2. Il-politika għandha teżiġi li titwettaq valutazzjoni tar-riskju fil-livell tal-entità finanzjarja u, fejn applikabbli, fil-livell konsolidat u subkonsolidat qabel ma jiġi konkluż arranġament kuntrattwali.
Il-valutazzjoni tar-riskju għandha tqis ir-rekwiżiti rilevanti kollha stabbiliti fir-Regolament (UE) 2022/2554 u l-leġiżlazzjoni settorjali applikabbli tal-Unjoni. Din għandha tikkunsidra, b’mod partikolari, l-impatt tal-forniment ta’ servizzi tal-ICT li jappoġġaw funzjonijiet kritiċi jew importanti minn fornituri terzi ta’ servizzi tal-ICT fuq l-entità finanzjarja u r-riskji kollha ppreżentati mill-forniment ta’ dawk is-servizzi tal-ICT li jappoġġaw funzjonijiet kritiċi jew importanti minn fornituri terzi ta’ servizzi tal-ICT, inkluż dan li ġej:
|
(a)
|
riskji operazzjonali;
|
|
(d)
|
riskji għar-reputazzjoni;
|
|
(e)
|
riskji marbuta mal-protezzjoni ta’ data kunfidenzjali jew personali;
|
|
(f)
|
riskji marbuta mad-disponibbiltà tad-data;
|
|
(g)
|
riskji marbuta mal-post fejn tiġi pproċessata u maħżuna d-data;
|
|
(h)
|
riskji marbuta mal-post fejn huwa stabbilit il-fornitur terz ta’ servizzi tal-ICT;
|
|
(i)
|
Riskji ta’ konċentrazzjoni tal-ICT fil-livell ta’ entità.
|