4. Il-politika għandha tistabbilixxi l-miżuri xierqa li l-entità finanzjarja għandha tadotta jekk tidentifika nuqqasijiet tal-fornituri terzi ta’ servizzi tal-ICT, inklużi inċidenti relatati mal-ICT u inċidenti operazzjonali jew tas-sigurtà relatati ma’ pagamenti, fil-forniment tas-servizzi tal-ICT li jappoġġaw funzjonijiet kritiċi jew importanti jew fil-konformità ma’ arranġamenti kuntrattwali jew rekwiżiti legali. Għandha tispeċifika wkoll kif l-implimentazzjoni ta’ tali miżuri għandha tiġi mmonitorjata sabiex jiġi żgurat li dawn qed jitħarsu b’mod effettiv f’perjodu ta’ żmien definit, filwaqt li titqies il-materjalità tan-nuqqasijiet.