3. Għat-tilwim riferut lil korp għas-soluzzjoni tat-tilwim skont l-Artikolu 4(3) u (9) u l-Artikolu 5(12), meta l-korp għas-soluzzjoni tat-tilwim jiddeċiedi tilwima favur l-utent jew ir-riċevitur tad-data, id-detentur tad-data għandu jħallas it-tariffi kollha imposti mill-korp għas-soluzzjoni tat-tilwim u għandu jirrimborża lil dak l-utent jew lil dak ir-riċevitur tad-data kwalunkwe spiża raġonevoli oħra li jkun ġarrab b'rabta mas-soluzzjoni tat-tilwima. Jekk il-korp għas-soluzzjoni tat-tilwim jiddeċiedi tilwima favur id-detentur tad-data, l-utent jew ir-riċevitur tad-data ma għandux ikun meħtieġ jirrimborża kwalunkwe tariffa jew spiża oħra li d-detentur tad-data jkun ħallas jew irid iħallas b'rabta mas-soluzzjoni tat-tilwima, sakemm il-korp għas-soluzzjoni tat-tilwim ma jsibx li l-utent jew ir-riċevitur tad-data aġixxa b'mala fide ċara.