5. Il-politika għandha tidentifika b’mod ċar ir-rwol jew il-membru tal-maniġment superjuri responsabbli għall-monitoraġġ tal-arranġamenti kuntrattwali rilevanti. Il-politika għandha tispeċifika kif dak ir-rwol jew il-membru tal-maniġment superjuri għandu jikkoopera mal-funzjonijiet ta’ kontroll, sakemm ma jkunx parti minnhom, u għandha tistabbilixxi l-linji ta’ rappurtar lill-korp maniġerjali, inkluża n-natura tal-informazzjoni li għandha tiġi rrapportata u d-dokumenti li għandhom jiġu pprovduti. Din għandha tistabbilixxi wkoll il-frekwenza ta’ tali rapportar.