+Artikolu 14 1
|
Artikolu 14 1
1. Il-fornitur ta’ servizzi tal-kriptoassi tal-oriġinatur għandu jiżgura li t-trasferimenti tal-kriptoassi jkunu akkumpanjati mill-informazzjoni li ġejja dwar l-oriġinatur:
|
(a)
|
l-isem tal-oriġinatur;
|
|
(b)
|
l-indirizz tar-reġistru distribwit tal-oriġinatur, f’każijiet fejn it-trasferiment tal-kriptoassi jiġi rreġistrat fuq network li juża d-DLT jew teknoloġija simili, u n-numru tal-kont tal-kriptoassi tal-oriġinatur, meta dan il-kont ikun jeżisti u jkun jintuża biex tiġi pproċessata t-tranżazzjoni;
|
|
(c)
|
in-numru tal-kont tal-kriptoassi tal-oriġinatur, f’każijiet fejn trasferiment tal-kriptoassi ma jiġix irreġistrat fuq network li juża d-DLT jew teknoloġija simili;
|
|
(d)
|
l-indirizz tal-oriġinatur, inkluż l-isem tal-pajjiż, in-numru tad-dokument personali uffiċjali u n-numru ta’ identifikazzjoni bħala klijent, jew, alternattivament, id-data u l-post tat-twelid tal-oriġinatur; u
|
|
(e)
|
soġġett għall-eżistenza tal-qasam meħtieġ fil-format rilevanti tal-messaġġi, u meta pprovdut mill-oriġinatur lill-fornitur ta’ servizzi tal-kriptoassi tiegħu, l-LEI attwali jew, fl-assenza tiegħu, kwalunkwe identifikatur uffiċjali ekwivalenti disponibbli ieħor tal-oriġinatur.
|
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|