|
il-paragrafu 3 huwa sostitwit b’dan li ġej:
“3. Kontroparti ċentrali (CCP) għandha żżomm u topera struttura organizzazzjonali li tiżgura l-kontinwità u l-funzjonament tajjeb fit-twettiq tas-servizzi u l-attivitajiet tagħha. Hija għandha tuża sistemi, riżorsi u proċeduri xierqa u proporzjonati, inkluż sistemi tal-ICT ġestiti f’konformità mar-Regolament (UE) 2022/2554 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*2).
(*2) Ir-Regolament (UE) 2022/2554 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Diċembru 2022 dwar ir-reżiljenza operazzjonali diġitali għas-settur finanzjarju u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 1060/2009, (UE) Nru 648/2012, (UE) Nru 600/2014, (UE) Nru 909/2014 u (UE) 2016/1011 (ĠU L 333, 27.12.2022, p1).”;"
|