+Artikolu 6 1
English - European Union -

Artikolu 6 1

1.   Il-politika għandha tistabbilixxi proċess xieraq u proporzjonat għall-għażla u l-valutazzjoni tal-fornituri terzi prospettivi ta’ servizzi tal-ICT filwaqt li tqis jekk il-fornitur terz ta’ servizzi tal-ICT huwiex fornitur intragrupp ta’ servizzi tal-ICT jew le, u għandha teżiġi li qabel ma l-entità finanzjarja tidħol f’arranġament kuntrattwali, din tivvaluta jekk il-fornitur terz ta’ servizzi tal-ICT:

(a)

għandux ir-reputazzjoni tan-negozju, ħiliet suffiċjenti, kwalifiki u riżorsi finanzjarji, umani u tekniċi adegwati, standards ta’ sigurtà tal-informazzjoni, struttura organizzazzjonali xierqa, ġestjoni tar-riskju u kontrolli interni u, jekk applikabbli, l-awtorizzazzjonijiet jew ir-reġistrazzjonijiet meħtieġa biex jipprovdi s-servizzi tal-ICT li jappoġġaw il-funzjoni kritika jew importanti b’mod affidabbli u professjonali;

(b)

għandux il-kapaċità li jimmonitorja l-iżviluppi teknoloġiċi rilevanti u jidentifika prattiki ewlenin tas-sigurtà tal-ICT u jimplimentahom fejn xieraq biex ikun hemm qafas ta’ reżiljenza operazzjonali diġitali effettiv u sod;

(c)

jużax jew hux biħsiebu juża sottokuntratturi tal-ICT biex iwettaq is-servizzi tal-ICT li jappoġġaw funzjonijiet kritiċi jew importanti jew partijiet materjali minnhom;

(d)

jinsabx, jew jipproċessax jew jaħżinx id-data f’pajjiż terz u, jekk dan ikun il-każ, jekk din il-prattika taffettwax il-livell ta’ riskji operazzjonali jew ir-riskji għar-reputazzjoni jew ir-riskju li jiġi affettwat minn miżuri restrittivi, inklużi embargos u sanzjonijiet, li jista’ jkollhom impatt fuq il-kapaċità tal-fornitur terz ta’ servizzi tal-ICT li jipprovdi s-servizzi tal-ICT jew il-kapaċità tal-entità finanzjarja li tirċievi dawk is-servizzi tal-ICT;

(e)

jagħtix l-approvazzjoni tiegħu għal arranġamenti kuntrattwali li jiżguraw li jkun effettivament possibbli li jitwettqu awditi għand il-fornitur terz ta’ servizzi tal-ICT, inkluż fuq il-post, mill-entità finanzjarja nnifisha, mill-partijiet terzi maħtura, u mill-awtoritajiet kompetenti;

(f)

jaġixxix b’mod etiku u soċjalment responsabbli, jirrispettax id-drittijiet tal-bniedem u d-drittijiet tat-tfal, inkluż il-projbizzjoni tat-tħaddim tat-tfal, jirrispettax il-prinċipji applikabbli dwar il-protezzjoni ambjentali, u jiżgurax kundizzjonijiet tax-xogħol xierqa.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit