4. Il-fornituri ta' pjattaformi online kbar ħafna jew ta’ magni tat-tiftix online kbar ħafna għandhom jittrażmettu lill-Koordinatur tas-Servizzi Diġitali tal-istabbiliment u lill-Kummissjoni, mingħajr dewmien żejjed mat-tlestija, u jagħmlu disponibbli għall-pubbliku mhux aktar tard minn fi żmien tliet xhur wara l-wasla ta' kull rapport tal-awditu previst fl-Artikolu 37(4):
|
(a)
|
rapport li jistabbilixxi r-riżultati tal-valutazzjoni tar-riskju skont l-Artikolu 34;
|
|
(b)
|
il-miżuri ta' mitigazzjoni speċifiċi stabbiliti skont l-Artikolu 35(1);
|
|
(c)
|
ir-rapport tal-awditu previst fl-Artikolu 37(4);
|
|
(d)
|
ir-rapport ta' implimentazzjoni tal-awditu previst fl-Artikolu 37(6);
|
|
(e)
|
fejn applikabbli, informazzjoni dwar il-konsultazzjonijiet imwettqa mill-fornitur b'appoġġ għall-valutazzjonijiet tar-riskju u t-tfassil tal-miżuri ta' mitigazzjoni tar-riskju.
|