“3. Għas-servizzi li jipprovdi kif ukoll għal kull sistema ta’ saldu tat-titoli li jħaddem, CSD għandu jistabbilixxi, jimplimenta u jżomm pjan adegwat ta’ kontinwità tal-operat u ta’ rkupru minn diżastri, inkluż politika ta’ kontinwità tal-operat tal-ICT u pjanijiet ta’ rispons u rkupru tal-ICTstabbiliti f’konformità mar-Regolament (UE) 2022/2554, biex jiġu żgurati l-preservazzjoni tas-servizzi tiegħu, l-irkupru bla dewmien tal-operazzjonijiet u t-twettiq tal-obbligi tas-CSD fil-każ ta’ avvenimenti li jippreżentaw riskju sinifikanti ta’ tfixkil tal-operazzjonijiet.
4. Il-pjan imsemmi fil-paragrafu 3 għandu jipprevedi l-irkupru tat-tranżazzjonijiet u l-pożizzjonijiet tal-parteċipanti kollha fil-ħin tat-tfixkil biex il-parteċipanti ta’ CSD ikunu jistgħu jkomplu joperaw b’ċertezza u jlestu s-saldu fid-data skedata, inkluż billi jiġi żgurat li s-sistemi kritiċi tal-IT ikunu jistgħu jerġgħu jibdew l-operazzjonijiet mill-ħin tat-tfixkil kif previst fl-Artikolu 12(5) u (7) tar-Regolament (UE) 2022/2554”;