+Artikolu 14 Informazzjoni li takkumpanja t-trasferimenti tal-kriptoassi
---+Artikolu 14 1
---+Artikolu 14 2
---+Artikolu 14 3
---+Artikolu 14 4
---+Artikolu 14 5
---+Artikolu 14 6
---+Artikolu 14 7
---+Artikolu 14 8
|
Artikolu 14 Informazzjoni li takkumpanja t-trasferimenti tal-kriptoassi
-
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 14 1
|
1. Il-fornitur ta’ servizzi tal-kriptoassi tal-oriġinatur għandu jiżgura li t-trasferimenti tal-kriptoassi jkunu akkumpanjati mill-informazzjoni li ġejja dwar l-oriġinatur:
|
(a)
|
l-isem tal-oriġinatur;
|
|
(b)
|
l-indirizz tar-reġistru distribwit tal-oriġinatur, f’każijiet fejn it-trasferiment tal-kriptoassi jiġi rreġistrat fuq network li juża d-DLT jew teknoloġija simili, u n-numru tal-kont tal-kriptoassi tal-oriġinatur, meta dan il-kont ikun jeżisti u jkun jintuża biex tiġi pproċessata t-tranżazzjoni;
|
|
(c)
|
in-numru tal-kont tal-kriptoassi tal-oriġinatur, f’każijiet fejn trasferiment tal-kriptoassi ma jiġix irreġistrat fuq network li juża d-DLT jew teknoloġija simili;
|
|
(d)
|
l-indirizz tal-oriġinatur, inkluż l-isem tal-pajjiż, in-numru tad-dokument personali uffiċjali u n-numru ta’ identifikazzjoni bħala klijent, jew, alternattivament, id-data u l-post tat-twelid tal-oriġinatur; u
|
|
(e)
|
soġġett għall-eżistenza tal-qasam meħtieġ fil-format rilevanti tal-messaġġi, u meta pprovdut mill-oriġinatur lill-fornitur ta’ servizzi tal-kriptoassi tiegħu, l-LEI attwali jew, fl-assenza tiegħu, kwalunkwe identifikatur uffiċjali ekwivalenti disponibbli ieħor tal-oriġinatur.
|
|
|
Artikolu 14 2
|
2. Il-fornitur ta’ servizzi tal-kriptoassi tal-oriġinatur għandu jiżgura li t-trasferimenti tal-kriptoassi jkunu akkumpanjati mill-informazzjoni li ġejja dwar il-benefiċjarju:
|
(a)
|
l-isem tal-benefiċjarju;
|
|
(b)
|
l-indirizz tal-reġistru distribwit tal-benefiċjarju, f’każijiet fejn trasferiment tal-kriptoassi jiġi rreġistrat fuq network li juża d-DLT jew teknoloġija simili, u n-numru tal-kont tal-kriptoassi tal-benefiċjarju, meta dan il-kont ikun jeżisti u jkun jintuża biex tiġi pproċessata t-tranżazzjoni;
|
|
(c)
|
in-numru tal-kont tal-kriptoassi tal-benefiċjarju, f’każijiet fejn trasferiment tal-kriptoassi ma jiġix irreġistrat fuq network li juża d-DLT jew teknoloġija simili; u
|
|
(d)
|
soġġett għall-eżistenza tal-qasam meħtieġ fil-format rilevanti tal-messaġġi, u meta pprovdut mill-oriġinatur lill-fornitur ta’ servizzi tal-kriptoassi tiegħu, il-LEI attwali jew, fl-assenza tiegħu, kwalunkwe identifikatur tal-benefiċjarju uffiċjali ekwivalenti disponibbli ieħor.
|
|
|
Artikolu 14 3
|
3. B’deroga mill-paragrafu 1, il-punt (c), u l-paragrafu 2, il-punt (c), fil-każ ta’ trasferiment tal-kriptoassi li ma jiġix irreġistrat fuq network li juża d-DLT jew teknoloġija simili u li ma jsirx lejn jew minn kont tal-kriptoassi, il-fornitur ta’ servizzi tal-kriptoassi tal-oriġinatur għandu jiżgura li t-trasferiment tal-kriptoassi jkun akkumpanjat minn identifikatur uniku tat-tranżazzjoni.
|
|
Artikolu 14 4
|
4. L-informazzjoni msemmija fil-paragrafi 1 u 2 għandha tiġi sottomessa qabel it-trasferiment tal-kriptoassi, jew simultanjament jew fl-istess ħin miegħu, u b’mod sigur u f’konformità mar-Regolament (UE) 2016/679.
L-informazzjoni msemmija fil-paragrafi 1 u 2 ma għandhiex ikun meħtieġ tkun mehmuża direttament mat-trasferiment tal-kriptoassi, jew inkluża fih.
|
|
Artikolu 14 5
|
5. Fil-każ ta’ trasferiment tal-kriptoassi magħmul għal indirizz awtoospitat, il-fornitur ta’ servizzi tal-kriptoassi tal-oriġinatur għandu jikseb u jżomm l-informazzjoni msemmija fil-paragrafi 1 u 2 u għandu jiżgura li t-trasferiment tal-kriptoassi jkun jista’ jiġi identifikat individwalment.
Mingħajr preġudizzju għall-miżuri speċifiċi għall-mitigazzjoni tar-riskju meħuda f’konformità mal-Artikolu 19b tad-Direttiva (UE) 2015/849, fil-każ ta’ trasferiment ta’ ammont li jaqbeż EUR 1 000 għal indirizz awtoospitat, il-fornitur ta’ servizzi tal-kriptoassi tal-oriġinatur għandu jieħu miżuri adegwati biex jivvaluta jekk dan l-indirizz ikunx proprjetà tal-oriġinatur jew ikkontrollat minnu.
|
|
Artikolu 14 6
|
6. Qabel jittrasferixxi kriptoassi, il-fornitur ta’ servizzi tal-kriptoassi tal-oriġinatur għandu jivverifika l-eżattezza tal-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 abbażi tad-dokumenti, tad-data u tal-informazzjoni miksuba minn sors affidabbli u indipendenti.
|
|
Artikolu 14 7
|
7. Il-verifika kif imsemmija fil-paragrafu 6 ta’ dan l-Artikolu għandha titqies li tkun saret meta japplika wieħed minn dawn li ġejjin:
|
(a)
|
l-identità tal-oriġinatur tkun ġiet ivverifikata f’konformità mal-Artikolu 13 tad-Direttiva (UE) 2015/849 u l-informazzjoni miksuba skont dik il-verifika tkun inżammet f’konformità mal-Artikolu 40 ta’ dik id-Direttiva;
|
|
(b)
|
l-Artikolu 14(5) tad-Direttiva (UE) 2015/849 japplika għall-oriġinatur.
|
|
|
Artikolu 14 8
|
8. Il-fornitur ta’ servizzi tal-kriptoassi tal-oriġinatur ma għandu jippermetti l-bidu ta’ ebda trasferiment tal-kriptoassi jew l-eżekuzzjoni tiegħu qabel ma jiżgura konformità sħiħa ma’ dan l-Artikolu.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|