5. L-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq (ESMA) għandha tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji biex tispeċifika kif id-ditti ta’ investiment u l-operaturi tas-suq imsemmija fil-paragrafu 4 għandhom jidentifikaw l-ishma tal-kumpaniji bi strutturi MVS. Dak l-abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji għandu jispeċifika wkoll kif dawk il-kumpaniji għandhom jinfurmaw lid-ditti ta’ investiment u lill-operaturi tas-suq rilevanti dwar l-eżistenza ta’ dawk l-istrutturi MVS. Fl-iżvilupp ta’ dak l-abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji, li għandhom jindirizzaw il-fini li jiżguraw identifikazzjoni ċara kif imsemmi fil-paragrafu 4, l-ESMA għandha tqis standards tas-suq stabbiliti u prattiki li jiffunzjonaw tajjeb għall-identifikazzjoni ta’ kumpaniji bi strutturi MVS.
L-ESMA għandha tissottometti dak l-abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sal-5 ta’ Diċembru 2025.
Il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa biex tissupplimenta din id-Direttiva billi tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija f’dan il-paragrafu f’konformità mal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.