+Artikolu 8 Trasferimenti ta’ fondi b’informazzjoni nieqsa jew mhux kompleta dwar il-pagatur jew il-prenditur
---+Artikolu 8 1
---+Artikolu 8 2
|
Artikolu 8 Trasferimenti ta’ fondi b’informazzjoni nieqsa jew mhux kompleta dwar il-pagatur jew il-prenditur
-
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 8 1
|
1. Il-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament tal-prenditur għandu jimplimenta proċeduri effettivi bbażati fuq ir-riskju, inkluż proċeduri bbażati fuq bażi ta’ sensittività għar-riskji msemmija fl-Artikolu 13 tad-Direttiva (UE) 2015/849 biex jiġi determinat jekk għandux jiġi eżegwit, irrifjutat jew sospiż trasferiment ta’ fondi li ma jkollux l-informazzjoni kompleta meħtieġa dwar il-pagatur u l-prenditur u biex tittieħed l-azzjoni ta’ segwitu adatta.
Fejn il-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament tal-prenditur isir konxju, meta jirċievi trasferiment ta’ fondi, li l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 4(1), il-punti (a), (b) u (c), l-Artikolu 4(2), il-punti (a) u (b), l-Artikolu 5(1), jew l-Artikolu 6, hija nieqsa, mhux kompleta jew ma mtlietx bl-użu tal-karattri jew l-inputs ammissibbli skont il-prattika tas-sistema ta’ messaġġi jew ta’ pagamenti u saldu kif imsemmi fl-Artikolu 7(1), il-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament tal-prenditur għandu, abbażi tal-bażi ta’ sensittività għar-riskji:
|
(a)
|
jirrifjuta t-trasferiment; jew
|
|
(b)
|
jitlob l-informazzjoni meħtieġa dwar il-pagatur u l-prenditur, qabel jew wara li jikkredita l-kont tal-pagamenti tal-prenditur jew jagħmel disponibbli l-fondi lill-prenditur.
|
|
|
Artikolu 8 2
|
2. Fejn fornitur ta’ servizzi ta’ pagament jonqos ripetutament milli jipprovdi l-informazzjoni meħtieġa dwar il-pagatur jew il-prenditur, il-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament tal-prenditur għandu:
|
(a)
|
jieħu passi, li jistgħu jinkludu inizjalment l-għoti ta’ twissijiet u l-istipular ta’ skadenzi, qabel ma jipproċedi għal rifjut, restrizzjoni jew terminazzjoni f’konformità mal-punt (b) jekk l-informazzjoni meħtieġa tkun għada ma ġietx ipprovduta; jew
|
|
(b)
|
jirrifjuta direttament kwalunkwe trasferiment futur ta’ fondi mingħand dak il-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament, jew jirrestrinġi jew itemm ir-relazzjoni ta’ negozju tiegħu ma’ dak il-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament.
|
Il-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament tal-prenditur għandu jirrapporta dak in-nuqqas, u l-passi meħudin, lill-awtorità kompetenti responsabbli mill-monitoraġġ tal-konformità mad-dispożizzjonijiet dwar il-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|