+DIRETTIVA (UE) 2024/2810 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tat-23 ta’ Ottubru 2024 dwar strutturi ta’ ishma b’vot multiplu f’kumpaniji li jfittxu ammissjoni għan-negozjar tal-ishma tagħhom fuq faċilità multilaterali tan-negozjar (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
---+Preamble: 1
---+Artikolu 1 Suġġett u kamp ta’ applikazzjoni
------+Artikolu 1 1
------+Artikolu 1 2
---+Artikolu 2 Definizzjonijiet
------+Artikolu 2 (1)
------+Artikolu 2 (2)
------+Artikolu 2 (3)
------+Artikolu 2 (4)
------+Artikolu 2 (5)
------+Artikolu 2 (6)
---+Artikolu 3 Adozzjoni jew modifika ta’ struttura MVS qabel l-ammissjoni għan-negozjar
------+Artikolu 3 1
------+Artikolu 3 2
------+Artikolu 3 3
------+Artikolu 3 4
------+Artikolu 3 5
---+Artikolu 4 Salvagwardji
------+Artikolu 4 1
------+Artikolu 4 2
---+Artikolu 5 Trasparenza
------+Artikolu 5 1
------+Artikolu 5 2
------+Artikolu 5 3
------+Artikolu 5 4
------+Artikolu 5 5
---+Artikolu 6 Rieżami
------+Artikolu 6 (a)
------+Artikolu 6 (b)
------+Artikolu 6 (c)
---+Artikolu 7 Traspożizzjoni
------+Artikolu 7 1
------+Artikolu 7 2
---+Artikolu 8 Dħul fis-seħħ
---+Artikolu 9 Destinatarji
English - European Union - Financial Industry - Capital Markets - Corporate Law -

DIRETTIVA (UE) 2024/2810 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tat-23 ta’ Ottubru 2024 dwar strutturi ta’ ishma b’vot multiplu f’kumpaniji li jfittxu ammissjoni għan-negozjar tal-ishma tagħhom fuq faċilità multilaterali tan-negozjar (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

DIRETTIVA (UE) 2024/2810 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tat-23 ta’ Ottubru 2024

dwar strutturi ta’ ishma b’vot multiplu f’kumpaniji li jfittxu ammissjoni għan-negozjar tal-ishma tagħhom fuq faċilità multilaterali tan-negozjar

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Preamble: 1

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 50(1), l-Artikolu 50(2), il-punt (g), u l-Artikolu 114 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-Parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja (2),

Billi:

(1)

Sabiex isir aktar attraenti l-elenkar f’ċentri tan-negozjar li huma primarjament fil-mira tal-intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju (SMEs), bħas-swieq tat-tkabbir tal-SMEs u faċilitajiet multilaterali tan-negozjar (MTFs) oħra, u b’hekk tiżdied il-kapaċità tagħhom li jiġbru fondi fuq l-MTFs, u biex jitnaqqsu l-inugwaljanzi għall-kumpaniji li jkunu qed ifittxu l-ammissjoni għan-negozjar fis-suq intern, huwa meħtieġ li jiġu indirizzati l-ostakli għall-aċċess għal MTFs li jirriżultaw minn ostakli regolatorji.

(2)

Il-biża’ li jintilef il-kontroll tal-kumpanija jikkostitwixxi deterrent importanti għall-azzjonisti kontrollanti biex jaċċessaw suq pubbliku, bħal MTF. L-ammissjoni għan-negozjar normalment tkun tinvolvi d-dilwizzjoni tas-sjieda għall-azzjonisti kontrollanti, u b’hekk titnaqqas l-influwenza tagħhom fuq deċiżjonijiet importanti ta’ investiment u operatorji. Iż-żamma tal-kontroll tal-kumpanija tista’ tkun ta’ importanza partikolari għal azzjonisti kontrollanti ta’ negozji ġodda u kumpaniji bi proġetti fit-tul li jeħtieġu kostijiet sinifikanti bil-quddiem, minħabba li jistgħu jkunu jixtiequ jsegwu l-viżjoni tagħhom mingħajr ma jsiru esposti wisq għall-fluttwazzjonijiet tas-suq.

(3)

Jenħtieġ li l-kumpaniji jkunu jistgħu, soġġett għas-salvagwardji stabbiliti skont il-liġi tal-Unjoni u dik nazzjonali, jagħżlu strutturi ta’ kapital u ta’ governanza li jkunu l-aktar adatti għall-istadju tal-iżvilupp tagħhom, inkluż billi jippermettu lill-azzjonisti kontrollanti jżommu l-kontroll tal-kumpanija wara li jaċċessaw l-MTFs, li jinkludu s-swieq tat-tkabbir tal-SMEs, filwaqt li jgawdu l-benefiċċji tan-negozjar fuq dawk l-MTFs, dment li jiġu ssalvagwardjati d-drittijiet tal-azzjonisti li jkollhom ishma bi drittijiet tal-vot aktar baxxi.

(4)

Struttura ta’ ishma b’vot multiplu (MVS) hija forma ta’ mekkaniżmu li jsaħħaħ il-kontroll, li jista’ jippermetti lill-azzjonisti kontrollanti jżommu s-setgħa tat-teħid tad-deċiżjonijiet f’kumpanija, filwaqt li jiġbru fondi mill-pubbliku. Struttura MVS tinvolvi mill-inqas żewġ klassijiet distinti ta’ ishma, kull waħda b’għadd differenti ta’ voti għal kull sehem. Taħt tali struttura, mill-inqas waħda mill-klassijiet ta’ ishma għandha għadd ta’ voti għal kull sehem aktar baxx minn klassi jew klassijiet oħra ta’ ishma bi drittijiet tal-vot. Sehem li jġorr għadd ogħla ta’ voti huwa MVS. Struttura MVS kif definit f’din id-Direttiva mhijiex struttura fejn id-differenzi fid-drittijiet tal-vot huma determinati biss minn valuri nominali differenti tal-ishma.

(5)

Kwalunkwe mekkaniżmu li jsaħħaħ il-kontroll li jiġġenera drittijiet tal-vot, għajr struttura MVS, bħall-ishma mingħajr vot u ishma bi dritt ta’ veto fuq ċerti deċiżjonijiet, jenħtieġ li jaqa’ barra mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-Direttiva.

(6)

L-ishma ta’ lealtà jagħtu għadd addizzjonali ta’ voti lil azzjonist li jżomm l-ishma għal perjodu speċifikat u li jikkonforma ma’ ċerti kundizzjonijiet. L-ishma ta’ lealtà huma għalhekk mekkaniżmu li jsaħħaħ il-kontroll imfassal biex irawwem sjieda orjentata fit-tul mill-azzjonisti aktar milli biex irendi l-ġbir ta’ fondi mill-pubbliku aktar attraenti. Għalhekk, ma huwiex xieraq li jiġu inklużi ishma ta’ lealtà fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-Direttiva.

(7)

Hemm differenzi sostanzjali bejn id-dispożizzjonijiet nazzjonali għall-istrutturi MVS fost l-Istati Membri. Xi Stati Membri jippermettu strutturi MVS, filwaqt li oħrajn jipprojbixxuhom. F’xi Stati Membri, tali projbizzjoni hija limitata għal kumpaniji pubbliċi, filwaqt li f’oħrajn tapplika għall-kumpaniji kollha. Id-differenzi fir-reġimi nazzjonali joħolqu ostakli għall-moviment liberu tal-kapital fi ħdan is-suq intern u joħolqu kundizzjonijiet mhux ekwi għall-kumpaniji fi Stati Membri differenti. Il-kumpaniji fi Stat Membru li jipprojbixxi l-istrutturi MVS ikollhom jiċċaqilqu lejn Stat Membru ieħor jew saħansitra barra mill-Unjoni, u b’hekk jiffaċċaw kostijiet ogħla, jekk iridu jadottaw struttura MVS bil-ħsieb li jfittxu ammissjoni għan-negozjar tal-ishma tagħhom fis-suq. F’xi każijiet, minħabba dawk il-kostijiet ogħla, il-kumpaniji jistgħu jiddeċiedu li ma jiġbrux fondi mill-pubbliku, li jista’ jillimita l-opportunitajiet tagħhom ta’ finanzjament. Kunsiderazzjonijiet bħal dawn huma partikolarment rilevanti għall-SMEs u għan-negozji ġodda li ma għandhomx riżorsi finanzjarji biex ikopru dawk il-kostijiet.

(8)

Sabiex il-kumpaniji jkunu jistgħu jfittxu ammissjoni għan-negozjar fuq MTF mingħajr ma l-azzjonisti kontrollanti jkollhom iċedu l-kontroll, jenħtieġ li l-Istati Membri jipprovdu lill-kumpaniji l-possibbiltà li jadottaw strutturi MVS jew li jimmodifikawhom bil-ħsieb li jfittxu ammissjoni għan-negozjar fuq MTF. Tali possibbiltà jenħtieġ li ma tkunx kundizzjonali fuq il-forniment ta’ drittijiet ekonomiċi msaħħa għal ishma li mhumiex MVS.

(9)

Filwaqt li l-ammissjoni għan-negozjar fi swieq regolati hija aktar xierqa għal kumpaniji akbar u aktar maturi, l-MTFs huma ġeneralment aktar xierqa għall-SMEs. Barra minn hekk, is-swieq tat-tkabbir tal-SMEs, sottokategorija tal-MTFs, tfasslu speċifikament bħala ċentri tan-negozjar iddedikati għall-SMEs bi trattament regolatorju li jqis il-partikolaritajiet tal-SMEs. Madankollu, mhux il-kumpaniji kollha b’titoli elenkati f’MTFs huma SMEs. Id-Direttiva 2014/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) tirrikjedi li sabiex MTF tiġi rreġistrata bħala suq tat-tkabbir tal-SMEs, l-SMEs għandhom jikkostitwixxu mill-inqas 50 % tal-emittenti li l-istrumenti finanzjarji tagħhom huma ammessi għan-negozjar fuq dik l-MTF. Il-kumpaniji minbarra l-SMEs ġeneralment ikollhom titoli aktar likwidi u b’hekk l-ammissjoni tagħhom f’MTFs tippermetti lill-MTFs jiġġeneraw tariffi tan-negozjar ogħla biex iżommu l-profittabbiltà tal-mudell tan-negozju tagħhom. Madankollu, biex tiġi żgurata ċ-ċarezza għall-investituri, l-emittenti kollha fis-swieq tat-tkabbir tal-SMEs, irrispettivament mid-daqs tagħhom, bħalissa huma soġġetti għall-istess regoli. L-istess jgħodd għall-emittenti kollha fuq MTFs oħra. Għalhekk huwa xieraq li l-introduzzjoni tad-dritt li jiġu adottati jew modifikati l-istrutturi MVS bil-ħsieb li titfittex l-ammissjoni għan-negozjar tapplika għat-tipi kollha ta’ kumpaniji elenkati fl-Anness II tad-Direttiva (UE) 2017/1132 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4) sal-punt li tali kumpaniji jkunu jistgħu, skont il-liġi nazzjonali, joħorġu ishma u jfittxu ammissjoni għan-negozjar ta’ ishma tagħhom fuq MTF.

(10)

Jenħtieġ li l-Istati Membri jkunu jistgħu jintroduċu, jew iżommu fis-seħħ, dispożizzjonijiet nazzjonali li jippermettu lill-kumpaniji jadottaw jew jimmodifikaw strutturi MVS għal skopijiet oħra minbarra li jfittxu l-ammissjoni għan-negozjar ta’ ishma fuq MTF. Dan jinkludi fost oħrajn li l-kumpaniji jitħallew jadottaw jew jimmodifikaw struttura MVS meta jfittxu ammissjoni għan-negozjar f’suq regolat, jew li jiġi żgurat li l-kumpaniji privati jkunu jistgħu jadottaw jew jimmodifikaw strutturi MVS mingħajr ma jkollhom l-intenzjoni li jitolbu ammissjoni għan-negozjar tal-ishma tagħhom. Dan jinkludi wkoll każijiet fejn il-kumpaniji jittrasferixxu minn MTF għal suq regolat, filwaqt li jżommu l-MVSs. Jenħtieġ li l-Istati Membri wkoll ikunu jistgħu jipprojbixxu jew jirrestrinġu l-istrutturi MVS għal skopijiet għajr it-tfittxija ta’ ammissjoni għan-negozjar ta’ ishma fuq MTF.

(11)

L-adozzjoni jew il-modifika ta’ struttura MVS, bil-ħsieb tat-tfittxija ta’ ammissjoni għan-negozjar, normalment tirrikjedi emenda tal-istatut ta’ assoċjazzjoni ta’ kumpanija. Sabiex ikun previst trattament ġust tal-azzjonisti, jenħtieġ li l-Istati Membri jirrikjedu li l-adozzjoni jew il-modifika ta’ struttura MVS bil-ħsieb li titfittex ammissjoni għan-negozjar, kif ukoll kwalunkwe modifika sussegwenti ta’ struttura MVS b’mod li jaffettwa d-drittijiet tal-vot, ikunu soġġetti għal deċiżjoni mil-laqgħa ġenerali tal-azzjonisti (“laqgħa ġenerali”) b’mill-inqas maġġoranza kwalifikata kif speċifikat skont il-liġi nazzjonali. Jenħtieġ li, meta jkun hemm diversi klassijiet ta’ ishma, dawk id-deċiżjonijiet ikunu soġġetti wkoll għal vot separat f’kull klassi ta’ ishma li d-drittijiet tagħhom huma affettwati.

(12)

Jenħtieġ li l-kumpaniji jkollhom flessibbiltà fir-rigward taż-żmien tal-adozzjoni jew il-modifika tal-istrutturi MVS, dment li tali adozzjoni jew modifika tkun bl-għan li tfittex ammissjoni għan-negozjar fuq MTF. Jenħtieġ li l-Istati Membri ma jipprevjenux lill-kumpaniji milli jadottaw jew jimmodifikaw strutturi MVS qabel il-mument tal-ammissjoni tal-ishma għan-negozjar fuq MTF. Madankollu, jenħtieġ li l-Istati Membri jkunu jistgħu jirrikjedu li l-eżerċizzju tad-drittijiet tal-vot imsaħħa, li jirrappreżentaw voti addizzjonali marbuta mal-MVSs meta mqabbla mal-voti tal-ishma ta’ klassijiet oħra, ikun kundizzjonali fuq l-ammissjoni tal-ishma tal-kumpanija għan-negozjar fuq MTF. F’dak il-każ, u sal-ammissjoni għan-negozjar, jenħtieġ li l-MVSs ikollhom l-istess drittijiet tal-vot bħal klassijiet oħra ta’ ishma fil-kumpanija. Dan jiżgura li l-MVSs jippromwovu speċifikament l-ammissjoni għan-negozjar fuq MTF.

(13)

Struttura MVS tista’ żżid ir-riskju li l-azzjonisti kontrollanti jieħdu benefiċċji privati mill-kumpanija. L-Istati Membri li diġà jippermettu MVSs jipprevedu salvagwardji biex jipproteġu lill-azzjonisti li jkollhom ishma bi drittijiet tal-vot aktar baxxi. Is-salvagwardji eżistenti jvarjaw bejn l-Istati Membri minħabba l-ispeċifiċitajiet nazzjonali u s-sistemi diverġenti tad-dritt tal-kumpaniji. Minkejja dik il-varjazzjoni u wara li jitqiesu l-objettivi tas-suq intern kif stabbiliti b’mod partikolari fl-Artikolu 50(2), il-punt (g), tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), jenħtieġ li l-approċċi fil-liġi nazzjonali dwar l-istrutturi MVS fir-rigward tal-protezzjoni tal-interessi tal-azzjonisti li jkollhom ishma bi dritt tal-vot aktar baxx jiġu kkoordinati għall-kumpaniji li jeżerċitaw id-dritt tagħhom skont din id-Direttiva li jadottaw jew jimmodifikaw struttura MVS bl-għan li jfittxu ammissjoni għan-negozjar fuq MTF.

(14)

Skont l-approċċ koordinat għall-kumpaniji li jeżerċitaw id-dritt tagħhom skont din id-Direttiva li jadottaw jew jimmodifikaw struttura MVS bil-ħsieb li jfittxu ammissjoni għan-negozjar fuq MTF, jenħtieġ li l-Istati Membri jipprevedu trattament ġust tal-azzjonisti billi jintroduċu restrizzjoni fuq id-disinn tal-istrutturi MVS li tistabbilixxi proporzjon massimu tan-numru ta’ voti marbuta mal-MVSs imqabbel man-numru ta’ voti marbuta mal-ishma bl-inqas drittijiet tal-vot. Jew inkella, mingħajr preġudizzju għad-Direttiva (UE) 2017/1132, jenħtieġ li l-Istati Membri jintroduċu restrizzjoni għad-deċiżjonijiet mil-laqgħa ġenerali soġġetti għal maġġoranza kwalifikata tal-voti mitfugħa, esklużi deċiżjonijiet rigward il-ħatra u t-tkeċċija ta’ membri tal-korpi amministrattivi, maniġerjali u superviżorji tal-kumpanija kif ukoll deċiżjonijiet operazzjonali li għandhom jittieħdu minn tali korpi u li jiġu ppreżentati lil-laqgħa ġenerali għall-approvazzjoni billi jintalab li l-maġġoranza kwalifikata tiġi kkalkulata abbażi tan-numru totali ta’ voti mitfugħa u jew fuq il-kapital azzjonarju rappreżentat fil-laqgħa ġenerali jew fuq in-numru ta’ ishma rappreżentati fil-laqgħa ġenerali, jew abbażi tan-numru totali ta’ voti mitfugħa u fuq il-voti mitfugħa f’kull klassi ta’ ishma affettwati mid-deċiżjoni. Għall-finijiet ta’ din id-Direttiva, jenħtieġ li klassi ta’ ishma titqies bħala affettwata minn deċiżjoni jekk dik id-deċiżjoni jkollha impatt negattiv fuq id-drittijiet tal-azzjonisti f’dik il-klassi speċifika ta’ ishma.

(15)

Jenħtieġ li l-Istati Membri jkollhom diskrezzjoni biex jintroduċu u jżommu salvagwardji addizzjonali biex jiżguraw protezzjoni adegwata tal-interessi tal-azzjonisti li m’għandhomx MVSs, bħal klawżoli ta’ estinzjoni. Jenħtieġ li l-Istati Membri jivvalutaw l-adegwatezza ta’ tali salvagwardji fid-dawl tal-effettività tagħhom fil-protezzjoni tal-interessi ta’ tali azzjonisti, filwaqt li jiżguraw li s-salvagwardji ma jfixklux l-iskop tal-istrutturi MVS, fost oħrajn il-possibbiltà li d-detenturi tal-MVSs jinfluwenzaw il-ħatra u t-tkeċċija ta’ membri tal-korpi amministrattivi, maniġerjali u superviżorji tal-kumpanija u b’hekk id-deċiżjonijiet operazzjonali tal-kumpanija. Jenħtieġ li, meta jikkomunikaw il-miżuri ewlenin tal-liġi nazzjonali adottati fil-qasam kopert minn din id-Direttiva, l-Istati Membri jikkomunikaw ukoll lill-Kummissjoni kwalunkwe salvagwardja addizzjonali, inkluż meta jkun hemm bidliet fi kwalunkwe salvagwardja. Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq) (ESMA) stabbilita bir-Regolament (UE) Nru 1095/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5) bi kwalunkwe salvagwardja addizzjonali.

(16)

Id-divulgazzjoni ta’ informazzjoni akkurata u komprensiva dwar il-kumpaniji hija l-bażi għall-fiduċja tal-investituri u hija meħtieġa għal teħid ta’ deċiżjonijiet informati dwar l-investiment. Teħid bħal dan ta’ deċiżjonijiet infurmati dwar l-investiment huwa meħtieġ kemm għall-protezzjoni tal-investituri kif ukoll għall-effiċjenza tas-suq. Għalhekk jenħtieġ li l-Istati Membri jesiġu li l-kumpaniji li jeżerċitaw id-dritt tagħhom skont din id-Direttiva li jadottaw jew jimmodifikaw struttura MVS jippubblikaw informazzjoni dwar l-istruttura tal-ishma tagħhom fil-mument tal-ammissjoni għan-negozjar fuq MTF fi prospett jew f’dokument ta’ ammissjoni, fejn il-kumpanija tippubblika tali prospett jew dokument skont id-dritt rilevanti. Jenħtieġ li l-Istati Membri jeżiġu wkoll li l-kumpaniji li jeżerċitaw id-dritt tagħhom skont din id-Direttiva li jadottaw jew jimmodifikaw struttura MVS bl-għan li jfittxu ammissjoni għan-negozjar fuq MTF jippubblikaw dik l-informazzjoni dwar l-istruttura tal-ishma tagħhom fi kwalunkwe rapport finanzjarju annwali meħtieġ mil-liġi ladarba l-ishma tagħhom ikunu ammessi għan-negozjar f’każijiet fejn dik l-informazzjoni ma tkunx ġiet ippubblikata qabel jew tkun inbidlet minn meta ġiet ippubblikata l-aħħar.

(17)

Jenħtieġ li l-Istati Membri jesiġu li, fl-informazzjoni li tikkonċerna l-istruttura tal-ishma ta’ kumpanija li għandha tiġi inkluża fil-prospetti, fid-dokumenti ta’ ammissjoni jew fir-rapporti finanzjarji annwali, il-kumpaniji jsemmu jekk hemmx xi limitazzjoni fuq it-trasferibbiltà tal-ishma. Jenħtieġ li informazzjoni ssemmi wkoll jekk ikunx hemm xi restrizzjoni fuq id-drittijiet tal-vot, inkluż limitazzjonijiet fuq id-drittijiet tal-vot tad-detenturi ta’ perċentwal jew għadd ta’ voti partikolari, skadenzi għall-eżerċitar tad-drittijiet tal-vot, jew sistemi li bihom id-drittijiet finanzjarji marbuta mal-ishma jiġu separati miż-żamma tal-ishma. Barra minn hekk, jenħtieġ li l-kumpaniji li jeżerċitaw id-dritt tagħhom skont din id-Direttiva li jadottaw jew jimmodifikaw struttura MVS bl-għan li jfittxu ammissjoni għan-negozjar fuq MTF jiddivulgaw, sa fejn ikun magħruf mill-kumpanija, l-identità tad-detenturi ta’ MVSs li jirrappreżentaw aktar minn 5 % tad-drittijiet tal-vot tal-ishma kollha fil-kumpanija (“azzjonisti kbar”) kif ukoll tal-persuni fiżiċi jew l-entitajiet ġuridiċi intitolati li jeżerċitaw id-drittijiet tal-vot f’isem azzjonisti kbar. Dak ikun jippermetti lill-investituri, bħala membri tal-pubbliku ġenerali, jieħdu deċiżjonijiet infurmati u b’hekk isaħħaħ il-fiduċja tagħhom fi swieq kapitali li jiffunzjonaw tajjeb. Meta l-azzjonisti kontrollanti ta’ kumpanija jkunu jridu jżommu s-setgħat tat-teħid tad-deċiżjonijiet fil-kumpanija filwaqt li jiġbru fondi f’suq pubbliku, l-informazzjoni dwar, fost oħrajn, l-azzjonisti l-kbar tkun meħtieġa biex l-investituri potenzjali jkunu jistgħu jieħdu deċiżjonijiet fuq bażijiet sodi dwar l-investiment. Meta dik id-divulgazzjoni tkun relatata ma’ persuni fiżiċi, jenħtieġ li l-informazzjoni dwar l-identità tkun limitata għal isimhom.

(18)

Sabiex jiġu promossi t-trasparenza, il-fehim pubbliku u t-teħid ta’ deċiżjonijiet informati dwar l-investiment, jenħtieġ li l-ishma tal-kumpaniji bi strutturi MVS jiġu identifikati b’mod ċar. Dik l-identifikazzjoni tista’ tinkiseb, pereżempju, bl-inklużjoni fl-isem fuq l-istokk ta’ tali kumpaniji ta’ markatur użat mill-operaturi tas-suq jew mid-ditti tal-investiment li joperaw MTF. Sabiex tiġi żgurata armonizzazzjoni konsistenti, jenħtieġ li l-ESMA tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji, filwaqt li tqis l-istandards tas-suq stabbiliti u l-prattiki li jiffunzjonaw tajjeb. Jenħtieġ li dawk l-abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji jiddeterminaw biss l-identifikazzjoni ta’ tali ishma u għalhekk li ma jinterferixxux mas-sistemi nazzjonali tal-klassifikazzjoni tal-ishma. Jenħtieġ li l-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tissupplimenta din id-Direttiva billi tadotta dawk l-abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji permezz ta’ atti delegati skont l-Artikolu 290 TFUE u f’konformità mal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

(19)

Huwa importanti wkoll li d-drittijiet tal-vot imsaħħa marbuta mal-MVSs fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-Direttiva ma jintużawx biex jipprevjenu lill-kumpaniji milli jikkonformaw mad-dritt applikabbli tal-Unjoni dwar l-ambjent jew id-drittijiet fundamentali.

(20)

Din id-Direttiva hija mingħajr preġudizzju għall-protezzjoni tad-data personali, b’mod partikolari r-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6).

(21)

Minħabba li l-objettivi ta’ din id-Direttiva, jiġifieri li jiżdiedu l-għażliet ta’ finanzjament għall-kumpaniji u li l-MTFs isiru iktar attraenti, ma jistgħux jinkisbu biżżejjed mill-Istati Membri iżda jistgħu pjuttost, minħabba l-iskala u l-effetti tal-miżuri, jinkisbu aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista’ tadotta miżuri, f’konformità mal-prinċipju ta’ sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. F’konformità mal-prinċipju ta’ proporzjonalità kif stabbilit f’dak l-Artikolu, din id-Direttiva ma tmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jinkisbu dawk l-objettivi.

(22)

Sabiex jitqiesu l-iżviluppi tas-suq u żviluppi f’oqsma oħra tad-dritt tal-Unjoni jew l-esperjenzi tal-Istati Membri fl-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva, jenħtieġ li l-Kummissjoni tirrieżamina din id-Direttiva fi żmien erba’ snin wara d-data tad-dħul fis-seħħ tagħha biex jiġi vvalutat, fost oħrajn, kemm hu xieraq li jiġi estiż il-kamp ta’ applikazzjoni tagħha.

(23)

F’konformità mad-Dikjarazzjoni Politika Konġunta tat-28 ta’ Settembru 2011 tal-Istati Membri u tal-Kummissjoni dwar id-dokumenti ta’ spjegazzjoni (7), l-Istati Membri impenjaw ruħhom li, f’każijiet ġustifikati, in-notifika tal-miżuri ta’ traspożizzjoni tagħhom tkun akkumpanjata minn dokument wieħed jew iktar, fejn tiġi spjegata l-korrelazzjoni bejn il-komponenti ta’ direttiva u l-partijiet ekwivalenti tal-istrumenti nazzjonali ta’ traspożizzjoni. Fir-rigward ta’ din id-Direttiva, il-leġiżlatur iqis li t-trażmissjoni ta’ dawk id-dokumenti hija ġustifikata.

(24)

Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data ġie kkonsultat skont l-Artikolu 42(1) tar-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (8) u ta opinjoni fis-6 ta’ Frar 2023 (9),

ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:

Magħmul fi Strasburgu, it-23 ta’ Ottubru 2024.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

R. METSOLA

Għall-Kunsill

Il-President

ZSIGMOND B. P.

Artikolu 1 Suġġett u kamp ta’ applikazzjoni
Artikolu 2 Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta’ din id-Direttiva, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

Artikolu 3 Adozzjoni jew modifika ta’ struttura MVS qabel l-ammissjoni għan-negozjar
Artikolu 4 Salvagwardji
Artikolu 5 Trasparenza
Artikolu 6 Rieżami

Sal-5 ta’ Diċembru 2028, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-implimentazzjoni u l-effettività ta’ din id-Direttiva, inkluż dwar l-adegwatezza tal-estensjoni tal-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-Direttiva. Għal dak il-għan sal-5 ta’ Diċembru 2027, kull Stat Membru għandu jipprovdi lill-Kummissjoni informazzjoni b’mod partikolari dwar dan li ġej:

Artikolu 7 Traspożizzjoni
Artikolu 8 Dħul fis-seħħ

Artikolu 8

Dħul fis-seħħ

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 9 Destinatarji

Artikolu 9

Destinatarji

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.


(1)   ĠU C 184, 25.5.2023, p. 103.

(2)  Il-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tal-24 ta’ April 2024 (għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u d-deċiżjoni tal-Kunsill tat-8 ta’ Ottubru 2024.

(3)  Id-Direttiva 2014/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Mejju 2014 dwar is-swieq fl-istrumenti finanzjarji u li temenda d-Direttiva 2002/92/KE u d-Direttiva 2011/61/UE (ĠU L 173, 12.6.2014, p. 349).

(4)  Id-Direttiva (UE) 2017/1132 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Ġunju 2017 dwar ċerti aspetti tal-liġi dwar il-kumpaniji (ĠU L 169, 30.6.2017, p. 46).

(5)  Ir-Regolament (UE) Nru 1095/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq) u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/77/KE (ĠU L 331, 15.12.2010, p. 84).

(6)  Ir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data) (ĠU L 119, 4.5.2016, p. 1).

(7)   ĠU C 369, 17.12.2011, p. 14.

(8)  Ir-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2018 dwar il-protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 u d-Deċiżjoni Nru 1247/2002/KE (ĠU L 295, 21.11.2018, p. 39).

(9)   ĠU C 65, 22.2.2023, p. 2.

(10)  Ir-Regolament (UE) 2017/1129 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Ġunju 2017 dwar il-prospett li għandu jiġi ppubblikat meta titoli jiġu offruti lill-pubbliku jew jiġu ammessi għall-kummerċ f’suq regolat, u li jħassar id-Direttiva 2003/71/KE (ĠU L 168, 30.6.2017, p. 12).

(11)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/565 tal-25 ta’ April 2016 li jissupplimenta d-Direttiva 2014/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward rekwiżiti organizzazzjonali u kundizzjonijiet għall-operat għal ditti tal-investiment u termini definiti għall-finijiet ta’ dik id-Direttiva (ĠU L 87, 31.3.2017, p. 1).

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 14.11.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32024L2810
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.