+Artikolu 3 3
|
Artikolu 3 3
3. Sabiex jiddetermina n-numru u l-kompożizzjoni tal-membri fit-tim konġunt tal-eżaminazzjoni, is-Sorveljant Ewlieni għandu jikkunsidra mill-inqas dan kollu li ġej:
|
(a)
|
il-livell previst ta’ intensità tal-attivitajiet ta’ sorveljanza li għandhom jitwettqu fir-rigward tal-fornituri terzi kritiċi kollha ta’ servizzi tal-ICT;
|
|
(b)
|
id-daqs u l-kumplessità tal-fornitur terz ta’ servizzi tal-ICT issorveljat mit-tim konġunt tal-eżaminazzjoni u mill-ASE bħala Sorveljanti Ewlenin;
|
|
(c)
|
il-ħtiġijiet individwali speċifiċi ta’ sorveljanza relatati mal-fornitur terz kritiku speċifiku ta’ servizzi tal-ICT, kif ivvalutati mis-Sorveljant Ewlieni;
|
|
(d)
|
l-istabbiltà tal-kompożizzjoni tat-tim konġunt tal-eżaminazzjoni, filwaqt li tiġi żgurata żamma xierqa tal-għarfien;
|
|
(e)
|
il-ħiliet neċessarji meħtieġa għat-twettiq tal-kompiti mit-tim konġunt tal-eżaminazzjoni, filwaqt li jitqiesu r-rekwiżiti tal-għarfien tekniku u mhux tekniku tal-ICT;
|
|
(f)
|
l-Istati Membri li fihom il-fornitur terz kritiku ta’ servizzi tal-ICT jipprovdi servizzi tal-ICT li jappoġġaw funzjonijiet kritiċi jew importanti tal-entitajiet finanzjarji, u l-awtoritajiet kompetenti li jissorveljaw l-entitajiet finanzjarji li jagħmlu użu minn dawk is-servizzi;
|
|
(g)
|
it-tipi, id-daqsijiet u n-numri differenti ta’ entitajiet finanzjarji li l-fornitur terz kritiku ta’ servizzi tal-ICT jipprovdilhom servizzi tal-ICT li jappoġġaw funzjonijiet kritiċi jew importanti;
|
|
(h)
|
l-awtoritajiet kompetenti li jissorveljaw l-entitajiet finanzjarji li huma l-aktar dipendenti fuq is-servizzi tal-ICT ipprovduti mill-fornituri terzi kritiċi ta’ servizzi tal-ICT;
|
|
(i)
|
rappreżentanza transsettorjali proporzjonata tal-awtoritajiet li jinnominaw tat-tim konġunt tal-eżaminazzjoni.
|
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|