+Artikolu 6 Diliġenza dovuta
---+Artikolu 6 1
---+Artikolu 6 2
---+Artikolu 6 3
---+Artikolu 6 4
|
Artikolu 6 Diliġenza dovuta
-
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 6 1
|
1. Il-politika għandha tistabbilixxi proċess xieraq u proporzjonat għall-għażla u l-valutazzjoni tal-fornituri terzi prospettivi ta’ servizzi tal-ICT filwaqt li tqis jekk il-fornitur terz ta’ servizzi tal-ICT huwiex fornitur intragrupp ta’ servizzi tal-ICT jew le, u għandha teżiġi li qabel ma l-entità finanzjarja tidħol f’arranġament kuntrattwali, din tivvaluta jekk il-fornitur terz ta’ servizzi tal-ICT:
|
(a)
|
għandux ir-reputazzjoni tan-negozju, ħiliet suffiċjenti, kwalifiki u riżorsi finanzjarji, umani u tekniċi adegwati, standards ta’ sigurtà tal-informazzjoni, struttura organizzazzjonali xierqa, ġestjoni tar-riskju u kontrolli interni u, jekk applikabbli, l-awtorizzazzjonijiet jew ir-reġistrazzjonijiet meħtieġa biex jipprovdi s-servizzi tal-ICT li jappoġġaw il-funzjoni kritika jew importanti b’mod affidabbli u professjonali;
|
|
(b)
|
għandux il-kapaċità li jimmonitorja l-iżviluppi teknoloġiċi rilevanti u jidentifika prattiki ewlenin tas-sigurtà tal-ICT u jimplimentahom fejn xieraq biex ikun hemm qafas ta’ reżiljenza operazzjonali diġitali effettiv u sod;
|
|
(c)
|
jużax jew hux biħsiebu juża sottokuntratturi tal-ICT biex iwettaq is-servizzi tal-ICT li jappoġġaw funzjonijiet kritiċi jew importanti jew partijiet materjali minnhom;
|
|
(d)
|
jinsabx, jew jipproċessax jew jaħżinx id-data f’pajjiż terz u, jekk dan ikun il-każ, jekk din il-prattika taffettwax il-livell ta’ riskji operazzjonali jew ir-riskji għar-reputazzjoni jew ir-riskju li jiġi affettwat minn miżuri restrittivi, inklużi embargos u sanzjonijiet, li jista’ jkollhom impatt fuq il-kapaċità tal-fornitur terz ta’ servizzi tal-ICT li jipprovdi s-servizzi tal-ICT jew il-kapaċità tal-entità finanzjarja li tirċievi dawk is-servizzi tal-ICT;
|
|
(e)
|
jagħtix l-approvazzjoni tiegħu għal arranġamenti kuntrattwali li jiżguraw li jkun effettivament possibbli li jitwettqu awditi għand il-fornitur terz ta’ servizzi tal-ICT, inkluż fuq il-post, mill-entità finanzjarja nnifisha, mill-partijiet terzi maħtura, u mill-awtoritajiet kompetenti;
|
|
(f)
|
jaġixxix b’mod etiku u soċjalment responsabbli, jirrispettax id-drittijiet tal-bniedem u d-drittijiet tat-tfal, inkluż il-projbizzjoni tat-tħaddim tat-tfal, jirrispettax il-prinċipji applikabbli dwar il-protezzjoni ambjentali, u jiżgurax kundizzjonijiet tax-xogħol xierqa.
|
|
|
Artikolu 6 2
|
2. Il-politika għandha tispeċifika l-livell meħtieġ ta’ assigurazzjoni dwar l-effettività tal-qafas tal-ġestjoni tar-riskju tal-fornituri terzi ta’ servizzi tal-ICT għas-servizzi tal-ICT li jappoġġaw funzjonijiet kritiċi jew importanti li għandhom jiġu pprovduti minn fornitur terz ta’ servizzi tal-ICT. Il-politika għandha teżiġi li l-proċess ta’ diliġenza dovuta jkun jinkludi valutazzjoni tal-eżistenza ta’ miżuri ta’ mitigazzjoni tar-riskju u ta’ kontinwità tal-operat u ta’ kif jiġi żgurat il-funzjonament tagħhom fi ħdan il-fornitur terz ta’ servizzi tal-ICT.
|
|
Artikolu 6 3
|
3. Il-politika għandha tiddetermina l-proċess ta’ diliġenza dovuta għall-għażla u l-valutazzjoni tal-fornituri terzi prospettivi ta’ servizzi tal-ICT u għandha tindika liema mill-elementi li ġejjin għandhom jintużaw għal-livell meħtieġ ta’ assigurazzjoni dwar il-prestazzjoni tal-fornitur terz ta’ servizzi tal-ICT:
|
(a)
|
awditi jew valutazzjonijiet indipendenti mwettqa mill-entità finanzjarja nnifisha jew f’isimha;
|
|
(b)
|
l-użu ta’ rapporti tal-awditjar indipendenti magħmula fuq talba mill-fornitur terz ta’ servizzi tal-ICT;
|
|
(c)
|
l-użu ta’ rapporti tal-awditjar magħmula mill-kapaċità tal-awditjar intern tal-fornitur terz ta’ servizzi tal-ICT;
|
|
(d)
|
l-użu ta’ ċertifikazzjonijiet xierqa ta’ partijiet terzi;
|
|
(e)
|
l-użu ta’ informazzjoni rilevanti oħra disponibbli għall-entità finanzjarja jew informazzjoni oħra pprovduta mill-fornitur terz ta’ servizzi tal-ICT.
|
|
|
Artikolu 6 4
|
4. L-entitajiet finanzjarji għandhom jiżguraw livell xieraq ta’ assigurazzjoni dwar il-prestazzjoni tal-fornitur terz ta’ servizzi tal-ICT, filwaqt li jqisu l-elementi elenkati fil-paragrafu 3, il-punti (a) sa (e). Fejn xieraq, għandu jintuża aktar minn element wieħed elenkat f’dawk il-punti.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|