+Artikolu 10 Soluzzjoni tat-tilwim
---+Artikolu 10 1
---+Artikolu 10 2
---+Artikolu 10 3
---+Artikolu 10 4
---+Artikolu 10 5
---+Artikolu 10 6
---+Artikolu 10 7
---+Artikolu 10 8
---+Artikolu 10 9
---+Artikolu 10 10
---+Artikolu 10 11
---+Artikolu 10 12
---+Artikolu 10 13
|
Artikolu 10 Soluzzjoni tat-tilwim
-
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 10 1
|
1. L-utenti, id-detenturi tad-data u r-riċevituri tad-data għandu jkollhom aċċess għal korp għas-soluzzjoni tat-tilwim, iċċertifikat f'konformità mal-paragrafu 5 ta' dan l-Artikolu, biex isolvi tilwim skont l-Artikolu 4(3) u (9) tal-Artikolu 5(12) kif ukoll tilwim relatati mat-termini u kundizzjonijiet ġusti, raġonevoli u nondiskriminatorji, u l-mod trasparenti, kif id-data ssir disponibbli f'konformità ma’ dan il-Kapitolu u l-Kapitolu IV.
|
|
Artikolu 10 2
|
2. Il-korpi għas-soluzzjoni tat-tilwim għandhom jagħmlu t-tariffi, jew il-mekkaniżmi użati biex jiġu ddeterminati t-tariffi, magħrufa lill-partijiet ikkonċernati qabel ma dawk il-partijiet jitolbu deċiżjoni.
|
|
Artikolu 10 3
|
3. Għat-tilwim riferut lil korp għas-soluzzjoni tat-tilwim skont l-Artikolu 4(3) u (9) u l-Artikolu 5(12), meta l-korp għas-soluzzjoni tat-tilwim jiddeċiedi tilwima favur l-utent jew ir-riċevitur tad-data, id-detentur tad-data għandu jħallas it-tariffi kollha imposti mill-korp għas-soluzzjoni tat-tilwim u għandu jirrimborża lil dak l-utent jew lil dak ir-riċevitur tad-data kwalunkwe spiża raġonevoli oħra li jkun ġarrab b'rabta mas-soluzzjoni tat-tilwima. Jekk il-korp għas-soluzzjoni tat-tilwim jiddeċiedi tilwima favur id-detentur tad-data, l-utent jew ir-riċevitur tad-data ma għandux ikun meħtieġ jirrimborża kwalunkwe tariffa jew spiża oħra li d-detentur tad-data jkun ħallas jew irid iħallas b'rabta mas-soluzzjoni tat-tilwima, sakemm il-korp għas-soluzzjoni tat-tilwim ma jsibx li l-utent jew ir-riċevitur tad-data aġixxa b'mala fide ċara.
|
|
Artikolu 10 4
|
4. Il-klijenti u l-fornituri ta' servizzi tal-ipproċessar tad-data għandu jkollhom aċċess għal korp għas-soluzzjoni tat-tilwim, iċċertifikat f'konformità mal-paragrafu 5 ta’ dan l-Artikolu, biex isolvu t-tilwim relatat mal-ksur tad-drittijiet tal-klijenti u l-obbligi tal-fornituri ta' servizzi tal-ipproċessar tad-data, f'konformità mal-Artikoli 23 u 31.
|
|
Artikolu 10 5
|
5. L-Istat Membru fejn ikun stabbilit il-korp għas-soluzzjoni tat-tilwim għandu, fuq talba ta' dak il-korp, jiċċertifika lil dak il-korp meta jkun wera li jissodisfa l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:
|
(a)
|
ikun imparzjali u indipendenti, u joħroġ id-deċiżjonijiet tiegħu f'konformità ma' regoli ta' proċedura ċari, nondiskriminatorji u ġusti;
|
|
(b)
|
ikollu l-għarfien espert neċessarju, b'mod partikolari fir-rigward tad-determinazzjoni ta' termini u kundizzjonijiet ġusti, raġonevoli u nondiskriminatorji, inkluż il-kumpens, u dwar id-data tkun magħmula disponibbli b’mod trasparenti, li jippermetti lill-korp jiddetermina b'mod effettiv dawk it-termini u l-kondizzjonijiet;
|
|
(c)
|
ikun faċilment aċċessibbli permezz tat-teknoloġija tal-komunikazzjoni elettronika;
|
|
(d)
|
ikun kapaċi jadotta d-deċiżjonijiet tiegħu b'mod rapidu, effiċjenti u kosteffettiv b'mill-inqas lingwa waħda uffiċjali tal-Unjoni.
|
|
|
Artikolu 10 6
|
6. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni bil-korpi għas-soluzzjoni tat-tilwim iċċertifikati f'konformità mal-paragrafu 5. Il-Kummissjoni għandha tippubblika lista ta' dawk il-korpi fuq sit web iddedikat u żżommha aġġornata.
|
|
Artikolu 10 7
|
7. Korp għas-soluzzjoni tat-tilwim għandu jirrifjuta li jittratta talba biex isolvi tilwima li tkun diġà tressqet quddiem korp ieħor għas-soluzzjoni tat-tilwim jew quddiem qorti jew tribunal ta' Stat Membru.
|
|
Artikolu 10 8
|
8. Korp għas-soluzzjoni tat-tilwim għandu jagħti lill-partijiet il-possibbiltà, f'perjodu ta' żmien raġonevoli, li jesprimi l-opinjonijiet tiegħu dwar il-kwistjonijiet li dawk il-partijiet ikunu ressqu quddiem dak il-korp. F'dak il-kuntest, kull parti f’tilwima għandha tingħata s-sottomissjonijiet tal-parti l-oħra involuta fit-tilwima tagħhom u kwalunkwe dikjarazzjoni magħmula mill-esperti. Il-partijiet għandhom jingħataw il-possibbiltà li jikkummentaw dwar dawk is-sottomissjonijiet u d-dikjarazzjonijiet.
|
|
Artikolu 10 9
|
9. Korp għas-soluzzjoni tat-tilwim għandu jadotta d-deċiżjoni tagħha dwar kwistjoni riferuta lilu fi żmien 90 jum minn meta jkun irċieva talba skont il-paragrafi 1 u 4. Dik id-deċiżjoni għandhatkunu bil-miktub jew fuq mezz durabbli u għandha tkun appoġġata minn dikjarazzjoni tar-raġunijiet.
|
|
Artikolu 10 10
|
10. Il-korpi għas-soluzzjoni tat-tilwim għandhom ifasslu u jagħmlu disponibbli għall-pubbliku rapporti annwali tal-attività. Talirapporti annwali għandhom jinkludu, b'mod partikolari, l-informazzjoni ġenerali li ġejja:
|
(a)
|
aggregazzjoni tal-eżiti tat-tilwim;
|
|
(b)
|
iż-żmien medju meħud biex tiġi solvuta tilwima;
|
|
(c)
|
l-aktar raġunijiet komuni għat-tilwim.
|
|
|
Artikolu 10 11
|
11. Sabiex jiffaċilita l-iskambju ta' informazzjoni u l-aħjar prattiki, korp għas-soluzzjoni tat-tilwim jista' jiddeċiedi li jinkludi rakkomandazzjonijiet fir-rapport imsemmi fil-paragrafu 10 dwar kif il-problemi jistgħu jiġu evitati jew solvuti.
|
|
Artikolu 10 12
|
12. Id-deċiżjoni ta' korp għas-soluzzjoni tat-tilwim għandha tkun vinkolanti fuq il-partijiet biss jekk il-partijiet ikunu taw kunsens espliċitu għan-natura vinkolanti tagħha qabel il-bidu tal-proċedimenti għas-soluzzjoni tat-tilwim.
|
|
Artikolu 10 13
|
13. Dan l-Artikolu ma jaffettwax id-dritt tal-partijiet li jfittxu rimedju effettiv quddiem qorti jew tribunal ta' Stat Membru.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|