+Artikolu 9 Monitoraġġ tal-arranġamenti kuntrattwali
---+Artikolu 9 1
---+Artikolu 9 2
---+Artikolu 9 3
---+Artikolu 9 4
|
Artikolu 9 Monitoraġġ tal-arranġamenti kuntrattwali
-
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 9 1
|
1. Il-politika għandha tirrikjedi li l-arranġamenti kuntrattwali jispeċifikaw il-miżuri u l-indikaturi ewlenin għall-monitoraġġ, fuq bażi kontinwa, tal-prestazzjoni tal-fornituri terzi ta’ servizzi tal-ICT, inklużi miżuri għall-monitoraġġ tal-konformità mar-rekwiżiti rigward il-kunfidenzjalità, id-disponibbiltà, l-integrità u l-awtentiċità tad-data u l-informazzjoni, u l-konformità tal-fornituri terzi ta’ servizzi tal-ICT mal-politiki u l-proċeduri rilevanti tal-entità finanzjarja. Il-politika għandha tispeċifika wkoll miżuri li japplikaw meta l-ftehimiet dwar il-livell ta’ servizz ma jiġux issodisfati, inklużi penali kuntrattwali fejn xieraq.
|
|
Artikolu 9 2
|
2. Il-politika għandha tispeċifika kif l-entità finanzjarja għandha tivvaluta jekk il-fornituri terzi ta’ servizzi tal-ICT użati għas-servizzi tal-ICT li jappoġġaw funzjonijiet kritiċi jew importanti jissodisfawx standards xierqa ta’ prestazzjoni u kwalità f’konformità mal-arranġament kuntrattwali u mal-politiki tal-entità finanzjarja stess. Il-politika għandha, b’mod partikolari, tiżgura dan li ġej:
|
(a)
|
li l-fornituri terzi ta’ servizzi tal-ICT jipprovdu rapporti xierqa dwar l-attivitajiet u s-servizzi tagħhom lill-entità finanzjarja, inklużi rapporti perjodiċi, rapporti ta’ inċidenti, rapporti dwar l-għoti ta’ servizzi, rapporti dwar is-sigurtà tal-ICT u rapporti dwar il-miżuri u l-ittestjar tal-kontinwità tal-operat;
|
|
(b)
|
li l-prestazzjoni tal-fornituri terzi ta’ servizzi tal-ICT tiġi vvalutata b’indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni, indikaturi ewlenin tal-kontroll, awditi, awtoċertifikazzjonijiet u rieżamijiet indipendenti f’konformità mal-qafas ta’ ġestjoni tar-riskju tal-ICT tal-entità finanzjarja;
|
|
(c)
|
li l-entità finanzjarja tirċievi informazzjoni rilevanti oħra mill-fornituri terzi ta’ servizzi tal-ICT;
|
|
(d)
|
li l-entità finanzjarja tiġi nnotifikata, fejn xieraq, dwar inċidenti relatati mal-ICT u inċidenti operazzjonali jew tas-sigurtà relatati ma’ pagamenti;
|
|
(e)
|
li jitwettqu rieżami u awditi indipendenti li jivverifikaw il-konformità mar-rekwiżiti u l-politiki legali u regolatorji.
|
|
|
Artikolu 9 3
|
3. Il-politika għandha tispeċifika li l-valutazzjoni msemmija fil-paragrafu 2 għandha tiġi ddokumentata u li r-riżultati tagħha għandhom jintużaw biex tiġi aġġornata l-valutazzjoni tar-riskju tal-entità finanzjarja msemmija fl-Artikolu 6.
|
|
Artikolu 9 4
|
4. Il-politika għandha tistabbilixxi l-miżuri xierqa li l-entità finanzjarja għandha tadotta jekk tidentifika nuqqasijiet tal-fornituri terzi ta’ servizzi tal-ICT, inklużi inċidenti relatati mal-ICT u inċidenti operazzjonali jew tas-sigurtà relatati ma’ pagamenti, fil-forniment tas-servizzi tal-ICT li jappoġġaw funzjonijiet kritiċi jew importanti jew fil-konformità ma’ arranġamenti kuntrattwali jew rekwiżiti legali. Għandha tispeċifika wkoll kif l-implimentazzjoni ta’ tali miżuri għandha tiġi mmonitorjata sabiex jiġi żgurat li dawn qed jitħarsu b’mod effettiv f’perjodu ta’ żmien definit, filwaqt li titqies il-materjalità tan-nuqqasijiet.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|