+Artikolu 60 Emendi għar-Regolament (UE) Nru 648/2012
---+Artikolu 60 (1)
---+Artikolu 60 (2)
---+Artikolu 60 (3)
---+Artikolu 60 (4)
---+Artikolu 60 (5)
---+Artikolu 60 (6)
---+Artikolu 60 (7)
|
Artikolu 60 Emendi għar-Regolament (UE) Nru 648/2012
Ir-Regolament (UE) Nru 648/2012 jiġi emendat kif ġej:
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 60 (1)
|
l-Artikolu 26 huwa emendat kif ġej:
|
(a)
|
il-paragrafu 3 huwa sostitwit b’dan li ġej:
“3. Kontroparti ċentrali (CCP) għandha żżomm u topera struttura organizzazzjonali li tiżgura l-kontinwità u l-funzjonament tajjeb fit-twettiq tas-servizzi u l-attivitajiet tagħha. Hija għandha tuża sistemi, riżorsi u proċeduri xierqa u proporzjonati, inkluż sistemi tal-ICT ġestiti f’konformità mar-Regolament (UE) 2022/2554 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*2).
(*2) Ir-Regolament (UE) 2022/2554 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Diċembru 2022 dwar ir-reżiljenza operazzjonali diġitali għas-settur finanzjarju u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 1060/2009, (UE) Nru 648/2012, (UE) Nru 600/2014, (UE) Nru 909/2014 u (UE) 2016/1011 (ĠU L 333, 27.12.2022, p1).”;"
|
|
(b)
|
jitħassar il-paragrafu 6;
|
|
|
Artikolu 60 (2)
|
l-Artikolu 34 huwa emendat kif ġej:
|
(a)
|
il-paragrafu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej:
“1. CCP għandha tistabbilixxi, timplimenta u żżomm politika adegwata ta’ kontinwità tal-operat u pjan ta’ rkupru minn diżastri, li għandhom jinkludu pjanijiet ta’ politika ta’ kontinwità tal-operat tal-ICT u pjanijiet ta’ rispons u rkupru tal-ICT stabbiliti u implimentati f’konformità mar-Regolament (UE) 2022/2554, bl-għan li jiżguraw l-preservazzjoni tal-funzjonijiet tagħha, l-irkupru bla dewmien tal-operazzjonijiet u l-issodisfar tal-obbligi tas-CCP.”;
|
|
(b)
|
fil-paragrafu 3, l-ewwel subparagrafu jiġi sostitwit b’dan li ġej:
“3. Sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni konsistenti ta’ dan l-Artikolu, l-ESMA għandha, wara li tikkonsulta mal-membri tas-SEBĊ, tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw il-kontenut minimu u r-rekwiżiti tal-politika ta’ kontinwità tal-operat u tal-pjan ta’ rkupru minn diżastri, bl-esklużjoni ta’ pjanijiet ta’ politika ta’ kontinwità tal-operat tal-ICT u tal-irkupru minn diżastri.”;
|
|
|
Artikolu 60 (3)
|
fl-Artikolu 56(3), l-ewwel subparagrafu huwa sostitwit b’dan li ġej:
“3. Sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni konsistenti ta’ dan l-Artikolu, l-ESMA għandha tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw id-dettalji, għajr għar-rekwiżiti relatati mal-ġestjoni tar-riskju tal-ICT, tal-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni msemmija fil-paragrafu 1.”;
|
|
Artikolu 60 (4)
|
fl-Artikolu 79, il-paragrafi 1 u 2 huma sostitwiti b’dawn li ġejjin:
“1. Repożitorju tat-tranżazzjonijiet għandu jidentifika s-sorsi ta’ riskju operazzjonali u jimminimizzahom ukoll permezz tal-iżvilupp ta’ sistemi, kontrolli u proċeduri xierqa, inklużi sistemi tal-ICT ġestiti f’konformità mar-Regolament (UE) 2022/2554.
2. Repożitorju tat-tranżazzjonijiet għandu jistabbilixxi, jimplimenta u jżomm politika adegwata ta’ kontinwità tal-operat u pjan tal-irkupru minn diżastri, inkluż pjanijiet ta’ politika ta’ kontinwità tal-operat tal-ICT u pjanijiet ta’ rispons u rkupru tal-ICT stabbiliti f’konformità mar-Regolament (UE) 2022/2554, bl-għan li jiżgura ż-żamma tal-funzjonijiet tiegħu, l-irkupru bla dewmien tal-operazzjonijiet u l-issodisfar tal-obbligi tar-repożitorju tat-tranżazzjonijiet.”;
|
|
Artikolu 60 (5)
|
fl-Artikolu 80, jitħassar il-paragrafu 1.
|
|
Artikolu 60 (6)
|
fl-Anness I, it-Taqsima II hija emendata kif ġej:
|
(a)
|
il-punti (a) u (b) jiġu sostitwiti b’dan li ġej:
|
“(a)
|
repożitorju tat-tranżazzjonijiet jikser l-Artikolu 79(1) billi ma jidentifikax is-sorsi ta’ riskju operazzjonali jew billi ma jimminimizzax dawk ir-riskji permezz tal-iżvilupp ta’ sistemi, kontrolli u proċeduri xierqa, inkluż sistemi tal-ICT ġestiti f’konformità mar-Regolament (UE) 2022/2554;
|
|
(b)
|
repożitorju tat-tranżazzjonijiet jikser l-Artikolu 79(2) billi ma jistabbilixxix, ma jimplimentax jew ma jżommx politika adegwata ta’ kontinwità tal-operat u pjan ta’ rkupru minn diżastri stabbiliti f’konformità mar-Regolament (UE) 2022/2554, bl-għan li jiżgura ż-żamma tal-funzjonijiet tiegħu, l-irkupru bla dewmien tal-operazzjonijiet u l-issodisfar tal-obbligi tar-repożitorju tat-tranżazzjonijiet;”;
|
|
|
(b)
|
jitħassar il-punt (c).
|
|
|
Artikolu 60 (7)
|
l-Anness III huwa emendat kif ġej:
|
(a)
|
it-Taqsima II hija emendata kif ġej:
|
(i)
|
il-punt (c) huwa sostitwit b’dan li ġej:
|
“(c)
|
CCP tal-Grad 2 tikser l-Artikolu 26(3) billi ma żżommx jew ma toperax struttura organizzazzjonali li tiżgura l-kontinwità u l-funzjonament ordnat fit-twettiq tas-servizzi u l-attivitajiet tagħha jew jekk ma tużax sistemi, riżorsi jew proċeduri xierqa u proporzjonati inkluż sistemi tal-ICT ġestiti f’konformità mar-Regolament (UE) 2022/2554”;
|
|
|
(ii)
|
jitħassar il-punt (f).
|
|
|
(b)
|
fit-Taqsima III, il-punt (a) huwa sostitwit b’dan li ġej:
|
“(a)
|
CCP tal-Grad 2 tikser l-Artikolu 34(1) billi ma tistabbilixxix, ma timplimentax jew ma żżommx politika adegwata ta’ kontinwità tal-operat u pjan ta’ rkupru minn diżastri stabbiliti f’konformità mar-Regolament (UE) 2022/2554, bl-għan li tiżgura l-preservazzjoni tal-funzjonijiet tagħha, l-irkupru fil-ħin tal-operazzjonijiet u t-twettiq tal-obbligi tas-CCP, li tal-inqas jippermetti l-irkupru tat-tranżazzjonijiet kollha fil-waqt tat-tfixkil biex jippermetti li s-CCP tkompli topera b’ċertezza u tikkompleta s-saldu fid-data skedata;”.
|
|
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|