+Artikolu 9 2
|
Artikolu 9 2
2. Il-politiki, il-proċeduri u l-kontrolli msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jinkludu:
|
(a)
|
il-politiki u l-proċeduri interni, inkluż b’mod partikolari:
|
(i)
|
it-twettiq u l-aġġornament tal-valutazzjoni tar-riskju fil-livell tan-negozju;
|
|
(ii)
|
il-qafas tal-ġestjoni tar-riskju tal-entità marbuta b’obbligu;
|
|
(iii)
|
id-diliġenza dovuta fir-rigward tal-klijenti biex jiġi implimentat il-Kapitolu III ta’ dan ir-Regolament, inkluż proċeduri biex jiġi ddeterminat jekk il-klijent, is-sid benefiċjarju, jew il-persuna li f’isimha jew għall-benefiċċju tagħha qed titwettaq tranżazzjoni jew attività, hijiex persuna jew membru tal-familja jew persuna magħrufa li hija assoċjata mill-qrib t;
|
|
(iv)
|
ir-rapportar ta’ tranżazzjonijiet suspettużi;
|
|
(v)
|
l-esternalizzazzjoni u d-dipendenza fuq id-diliġenza dovuta fir-rigward tal-klijenti mwettqa minn entitajiet oħra marbutin b’obbligu;
|
|
(vi)
|
iż-żamma ta’ rekords u politiki fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali skont l-Artikoli 76 u 77;
|
|
(vii)
|
il-monitoraġġ u l-ġestjoni tal-konformità ma’ tali politiki u proċeduri interni f’konformità mal-punt (b ta’ dan il-paragrafu), l-identifikazzjoni u l-ġestjoni tan-nuqqasijiet u l-implimentazzjoni tal-azzjonijiet ta’ rimedju;
|
|
(viii)
|
il-verifika, proporzjonata għar-riskji assoċjati mal-kompiti u l-funzjonijiet li għandhom jitwettqu, meta jiġi reklutat u assenjat persunal għal ċerti kompiti u funzjonijiet u meta jinħatru l-aġenti u d-distributuri li dawk il-persuni jkunu ta’ reputazzjoni tajba;
|
|
(ix)
|
il-komunikazzjoni interna tal-politiki, il-proċeduri u l-kontrolli interni tal-entità marbuta b’obbligu, inkluż lill-aġenti, id-distributuri u l-fornituri tas-servizzi tagħha involuti fl-implimentazzjoni tal-politiki tagħha dwar l-AML/CFT;
|
|
(x)
|
politika dwar it-taħriġ tal-impjegati u, fejn rilevanti, tal-aġenti u d-distributuri fir-rigward tal-miżuri fis-seħħ fl-entità marbuta b’obbligu għall-konformità mar-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament, ir-Regolament (UE) 2023/1113 u kwalunkwe att amministrattiv maħruġ minn kwalunkwe superviżur;
|
|
|
(b)
|
kontrolli interni u funzjoni ta’ awditjar indipendenti għall-ittestjar tal-politiki u l-proċeduri interni msemmija fil-punt (a) ta’ dan il-paragrafu u l-kontrolli fis-seħħ fl-entità marbuta b’obbligu; Fin-nuqqas ta’ funzjoni ta’ awditjar indipendenti, l-entitajiet marbutin b’obbligu jista’ jkollhom dan it-test imwettaq minn espert estern.
|
Il-politiki, il-proċeduri u l-kontrolli interni stabbiliti fl-ewwel subparagrafu għandhom jiġu rreġistrati bil-miktub. Il-politiki interni għandhom jiġu approvati mill-korp maniġerjali fil-funzjoni tiegħu ta’ ġestjoni. Il-proċeduri u l-kontrolli interni għandhom jiġu approvati mill-anqas fil-livell tal- maniġer tal-konformità.
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|