+Artikolu 9 Kamp ta’ applikazzjoni tal-politiki, il-proċeduri u l-kontrolli interni
---+Artikolu 9 1
---+Artikolu 9 2
---+Artikolu 9 3
---+Artikolu 9 4

Artikolu 9 Kamp ta’ applikazzjoni tal-politiki, il-proċeduri u l-kontrolli interni

-

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 9 1

1.   L-entitajiet marbutin b’obbligu għandu jkollhom fis-seħħ, politiki, proċeduri u kontrolli interni sabiex jiżguraw il-konformità ma’ dan ir-Regolament, ir-Regolament (UE) 2023/1113 u kwalunkwe att amministrattiv maħruġ minn kwalunkwe superviżur u b’mod partikolari biex:

(a)

itaffu u jimmaniġjaw b’mod effettiv ir-riskji ta’ ħasil tal-flus u ta’ finanzjament tat-terroriżmu identifikati fil-livell tal-Unjoni, tal-Istat Membru u tal-entità marbuta b’obbligu;

(b)

minbarra l-obbligu li jiġu applikati sanzjonijiet finanzjarji mmirati, jittaffew u jiġu maniġġati r-riskji ta’ nuqqas ta’ implimentazzjoni u ta’ evażjoni tas-sanzjonijiet finanzjarji mmirati

Dawk il-politiki, proċeduri u kontrolli msemmija fl-ewwel subparagrafu għandhom ikunu proporzjonati man-natura tan-negozju, inkluż ir-riskji u l-kumplessità tiegħu u d-daqs tal-entità marbuta b’obbligu u għandhom ikopru l-attivitajiet kollha tal-entità marbuta b’obbligu li jaqgħu taħt il-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 9 2

2.   Il-politiki, il-proċeduri u l-kontrolli msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jinkludu:

(a)

il-politiki u l-proċeduri interni, inkluż b’mod partikolari:

(i)

it-twettiq u l-aġġornament tal-valutazzjoni tar-riskju fil-livell tan-negozju;

(ii)

il-qafas tal-ġestjoni tar-riskju tal-entità marbuta b’obbligu;

(iii)

id-diliġenza dovuta fir-rigward tal-klijenti biex jiġi implimentat il-Kapitolu III ta’ dan ir-Regolament, inkluż proċeduri biex jiġi ddeterminat jekk il-klijent, is-sid benefiċjarju, jew il-persuna li f’isimha jew għall-benefiċċju tagħha qed titwettaq tranżazzjoni jew attività, hijiex persuna jew membru tal-familja jew persuna magħrufa li hija assoċjata mill-qrib t;

(iv)

ir-rapportar ta’ tranżazzjonijiet suspettużi;

(v)

l-esternalizzazzjoni u d-dipendenza fuq id-diliġenza dovuta fir-rigward tal-klijenti mwettqa minn entitajiet oħra marbutin b’obbligu;

(vi)

iż-żamma ta’ rekords u politiki fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali skont l-Artikoli 76 u 77;

(vii)

il-monitoraġġ u l-ġestjoni tal-konformità ma’ tali politiki u proċeduri interni f’konformità mal-punt (b ta’ dan il-paragrafu), l-identifikazzjoni u l-ġestjoni tan-nuqqasijiet u l-implimentazzjoni tal-azzjonijiet ta’ rimedju;

(viii)

il-verifika, proporzjonata għar-riskji assoċjati mal-kompiti u l-funzjonijiet li għandhom jitwettqu, meta jiġi reklutat u assenjat persunal għal ċerti kompiti u funzjonijiet u meta jinħatru l-aġenti u d-distributuri li dawk il-persuni jkunu ta’ reputazzjoni tajba;

(ix)

il-komunikazzjoni interna tal-politiki, il-proċeduri u l-kontrolli interni tal-entità marbuta b’obbligu, inkluż lill-aġenti, id-distributuri u l-fornituri tas-servizzi tagħha involuti fl-implimentazzjoni tal-politiki tagħha dwar l-AML/CFT;

(x)

politika dwar it-taħriġ tal-impjegati u, fejn rilevanti, tal-aġenti u d-distributuri fir-rigward tal-miżuri fis-seħħ fl-entità marbuta b’obbligu għall-konformità mar-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament, ir-Regolament (UE) 2023/1113 u kwalunkwe att amministrattiv maħruġ minn kwalunkwe superviżur;

(b)

kontrolli interni u funzjoni ta’ awditjar indipendenti għall-ittestjar tal-politiki u l-proċeduri interni msemmija fil-punt (a) ta’ dan il-paragrafu u l-kontrolli fis-seħħ fl-entità marbuta b’obbligu; Fin-nuqqas ta’ funzjoni ta’ awditjar indipendenti, l-entitajiet marbutin b’obbligu jista’ jkollhom dan it-test imwettaq minn espert estern.

Il-politiki, il-proċeduri u l-kontrolli interni stabbiliti fl-ewwel subparagrafu għandhom jiġu rreġistrati bil-miktub. Il-politiki interni għandhom jiġu approvati mill-korp maniġerjali fil-funzjoni tiegħu ta’ ġestjoni. Il-proċeduri u l-kontrolli interni għandhom jiġu approvati mill-anqas fil-livell tal- maniġer tal-konformità.

Artikolu 9 3

3.   L-entitajiet marbutin b’obbligu għandhom iżommu l-politiki interni, il-proċeduri u l-kontrolli aġġornati, u jsaħħuhom fejn jiġu identifikati dgħufijiet.

Artikolu 9 4

4.   Sal-10 ta’ Lulju 2026, l-AMLA għandha toħroġ linji gwida dwar l-elementi li għandhom iqisu l-entitajiet marbutin b’obbligu, abbażi tan-natura tan-negozju tagħhom, inkluż ir-riskji u l-kumplessità tiegħu, u d-daqs tagħhom, meta tiddeċiedi rigward il-firxa tal-politiki, il-proċeduri u l-kontrolli interni tagħhom, b’mod partikolari fir-rigward tal-persunal allokat għall-funzjonijiet ta’ konformità. Dawk il-linji gwida għandhom jidentifikaw ukoll sitwazzjonijiet fejn, minħabba n-natura u d-daqs tal-entità marbuta b’obbligu:

(i)

il-kontrolli interni għandhom jiġu organizzati fil-livell tal-funzjoni kummerċjali, tal-funzjoni tal-verifika tal-konformità u tal-funzjoni tal-awditjar;

(ii)

il-funzjoni tal-awditjar indipendenti tista’ titwettaq minn espert estern.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit