi jew importanti.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit