2. Wara tmiem il-perjodu ta’ żmien għas-sottomissjoni ta’ dikjarazzjoni motivata msemmija fl-Artikolu 31(5), l-ewwel subparagrafu, tar-Regolament (UE) 2022/2554, l-ASE, permezz tal-Kumitat Konġunt u fuq rakkomandazzjoni mill-Forum ta’ Sorveljanza, għandhom jiddeżinjaw fornitur terz ta’ servizzi tal-ICT bħala kritiku għall-entitajiet finanzjarji jekk jissodisfa s-subkriterji kollha tal-“istadju 1” imsemmija fil-paragrafu 1, il-punt (a), u wara eżitu pożittiv tal-valutazzjoni mwettqa fir-rigward tas-subkriterji tal-“istadju 2” imsemmija fil-paragrafu 1, il-punt (b).