2. Mal-iskadenza tal-perjodu ta’ żamma msemmi fil-paragrafu 1, il-fornituri ta’ servizzi ta’ pagament u l-fornituri ta’ servizzi ta’ kriptoassi għandhom jiżguraw li d-data personali titħassar, sakemm ma jkunx previst mod ieħor mil-liġi nazzjonali li tiddetermina f’liema ċirkostanzi l-fornituri ta’ servizzi ta’ pagament u l-fornituri ta’ servizzi ta’ kriptoassi jistgħu jew għandhom iżommu tali data ulterjorment. L-Istati Membri jistgħu jippermettu jew jeħtieġu żamma ulterjuri biss wara li jkunu wettqu valutazzjoni bir-reqqa tan-neċessità u l-proporzjonalità ta’ din iż-żamma ulterjuri, u meta jqisu li din tkun ġustifikata bħala neċessarja għall-prevenzjoni, l-individwazzjoni jew l-investigazzjoni tal-ħasil tal-flus u tal-finanzjament tat-terroriżmu. Dak il-perjodu ta’ żamma ulterjuri ma għandux jaqbeż il-ħames snin.