+Artikolu 16 1

Artikolu 16 1

1.   Impriża omm għandha tiżgura li r-rekwiżiti dwar il-proċeduri interni, il-valutazzjoni tar-riskju u l-persunal imsemmijin fit-Taqsima 1 ta’ dan il-Kapitolu japplikaw fil-fergħat u fis-sussidjarji kollha tal-grupp fl-Istati Membri u, għal gruppi li l-uffiċċju prinċipali tagħhom jinsabu fl-Unjoni, f’pajjiżi terzi. Għal dan l-għan, impriża omm għandha twettaq valutazzjonijiet tar-riskju għall-grupp kollu, b’kont meħud tal-valutazzjoni tar-riskju fil-livell tan-negozju mwettqa mill-fergħat u s-sussidjarji kollha tal-grupp, u tistabbilixxi u timplimenta politiki, proċeduri u kontrolli, inkluż dwar il-protezzjoni tad-data u dwar il-kondiviżjoni tal-informazzjoni fi ħdan il-grupp għall-finijiet ta’ AML/CFT u biex tiżgura li l-impjegati fi ħdan il-grupp huma konxji mir-rekwiżiti li jirriżultaw minn dan ir-Regolament. L-entitajiet marbutin b’obbligu fil-grupp għandhom jimplimentaw dawk il-politiki, il-proċeduri u l-kontrolli għall-grupp kollu, filwaqt li jqisu l-ispeċifiċitajiet tagħhom u r-riskji li huma esposti għalihom.

Il-politiki, il-proċeduri u l-kontrolli għall-grupp kollu u l-valutazzjonijiet tar-riskju għall-grupp kollu msemmja fl-ewwel subparagrafu għandhom jinkludu l-elementi kollha elenkati fl-Artikoli 9 u 10, rispettivament. .

Għall-finijiet tal-ewwel subparagrafu, meta grupp ikollu stabbilimenti f’aktar minn Stat Membru wieħed u, għal gruppi li l-uffiċċju prinċipali tagħhom jinsabu fl-Unjoni, f’pajjiżi terzi, l-impriżi omm għandhom iqisu l-informazzjoni ppubblikata mill-awtoritajiet tal-Istati Membri kollha jew tal-pajjiżi terzi kollha fejn jinsabu l-istabbilimenti tal-grupp.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit