4. Meta jikkunsidraw il-kriterju stabbilit fl-Artikolu 31(2), il-punt (b), tar-Regolament (UE) 2022/2554 u fil-każijiet li fihom il-fornitur terz ta’ servizzi tal-ICT jissodisfa s-subkriterji tal-“istadju 1” imsemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, l-ASE għandhom iwettqu l-valutazzjoni tagħhom fid-dawl tas-subkriterju tal-“istadju 2” li ġej:
|
—
|
Is-subkriterju 2.3: il-G-SIIs jew l-O-SIIs u entitajiet finanzjarji oħra inklużi fil-valutazzjoni fis-subkriterji tal-“istadju 1” imsemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, inkluż meta l-G-SIIs jew l-O-SIIs li jipprovdu servizzi ta’ infrastruttura finanzjarja lil entitajiet finanzjarji oħra, li jiddependu fuq servizz tal-ICT ipprovdut mill-istess fornitur terz ta’ servizzi tal-ICT, ikunu interdipendenti.
|