4. Is-sidien benefiċjarji ta’ arranġamenti ġuridiċi li mhumiex it-trustees jew il-persuni li għandhom kariga ekwivalenti, l-aġenti tiegħu u l-entitajiet marbutin b’obbligu li jieħdu ħsieb l-arranġament ġuridiku, kif ukoll kwalunkwe persuna u, fil-każ ta’ arranġamenti ġuridiċi, it-trustees tagħhom, li huma parti mill-istruttura struttura b’diversi livelli ta kontroll tal-arranġament ġuridiku,għandhom jipprovdu lit-trustees jew lill-persuni li għandhom kariga ekwivalenti f’arranġament ġuridiku simili bl-informazzjoni u d-dokumentazzjoni kollha meħtieġa biex it-trustees jew il-persuni li għandhom kariga ekwivalenti tikkonforma mar-rekwiżiti ta’ dan il-Kapitolu.