1. Persuni li jinnegozjaw f’oġġetti ta’ valur għoli għandhom jirrapportaw lill-FIU it-tranżazzjonijiet kollha li jinvolvu l-bejgħ ta’ oġġetti ta’ valur għoli li ġejjin meta dawk l-oġġetti jiġu akkwistati għal skopijiet mhux kummerċjali:
|
(a)
|
vetturi bil-mutur għal prezz ta’ mill-inqas EUR 250 000 jew l-ekwivalenti fil-munita nazzjonali;
|
|
(b)
|
inġenji tal-ilma għal prezz ta’ mill-inqas EUR 7 500 000 jew l-ekwivalenti fil-munita nazzjonali;
|
|
(c)
|
inġenji tal-ajru għal prezz ta’ mill-inqas EUR 7 500 000 jew l-ekwivalenti fil-munita nazzjonali.
|