1. L-istituzzjonijiet ta’ kreditu, l-istituzzjonijiet finanzjarji u l-fornituri ta’ servizzi tal-kriptoassi għandhom ikunu pprojbiti milli jżommu kontijiet bankarji u ta’ pagament anonimi, passbooks anonimi, kaxex ta’ sikurezza għad-depożiti anonimi jew kontijiet anonimi tal-kriptoassi kif ukoll kwalunkwe kont li b’xi mod ieħor jippermetti l-anonimizzazzjoni tad-detentur ta’ kont tal-klijent jew l-anonimizzazzjoni jew l-oskurament akbar tat-tranżazzjonijiet, inkluż permezz ta’ muniti li jżidu l-anonimità.
Is-sidien u l-benefiċjarji ta’ kontijiet bankarji jew ta’ pagament anonimi, passbooks anonimi, kaxex ta’ sikurezza għad-depożiti anonimi miżmuma minn istituzzjonijiet ta’ kreditu jew istituzzjonijiet finanzjarji, jew kontijiet tal-kriptoassi eżistenti għandhom ikunu soġġetti għal miżuri ta’ diliġenza dovuta fir-rigward tal-klijenti qabel ma dawk il-kontijiet, passbooks, jew kaxax għad-depożiti jintużaw bi kwalunkwe mod.