+Artikolu 24 2

Artikolu 24 2

2.   B’deroga mill-paragrafu 1, entitajiet marbutin b’obbligu jistgħu joqogħdu lura milli jirrapportaw diskrepanzi lir-reġistru ċentrali u jistgħu minflok jitolbu informazzjoni addizzjonali mill-klijenti fejn id-diskrepanzi identifikati:

(a)

huma limitati għal żbalji tipografiċi, modi differenti ta’ traslitterazzjoni, jew ineżattezzi minuri li ma jaffettwawx l-identifikazzjoni tas-sidien benefiċjarji jew il-pożizzjoni tagħhom; jew

(b)

huma riżultat ta’ data skaduta, iżda s-sidien benefiċjarji huma magħrufa mill-entità marbuta b’obbligu minn sors affidabbli ieħor u m’hemm l-ebda raġuni għal suspett li hemm intenzjoni li tinħeba kwalunkwe informazzjoni, u

Meta entità marbuta b’obbligu tikkonkludi li l-informazzjoni dwar is-sjieda benefiċjarja fir-reġistru ċentrali ma tkunx korretta, hija għandha tistieden lill-klijenti biex jippreżentaw l-informazzjoni korretta lir-reġistru ċentrali skont l-Artikoli 63, 64 u 67 mingħajr dewmien żejjed, u fi kwalunkwe każ fi żmien 14-il jum kalendarju.

Dan il-paragrafu m’għandux japplika għal każijiet ta’ riskju ogħla li għalihom japplikaw il-miżuri taħt it-Taqsima 4 ta’ dan il-Kapitolu.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit