+Artikolu 3 Membri tat-tim konġunt tal-eżaminazzjoni
---+Artikolu 3 1
---+Artikolu 3 2
---+Artikolu 3 3
---+Artikolu 3 4
|
Artikolu 3 Membri tat-tim konġunt tal-eżaminazzjoni
-
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 3 1
|
1. Is-Sorveljant Ewlieni għandu jiddetermina n-numru ta’ membri tat-tim konġunt tal-eżaminazzjoni u l-kompożizzjoni tiegħu bi ftehim man-Network Konġunt ta’ Sorveljanza msemmi fl-Artikolu 34(1) tar-Regolament (UE) 2022/2554 u f’konsultazzjoni mal-Forum ta’ Sorveljanza msemmi fl-Artikolu 32(1) ta’ dak ir-Regolament.
|
|
Artikolu 3 2
|
2. Is-Sorveljant Ewlieni għandu jiddetermina dak in-numru bħala parti mill-proċess tal-istabbiliment tat-tim konġunt tal-eżaminazzjoni, u kif meħtieġ maż-żmien, filwaqt li jqis:
|
(a)
|
il-kompiti inklużi fil-pjanijiet individwali annwali ta’ sorveljanza abbozzati għal kull fornitur terz kritiku ta’ servizzi tal-ICT issorveljat mit-tim konġunt tal-eżaminazzjoni;
|
|
(b)
|
l-objettivi strateġiċi tal-pjan pluriennali ta’ sorveljanza abbozzat għall-fornituri terzi kritiċi kollha ta’ servizzi tal-ICT issorveljati mit-timijiet konġunti tal-eżaminazzjoni kollha.
|
|
|
Artikolu 3 3
|
3. Sabiex jiddetermina n-numru u l-kompożizzjoni tal-membri fit-tim konġunt tal-eżaminazzjoni, is-Sorveljant Ewlieni għandu jikkunsidra mill-inqas dan kollu li ġej:
|
(a)
|
il-livell previst ta’ intensità tal-attivitajiet ta’ sorveljanza li għandhom jitwettqu fir-rigward tal-fornituri terzi kritiċi kollha ta’ servizzi tal-ICT;
|
|
(b)
|
id-daqs u l-kumplessità tal-fornitur terz ta’ servizzi tal-ICT issorveljat mit-tim konġunt tal-eżaminazzjoni u mill-ASE bħala Sorveljanti Ewlenin;
|
|
(c)
|
il-ħtiġijiet individwali speċifiċi ta’ sorveljanza relatati mal-fornitur terz kritiku speċifiku ta’ servizzi tal-ICT, kif ivvalutati mis-Sorveljant Ewlieni;
|
|
(d)
|
l-istabbiltà tal-kompożizzjoni tat-tim konġunt tal-eżaminazzjoni, filwaqt li tiġi żgurata żamma xierqa tal-għarfien;
|
|
(e)
|
il-ħiliet neċessarji meħtieġa għat-twettiq tal-kompiti mit-tim konġunt tal-eżaminazzjoni, filwaqt li jitqiesu r-rekwiżiti tal-għarfien tekniku u mhux tekniku tal-ICT;
|
|
(f)
|
l-Istati Membri li fihom il-fornitur terz kritiku ta’ servizzi tal-ICT jipprovdi servizzi tal-ICT li jappoġġaw funzjonijiet kritiċi jew importanti tal-entitajiet finanzjarji, u l-awtoritajiet kompetenti li jissorveljaw l-entitajiet finanzjarji li jagħmlu użu minn dawk is-servizzi;
|
|
(g)
|
it-tipi, id-daqsijiet u n-numri differenti ta’ entitajiet finanzjarji li l-fornitur terz kritiku ta’ servizzi tal-ICT jipprovdilhom servizzi tal-ICT li jappoġġaw funzjonijiet kritiċi jew importanti;
|
|
(h)
|
l-awtoritajiet kompetenti li jissorveljaw l-entitajiet finanzjarji li huma l-aktar dipendenti fuq is-servizzi tal-ICT ipprovduti mill-fornituri terzi kritiċi ta’ servizzi tal-ICT;
|
|
(i)
|
rappreżentanza transsettorjali proporzjonata tal-awtoritajiet li jinnominaw tat-tim konġunt tal-eżaminazzjoni.
|
|
|
Artikolu 3 4
|
4. Meta jinnominaw il-membri tat-tim konġunt tal-eżaminazzjoni, l-awtoritajiet imsemmija fl-Artikolu 40(2) tar-Regolament (UE) 2022/2554 għandhom jikkunsidraw mill-inqas il-punti (c), (d), (e) (g) u (h) tal-paragrafu 3.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|