+Artikolu 7 1

Artikolu 7 1

1.   Fornitur terz ta’ servizzi li lilu jkunu ġew esternalizzati l-obbligi ta’ rapportar kif imsemmi fl-Artikolu 19(5) tar-Regolament (UE) 2022/2554 jista’ juża l-mudell stabbilit fl-Anness I ta’ dan ir-Regolament biex jipprovdi informazzjoni aggregata dwar inċident kbir relatat mal-ICT li jkollu impatt fuq diversi entitajiet finanzjarji f’notifika jew rapport uniku, u jippreżenta dik in-notifika jew dak ir-rapport lill-awtorità kompetenti f’isem l-entitajiet finanzjarji impattati kollha, dment li jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:

(a)

l-inċident kbir relatat mal-ICT li għandu jiġi rrapportat joriġina jew qed jiġi kkawżat minn fornitur terz ta’ servizzi tal-ICT;

(b)

dak il-fornitur terz ta’ servizzi jipprovdi s-servizz rilevanti tal-ICT lil aktar minn entità finanzjarja waħda, jew lil grupp;

(c)

l-inċident relatat mal-ICT huwa kklassifikat bħala kbir minn kull entità finanzjarja koperta fin-notifika jew fir-rapport aggregat;

(d)

l-inċident kbir relatat mal-ICT jaffettwa lill-entitajiet finanzjarji fi Stat Membru wieħed u r-rapport aggregat jirrelata mal-entitajiet finanzjarji li huma sorveljati mill-istess awtorità kompetenti;

(e)

l-awtoritajiet kompetenti jkunu espliċitament ippermettew dan it-tip ta’ entitajiet finanzjarji biex jaggregaw ir-rapportar tagħhom.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit