+Artikolu 8 2

Artikolu 8 2

2.   Fejn fornitur ta’ servizzi ta’ pagament jonqos ripetutament milli jipprovdi l-informazzjoni meħtieġa dwar il-pagatur jew il-prenditur, il-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament tal-prenditur għandu:

(a)

jieħu passi, li jistgħu jinkludu inizjalment l-għoti ta’ twissijiet u l-istipular ta’ skadenzi, qabel ma jipproċedi għal rifjut, restrizzjoni jew terminazzjoni f’konformità mal-punt (b) jekk l-informazzjoni meħtieġa tkun għada ma ġietx ipprovduta; jew

(b)

jirrifjuta direttament kwalunkwe trasferiment futur ta’ fondi mingħand dak il-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament, jew jirrestrinġi jew itemm ir-relazzjoni ta’ negozju tiegħu ma’ dak il-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament.

Il-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament tal-prenditur għandu jirrapporta dak in-nuqqas, u l-passi meħudin, lill-awtorità kompetenti responsabbli mill-monitoraġġ tal-konformità mad-dispożizzjonijiet dwar il-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit