1. L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li jeżentaw għalkollox jew parzjalment lill-fornituri ta’ servizzi tal-logħob tal-azzard mir-rekwiżiti stabbiliti f’dan ir-Regolament fuq il-bażi tar-riskju baxx ippruvat li jirriżulta min-natura u, fejn xieraq, mill-iskala tal-operazzjonijiet ta’ servizzi bħal dawn.
L-eżenzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu ma għandhiex tapplika għal:
|
(b)
|
fornituri ta’ servizzi tal-logħob tal-azzard li l-attività prinċipali tagħhom hija li jipprovdu servizzi tal-logħob tal-azzard online jew servizzi ta’ mħatri sportivi, għajr:
|
(i)
|
servizzi tal-logħob tal-azzard online mħaddma mill-Istat, kemm jekk permezz ta’ awtorità pubblika jew intrapriża jew korp ikkontrollat mill-Istat;
|
|
(ii)
|
servizzi tal-logħob tal-azzard online li l-organizzazzjoni, l-operat u l-amministrazzjoni tagħhom huma rregolati mill-Istat.
|
|