1. Meta jikkunsidraw il-kriterju stabbilit fl-Artikolu 31(2), il-punt (b), tar-Regolament (UE) 2022/2554, l-ASE għandhom jivvalutaw jekk il-fornitur terz ta’ servizzi tal-ICT jissodisfax is-subkriterji tal-“istadju 1” li ġejjin:
|
(a)
|
Is-subkriterju 2.1: l-għadd ta’ istituzzjonijiet globali sistemikament importanti (G-SIIs) u istituzzjonijiet sistemikament importanti oħra (O-SIIs) li huma istituzzjonijiet ta’ kreditu li lilhom jiġu pprovduti servizzi tal-ICT mill-istess fornitur terz ta’ servizzi tal-ICT fil-każijiet li fihom is-servizzi tal-ICT jappoġġaw funzjonijiet kritiċi jew importanti;
|
|
(b)
|
Is-subkriterju 2.2: l-għadd ta’ entitajiet finanzjarji, għajr l-istituzzjonijiet ta’ kreditu u l-G-SIIs u l-O-SIIs imsemmija fil-punt (a) hawn fuq, identifikati bħala sistemiċi mill-awtoritajiet kompetenti msemmija taħt l-Artikolu 46 tar-Regolament (UE) 2022/2554, li lilhom jiġu pprovduti servizzi tal-ICT mill-istess fornitur terz ta’ servizzi tal-ICT fil-każijiet li fihom is-servizzi tal-ICT jappoġġaw funzjonijiet kritiċi jew importanti.
|