1. L-entitajiet marbuta b’obbligu għandhom jirrappurtaw lir-reġistri ċentrali kwalunkwe diskrepanza li jsibu bejn l-informazzjoni disponibbli fir-reġistri ċentrali u l-informazzjoni li jiġbru skont l-Artikolu 20(1), il-punt (b), u l-Artikolu 22(7).
Id-diskrepanzi msemmija fl-ewwel subparagrafu għandhom jiġu rrappurtati mingħajr dewmien żejjed u, fi kwalunkwe każ, fi żmien 14-il jum kalendarju wara l-iskoperta tagħhom. Meta jirrappurtaw tali diskrepanzi, entitajiet marbutin b’obbligu għandhom jakkumpanjaw ir-rapporti tagħhom bl-informazzjoni li kisbu li tindika d-diskrepanza u min iqisu bħala s-sidien benefiċjarji u, fejn applikabbli, l-azzjonisti nominati u d-diretturi nominati li għandhom ikunu u għaliex.