7. Is-superviżuri jistgħu, direttament jew f’kooperazzjoni ma’ awtoritajiet oħra f’dak l-Istat Membru, jeżentaw lill-entitajiet marbutin b’obbligu milli japplikaw, b’mod sħiħ jew parzjali, il-miżuri ta’ diliġenza dovuta fir-rigward tal-klijenti msemmija fl-Artikolu 20(1), il-punti (a), (b) u (c), fir-rigward tal-flus elettroniċi abbażi tar-riskju baxx ippruvat maħluq min-natura tal-prodott, meta jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha ta’ mitigazzjoni tar-riskju li ġejjin:
|
(a)
|
l-istrument ta’ pagament ma jkunx jista’ jiġi rikarikat, u l-ammont maħżun elettronikament ma jaqbiżx EUR 150 jew l-ekwivalenti fil-munita nazzjonali;
|
|
(b)
|
l-istrument ta’ pagament jintuża esklużivament għax-xiri ta’ oġġetti jew servizzi pprovduti mill-emittent, jew fi ħdan network ta’ fornituri ta’ servizzi;
|
|
(c)
|
l-istrument ta’ pagament ma jkunx konness ma’ kont ta’ pagament u ma jippermettix li jiġi skambjat xi ammont maħżun ma’ flus kontanti jew ma’ kriptoassi;
|
|
(d)
|
l-emittent iwettaq monitoraġġ suffiċjenti tat-tranżazzjonijiet jew tar-relazzjoni tan-negozju sabiex ikunu jistgħu jiġu identifikati tranżazzjonijiet mhux tas-soltu jew suspettużi.
|