1. Meta jikkunsidraw il-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 31(2) tar-Regolament (UE) 2022/2554 biex jiddeżinjaw fornitur terz ta’ servizzi tal-ICT li jkun kritiku għall-entitajiet finanzjarji, l-ASE għandhom japplikaw l-approċċ li ġej:
|
(a)
|
bħala l-ewwel stadju, l-ASE għandhom jivvalutaw jekk il-fornitur terz ta’ servizzi tal-ICT jissodisfax is-subkriterji kollha tal-“istadju 1” stabbiliti fl-Artikolu 2(1), 3(1) u 5(1);
|
|
(b)
|
bħala t-tieni stadju, għal dawk il-fornituri terzi ta’ servizzi tal-ICT li jissodisfaw is-subkriterji kollha tal-“istadju 1” imsemmija fil-punt (a), l-ASE għandhom iwettqu l-valutazzjoni tagħhom fid-dawl tas-subkriterji tal-“istadju 2” imsemmija fl-Artikoli 2(5), 3(4), 4(1) u 5(5).
|
Permezz ta’ deroga mill-ewwel subparagrafu, għall-valutazzjoni tal-kriterju (c) tal-Artikolu 31(2) tar-Regolament (UE) 2022/2554, l-ewwel stadju għandu jkun kopert mill-valutazzjoni li trid titwettaq għall-kriterji (a), (b) u (d) tal-Artikolu 31(2) tar-Regolament (UE) 2022/2554.