+Preamble: 1

Preamble: 1

Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2137/85

tal-25 ta’ Lulju 1985

dwar il-Gruppi Ewropej b’Interess Ekonomiku (GEIE)

IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, u partikolarment Artikolu 235 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni [1],

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [2],

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali [3],

Billi żvilupp armonjuż ta’ l-attivitajiet ekonomiċi u għal tkabbir kontinwu u bilanċjat fil-Kommunità kollha jiddependu billi jiġi stabbilit u jiffunzjona bla xkiel suq komuni li joffri kundizzjonijiet analogi ma’ dawk ta’ suq nazzjonali; billi sabiex ikun stabbilit dan is-suq waħdieni u tiżdied l-unita tiegħu għandu jinbena qafas legali li jiffaċilita l-addattament ta’ l-attivitajiet tagħhom skond il-kundizzjonijiet tal-Kommunità partikolarment għal persuni naturali, kumpaniji, ditti u korpi oħra legali; billi għal dan l-iskop jinħtieġ illi dawn il-persuni naturali, kumpanniji, ditti u korpi oħra jkunu kapaċi li jikkoperaw effettivament b’mod trans-konfini;

Billi koperazzjoni ta’ din in-natura tista’ tiltaqa’ ma’ diffikultajiet legali, fiskali jew psikoloġiċi; billi l-ħolqien ta’ strument legali apposta tal-Kommunità fil-forma ta’ għaqda fi Gruppi Ewropej b’Interess Ekonomiku għandu jikkontribwixxi għall-ksib ta’ l-għanijiet imsemmija hawn fuq u għalhekk jixhed li dan il-ħolqien huwa meħtieġ;

Billi t-Trattat ma jipprovdix il-poteri meħtieġa għall-ħolqien ta’ dan l-istrument legali;

Billi l-abbiltà ta’ dan il-grupp sabiex jadatta għall-kundizzjonijiet ekonomiċi għandha tiġi garantita bil-liberta konsiderevoli għall-membri tagħha fir-relazzjonijiet kontrattwali tagħhom u fl-organizzazzjoni interna tal-grupp;

Billi grupp jiddifferixxi minn ditta jew kumanija prinċipalment fil-għan tiegħu, li huwa qiegħed biss sabiex iħaffef jew jiżviluppa l-attivitijatet ekonomiċi tal-membri tiegħu għalbiex jgħinhom itejbu r-riżultati tagħhom infushom; billi, minħabba din in-natura anċillari, l-attivitajiet tal-grupp għandu jkollhom x’jaqsmu ma’ l-attivitajiet ekonomiċi tal-membri tiegħu imma mhux li joħdilhom posthom hekk li, b’dan l-iskop, per eżempju, grupp ma jistax fih innifsu, rigward parti terzi, jipprattika professjoni, fil-waqt li l-kunċett ta’ l-attivitajiet ekonomiċi jiġu intepretati fl-iktar mod wiesa;

Billi l-aċċess għall-forma tal-grupp għandu jinfetaħ kemm jista’ jkun għall-persuni naturali, il-kumpaniji, id-ditti u korpi oħra legali, biż-żamma mal-għanijiet ta’ dan ir-Regolament; billi dan ir-Regolament ma għandhux, madankollu, jippreġudika l-applikazzjoni f’livell nazzjonali tar-regoli legali u/jew il-kodiċijiet etiċi rigward il-kundizzjonijiet tat-twettieq ta’ attivitajiet tan-negozju u professjonali;

Billi dan ir-Regolament innifsu ma jagħtix lil kull persuna d-dritt li tipparteċipa fi grupp, saħansitra fejn jiġu mwettqa l-kundizzjonijiet li jippreskrivi;

Billi l-poter mogħti minn dan ir-Regolament sabiex jipprojbixxi jew jirrestrinġi l-parteċipazjoni fi grupp għal raġunijiet ta’ interess pubbliku huwa mingħajr preġudizzju għal-liġijiet ta’ l-Istati Membri li jirregolaw it-twettieq ta’ attivitajiet u li jistgħu jipprovdu iktar projbizzjonijiet jew restrizzjonijiet inkella b’xi mod ieħor jikkontrollaw jew jissorveljaw il-parteċipazzjoni fi grupp minn kull persuna naturali, kumpanija, ditta jew korp ieħor legali jew kull klassi tagħhom;

Billi, sabiex grupp ikun jista’ jilħaq il-għan tiegħu, għandu jiġi mogħni b’kapaċita legali u għandhom jintgħamlu dispożizzjonijiet sabiex jiġi rappreżentat vis-à-vis partijiet terzi minn organu legalment separat mill-kompożizzjoni tal-membri tiegħu;

Billi l-protezzjoni ta’ partijiet terzi teħtieġ pubbliċita wiesgħa; billi l-membri ta’ grupp għandhom responsabbiltà bla qies flimkien u kull wieħed għad-djun u l-responsabilitajiet l-oħra tal-grupp, inklużi dawk li għandhom x’jaqsmu mat-taxxa jew is-sigurta soċjali, mingħajr, iżda, ma dan il-prinċipju jaffettwa l-liberta li teskludi jew li tirrestrinġi l-responsabbiltà ta’ wieħed jew iktar mill-membri tiegħu rigward dejn partikolari jew responsabbiltà oħra permezz ta’ kuntratt speċifiku bejn il-grupp u parti terza;

Billi materji li għandhom x’jaqsmu ma’ l-i status jew il-ħila ta’ persuna naturali u l-ħila ta’ persuni legali huma regolati bil-liġi nazzjoni;

Billi r-raġunijiet għall-istralċ li huma partikolari biss għal aggrupp għandhom jiġu speċifikati fil-waqt li jsir riferiment għal-liġi nazzjonali dwar il-likwidazzjoni u t-temma ta’ din;

Billi l-gruppi huma bla ħsara għal-liġijiet nazzjonali dwar il-falliment u l-waqfien tal-ħlasijiet; billi dawn il-liġijiet jistgħu jipprovdu raġunijiet oħra għall-istralċ tal-gruppi;

Billi dan ir-Regolament jipprovdi illi l-profitti jew it-telf li jirriżultaw mill-attivitajiet ta’ grupp għandhom ikunu taxxabbli biss f’idejn il-membri tiegħu; billi huwa miftiehem illi, jekk ikun xorta oħra, japplikaw il-liġijiet nazzjonali dwar it-taxxa, partikolarment, fejn jidħlu it-taqsim tal-profitti, il-proċeduri tat-taxxa u kull obbligu impost mil-liġi nazzjonali tat-taxxa;

Billi f’materji mhux koperti b’dan ir-Regolament il-liġijiet ta’ l-Istati Membri u l-liġi tal-Komunità huma applikabbli, per eżempju rigward:

- il-liġijiet soċjali u tax-xogħol,

- il-liġi tal-kompetizzjoni,

- il-liġi dwar il-proprjetà intellettwali;

Billi l-attivitajiet tal-gruppi huma soġġetti għad-dispożizzjonijiet tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri dwar is-segwiment u s-sorveljanza ta’ l-attivitajiet; billi fil-każ ta’ abbuż jew tidwir mal-liġijiet ta’ Stat Membru minn grupp jew mill-membri tiegħu dan l-Istat Membru jista’ jimponi s-sanzjonijiet xierqa;

Billi l-Istati Membri huma ħielsa li japplikaw jew jadottaw kull liġi, regolament jew miżura amministrattiva li ma jmorrux kontra l-iskop jew l-għanijiet ta’ dan ir-Regolament;

Billi dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ immedjatament fl-intier tiegħu; billi l-implimentazzjoni ta’ xi wħud mid-dispożizzjonijiet għandhom madankollu jiġu diferiti għalbiex jagħtu lok lill-Istati Membri biex l-ewwel iwaqqfu l-makkinarju meħtieġ għar-reġistrazzjoni tal-gruppi fit-territorji tagħhom u għal kxif ta’ ċerti materji li għandhom x’jaqsmu mal-gruppi; billi, b’effett mid-data ta’ l-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament, il-gruppi mwaqqfa jistgħu jaħdmu mingħajr restrizzjonijiet territorjali,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit