+REGOLAMENT (UE) 2017/1938 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tal-25 ta' Ottubru 2017 dwar miżuri għas-salvagwardja tas-sigurtà tal-provvista tal-gass u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 994/2010 (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
---+Artikolu 1 Suġġett
---+Artikolu 2 Definizzjonijiet
---+Artikolu 3 Responsabbiltà għas-sigurtà tal-provvista tal-gass
------+Artikolu 3 1.
------+Artikolu 3 2.
------+Artikolu 3 3.
------+Artikolu 3 4.
------+Artikolu 3 5.
------+Artikolu 3 6.
------+Artikolu 3 7.
------+Artikolu 3 8.
---+Artikolu 4 Grupp ta' Koordinazzjoni dwar il-Gass
------+Artikolu 4 1.
------+Artikolu 4 2.
------+Artikolu 4 3.
------+Artikolu 4 4.
---+Artikolu 5 Standard tal-infrastruttura
------+Artikolu 5 1.
------+Artikolu 5 2.
------+Artikolu 5 3.
------+Artikolu 5 4.
------+Artikolu 5 5.
------+Artikolu 5 6.
------+Artikolu 5 7.
------+Artikolu 5 8.
------+Artikolu 5 9.
---+Artikolu 6 Standard tal-provvista tal-gass
------+Artikolu 6 1.
------+Artikolu 6 2.
------+Artikolu 6 3.
------+Artikolu 6 4.
------+Artikolu 6 5.
------+Artikolu 6 6.
---+Artikolu 6a Miri tal-mili u trajettorji għall-mili
------+Artikolu 6a 1.
------+Artikolu 6a 2.
------+Artikolu 6a 3.
------+Artikolu 6a 4.
------+Artikolu 6a 5.
------+Artikolu 6a 5a.
------+Artikolu 6a 5b.
------+Artikolu 6a 5c.
------+Artikolu 6a 5d.
------+Artikolu 6a 5e.
------+Artikolu 6a 5f.
------+Artikolu 6a 6.
------+Artikolu 6a 7.
------+Artikolu 6a 8.
------+Artikolu 6a 9.
------+Artikolu 6a 10.
------+Artikolu 6a 11.
---+Artikolu 6b Implimentazzjoni tal-miri tal-mili
------+Artikolu 6b 1.
------+Artikolu 6b 2.
------+Artikolu 6b 3.
------+Artikolu 6b 4.
---+Artikolu 6c Arranġamenti ta' ħżin u mekkaniżmu għall-kondiviżjoni tal-piżijiet
------+Artikolu 6c 1.
------+Artikolu 6c 2.
------+Artikolu 6c 3.
------+Artikolu 6c 4.
------+Artikolu 6c 5.
---+Artikolu 6d Monitoraġġ u infurzar
------+Artikolu 6d 1.
------+Artikolu 6d 2.
------+Artikolu 6d 3.
------+Artikolu 6d 4.
------+Artikolu 6d 5.
------+Artikolu 6d 6.
------+Artikolu 6d 7.
---+Artikolu 7 Il-valutazzjoni tar-riskju
------+Artikolu 7 1.
------+Artikolu 7 2.
------+Artikolu 7 3.
------+Artikolu 7 4.
------+Artikolu 7 5.
------+Artikolu 7 6.
------+Artikolu 7 7.
---+Artikolu 8 Stabbiliment ta' pjanijiet ta' azzjoni preventiva u pjanijiet ta' emerġenza
------+Artikolu 8 2.
------+Artikolu 8 3.
------+Artikolu 8 4.
------+Artikolu 8 5.
------+Artikolu 8 6.
------+Artikolu 8 7.
------+Artikolu 8 8.
------+Artikolu 8 9.
------+Artikolu 8 10.
------+Artikolu 8 11.
------+Artikolu 8 12.
---+Artikolu 8a Miżuri dwar iċ-ċibersigurtà
------+Artikolu 8a 1.
------+Artikolu 8a 2.
------+Artikolu 8a 3.
---+Artikolu 9 Kontenut ta' pjanijiet ta' azzjoni preventiva
------+Artikolu 9 1.
------+Artikolu 9 2.
------+Artikolu 9 3.
------+Artikolu 9 4.
------+Artikolu 9 5.
------+Artikolu 9 6.
------+Artikolu 9 7.
------+Artikolu 9 8.
------+Artikolu 9 9.
------+Artikolu 9 10.
------+Artikolu 9 11.
---+Artikolu 10 Kontenut ta' pjanijiet ta' emerġenza
------+Artikolu 10 1.
------+Artikolu 10 2.
------+Artikolu 10 3.
------+Artikolu 10 4.
---+Artikolu 11 Dikjarazzjoni ta' kriżi
------+Artikolu 11 1.
------+Artikolu 11 2.
------+Artikolu 11 3.
------+Artikolu 11 4.
------+Artikolu 11 5.
------+Artikolu 11 6.
------+Artikolu 11 7.
------+Artikolu 11 7a.
------+Artikolu 11 8.
------+Artikolu 11 9.
---+Artikolu 12 Rispons ta' emerġenza reġjonali u tal-Unjoni
------+Artikolu 12 1.
------+Artikolu 12 2.
------+Artikolu 12 3.
------+Artikolu 12 4.
------+Artikolu 12 5.
------+Artikolu 12 6.
------+Artikolu 12 7.
------+Artikolu 12 8.
---+Artikolu 13 Solidarjetà
------+Artikolu 13 1.
------+Artikolu 13 2.
------+Artikolu 13 3.
------+Artikolu 13 3a.
------+Artikolu 13 4.
------+Artikolu 13 5.
------+Artikolu 13 6.
------+Artikolu 13 7.
------+Artikolu 13 8.
------+Artikolu 13 8a.
------+Artikolu 13 8b.
------+Artikolu 13 8c.
------+Artikolu 13 9.
------+Artikolu 13 10.
------+Artikolu 13 11.
------+Artikolu 13 15.
------+Artikolu 13 16.
---+Artikolu 13a Kooperazzjoni bejn Stati Membri konnessi indirettament bl-użu ta’ miżuri bbażati fuq is-suq (miżuri volontarji)
------+Artikolu 13a 1.
------+Artikolu 13a 2.
------+Artikolu 13a 3.
------+Artikolu 13a 4.
------+Artikolu 13a 5.
---+Artikolu 14 Skambju tal-informazzjoni
------+Artikolu 14 1.
------+Artikolu 14 2.
------+Artikolu 14 3.
------+Artikolu 14 4.
------+Artikolu 14 5.
------+Artikolu 14 6.
------+Artikolu 14 7.
------+Artikolu 14 8.
------+Artikolu 14 9.
------+Artikolu 14 10.
------+Artikolu 14 11.
------+Artikolu 14 12.
---+Artikolu 15 Segretezza Professjonali
------+Artikolu 15 1.
------+Artikolu 15 2.
------+Artikolu 15 3.
------+Artikolu 15 4.
---+Artikolu 16 Kooperazzjoni mal-Partijiet Kontraenti tal-Komunità tal-Enerġija
------+Artikolu 16 1.
------+Artikolu 16 2.
------+Artikolu 16 3.
---+Artikolu 17 Monitoraġġ mill-Kummissjoni
---+Artikolu 17a Rapportar mill-Kummissjoni
------+Artikolu 17a 1.
------+Artikolu 17a 2.
---+Artikolu 18 Notifiki
---+Artikolu 19 Eżerċizzju tad-delega
------+Artikolu 19 1.
------+Artikolu 19 2.
------+Artikolu 19 3.
------+Artikolu 19 4.
------+Artikolu 19 5.
------+Artikolu 19 6.
---+Artikolu 20 Deroga
------+Artikolu 20 1.
------+Artikolu 20 2.
------+Artikolu 20 3.
------+Artikolu 20 4.
---+Artikolu 21 Tħassir
---+Artikolu 22 Dħul fis-seħħ
---+ANNESS I Kooperazzjoni reġjonali
---+ANNESS Ib Responsabbiltà kondiviża għall-mira tal-mili u għat-trajettorja għall-mili
---+ANNESS II
---+ANNESS III
---+ANNESS IV
---+ANNESS V
---+ANNESS VI
---+ANNESS VII
---+ANNESS VIII
---+ANNESS IX
|
English -
European Union -
Energy -
REGOLAMENT (UE) 2017/1938 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tal-25 ta' Ottubru 2017 dwar miżuri għas-salvagwardja tas-sigurtà tal-provvista tal-gass u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 994/2010 (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
REGOLAMENT (UE) 2017/1938 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
tal-25 ta' Ottubru 2017
dwar miżuri għas-salvagwardja tas-sigurtà tal-provvista tal-gass u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 994/2010
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 1 Suġġett
|
Artikolu 1
Dan ir-Regolament jistabbilixxi dispożizzjonijiet bil-għan li jissalvagwardja s-sigurtà tal-provvista tal-gass fl-Unjoni billi jiżguraw il-funzjonament tajjeb u kontinwu tas-suq intern għall-gass billi jippermetti l-implimentazzjoni ta’ miżuri eċċezzjonali meta s-suq ma jibqax f’pożizzjoni li jikkonsenja l-provvisti tal-gass meħtieġa, inkluż miżura ta’ solidarjetà bħala l-aħħar alternattiva, u billi jipprevedi d-definizzjoni u l-attribuzzjoni ċari tar-responsabbiltajiet fost l-impriżi tal-gass naturali, l-Istati Membri u l-Unjoni rigward l-azzjoni preventiva u r-reazzjoni għal interruzzjonijiet konkreti tal-provvista tal-gass. Dan ir-Regolament jistabbilixxi wkoll mekkaniżmi ta’ trasparenza li jikkonċernaw, fi spirtu ta’ solidarjetà, il-koordinazzjoni tal-ippjanar għall-emerġenzi fil-livell nazzjonali, reġjonali u tal-Unjoni, u r-reazzjoni għalihom.
|
|
Artikolu 2 Definizzjonijiet
|
Artikolu 2
Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
▼M3 —————
▼B
(2)
“klijent” tfisser klijent kif definita fil-punt 24 tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 2009/73/KE;
(3)
“klijent domestiku” tfisser klijent domestiku kif definita fil-punt 25 tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 2009/73/KE;
(4)
“servizz soċjali essenzjali” tfisser servizz relatat ma' kura tas-saħħa, kura soċjali essenzjali, emerġenza, sigurtà, amministrazzjoni edukattiva jew pubblika;
(5)
“klijent protett” tfisser klijent domestiku li jkun konness ma' netwerk ta' distribuzzjoni tal-gass u, barra minn hekk, fejn l-Istat Membru kkonċernat jiddeċiedi dan, tista' tfisser ukoll waħda jew aktar minn dawn li ġejjin, dment li intrapriżi jew servizzi msemmijin fil-punti (a) u (b) ma jirrappreżentawx flimkien aktar minn 20 % tal-konsum finali annwali totali tal-gass f'dak l-Istat Membru:
(a)
intrapriża żgħira jew ta' daqs medju, dment li tkun konnessa ma' netwerk ta' distribuzzjoni tal-gass;
(b)
servizz soċjali essenzjali, dment li jkun konness ma' netwerk ta' distribuzzjoni jew ta' trasmissjoni tal-gass;
(c)
installazzjoni tat-tisħin distrettwali sa fejn din tikkonsenja t-tisħin lill-klijenti domestiċi, intrapriżi żgħar u ta' daqs medju, jew servizzi soċjali essenzjali, dment li tali installazzjoni ma tkunx tista' taqleb għal karburanti oħrajn għajr il-gass;
(6)
“klijent protett mis-solidarjetà” tfisser klijent domestiku li jkun konness ma' netwerk ta' distribuzzjoni tal-gass, u addizzjonalment jista' jinkludi waħda minn, jew it-tnejn ta', dawn li ġejjin:
(a)
installazzjoni tat-tisħin distrettwali jekk din tkun klijent protett fl-Istat Membru rilevanti u biss sa fejn tikkonsenja t-tisħin lil unitajiet domestiċi jew lil servizzi soċjali essenzjali għajr servizzi edukattivi u ta' amministrazzjoni pubblika;
(b)
servizz soċjali essenzjali jekk ikun klijent protett fl-Istat Membru rilevanti, għajr servizzi edukattivi u ta' amministrazzjoni pubblika;
(7)
“awtorità kompetenti” tfisser awtorità governattiva nazzjonali jew awtorità regolatorja nazzjonali nominata minn Stat Membru biex tiżgura l-implimentazzjoni tal-miżuri previsti f'dan ir-Regolament;
(8)
“awtorità regolatorja nazzjonali” tfisser awtorità regolatorja nazzjonali nominata skont l-Artikolu 39(1) tad-Direttiva 2009/73/KE;
(9)
“impriża tal-gass naturali” tfisser impriża tal-gass naturali kif definita fil-punt 1 tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 2009/73/KE;
(10)
“kuntratt għal forniment tal-gass” tfisser kuntratt għal forniment tal-gass kif definita fil-punt 34 tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 2009/73/KE;
(11)
“trasmissjoni” tfisser trasmissjoni kif definita fil-punt 3 tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 2009/73/KE;
(12)
“operatur tas-sistema ta' trasmissjoni” tfisser operatur tas-sistema ta' trasmissjoni kif definita fil-punt 4 tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 2009/73/KE;
(13)
“distribuzzjoni” tfisser distribuzzjoni kif definita fil-punt 5 tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 2009/73/KE;
(14)
“operatur tas-sistema tad-distribuzzjoni” tfisser operatur tas-sistema tad-distribuzzjoni kif definita fil-punt 6 tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 2009/73/KE;
(15)
“interkonnettur” tfisser interkonnettur kif definita fil-punt 17 tal-Artikolu 2 tad-irettiva 2009/73/KE;
(16)
“kurituri tal-provvista ta' emerġenza” tfisser rotot tal-provvista tal-gass tal-Unjoni li jgħinu lill-Istati Membri jtaffu aħjar l-effetti ta' interruzzjoni potenzjali tal-provvista jew tal-infrastruttura;
(17)
“kapaċità ta' ħżin” tfisser kapaċità ta' ħżin kif definita fil-punt 28 tal-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 715/2009;
(18)
“kapaċità teknika” tfisser kapaċità teknika kif definita fil-punt 18 tal-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 715/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;
(19)
“kapaċità kostanti” tfisser kapaċità kostanti kif definita fil-punt 16 tal-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 715/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;
(20)
“kapaċità interruttibbli” tfisser kapaċità interruttibbli kif definita fil-punt 13 tal-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 715/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;
(21)
“kapaċità ta' faċilità LNG” tfisser il-kapaċità ta' faċilità LNG kif definita fil-punt 24 tal-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 715/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;
(22)
“faċilità tal-LNG” tfisser faċilità tal-LNG kif definita fil-punt 11 tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 2009/73/KE;
(23)
“faċilità tal-ħżin” tfisser faċilità tal-ħżin kif definita fil-punt 9 tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 2009/73/KE;
(24)
“sistema” tfisser sistema kif definita fil-punt 13 tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 2009/73/KE;
(25)
“utent tas-sistema” tfisser utent tas-sistema kif definita fil-punt 23 tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 2009/73/KE;
(26)
“servizzi anċillari” tfisser servizzi anċillari kif definita fil-punt 14 tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 2009/73/KE;
▼M4
(27)
“trajettorja għall-mili” tfisser serje ta’ miri intermedji indikattivi għall-faċilitajiet ta’ ħżin ta’ gass taħt l-art ta’ kull Stat Membru, li jirrappreżentaw il-pjan ta’ mili ta’ dak l-Istat Membru, stabbiliti f’konformità mal-Artikolu 6a(7);
▼M2
(28)
“mira tal-mili” tfisser mira vinkolanti għal-livell tal-mili tal-kapaċità aggregata tal-faċilitajiet ta’ ħżin tal-gass taħt l-art;
(29)
“ħżin strateġiku” tfisser ħżin taħt l-art jew parti minn ħżin taħt l-art ta’ gass naturali mhux likwifikat li jinxtara, jiġi mmaniġġat u maħżun minn operaturi ta' sistemi ta' trażmissjoni, entità nnominata mill-Istati Membri jew impriża, u li jista’ jiġi rilaxxat biss wara notifika minn qabel jew awtorizzazzjoni ta' awtorità pubblika għar-rilaxx, u li jkun ġeneralment rilaxxat f'każ ta':
(a)
skarsezza kbira fil-provvista;
(b)
interruzzjoni fil-provvista; jew,
(c)
id-dikjarazzjoni ta’ emerġenza kif imsemmi fl-Artikolu 11(1), il-punt (c);
(30)
“stokk ta' bilanċ” tfisser gass naturali mhux likwifikat li jkun:
(a)
inxtara, ġie mmaniġġat u maħżun taħt l-art minn operaturi ta' sistema ta' trażmissjoni jew minn entità nnominata mill-Istat Membru, għall-finijiet biss ta’ twettiq tal-funzjonijiet ta' operaturi ta' sistema ta' trażmissjoni u tas-sigurtà tal-provvista tal-gass; u
(b)
fornut biss meta jkun meħtieġ sabiex iżomm is-sistema taħdem taħt kundizzjonijiet siguri u affidabbli f'konformità mal-Artikolu 13 tad-Direttiva 2009/73/KE u mal-Artikoli 8 u 9 tar-Regolament (UE) Nru 312/2014;
(31)
“faċilità ta' ħżin ta' gass taħt l-art” tfisser faċilità ta' ħżin kif definita fl-Artikolu 2, il-punt (9), tad-Direttiva 2009/73/KE, li tintuża bħala stokk ta' gass naturali, inkluż stokk ta' bilanċ, u li tkun konnessa ma' sistema ta' trażmissjoni jew distribuzzjoni, li teskludi ħżin sferiku jew linepack 'il fuq mill-art;
▼M3
(32)
“gass” tfisser gass naturali kif definit fl-Artikolu 2, il-punt (1), tad-Direttiva (UE) 2024/1788 (
1
);
▼M5
(33)
“dispożizzjoni take-or-pay” tfisser dispożizzjoni kuntrattwali li tobbliga lix-xerrej jieħu l-konsenja ta’ kwantità minima speċifikata ta’ gass, jew iħallas għaliha, f’perjodu partikolari, irrispettivament minn jekk il-gass ikunx effettivament riċevut;
(34)
“dispożizzjoni deliver-or-pay” tfisser dispożizzjoni kuntrattwali li tobbliga lill-bejjiegħ iħallas multa kuntrattwali fil-każ ta’ nuqqas ta’ konsenja tal-gass.
▼B
|
|
Artikolu 3 Responsabbiltà għas-sigurtà tal-provvista tal-gass
|
|
|
Artikolu 4 Grupp ta' Koordinazzjoni dwar il-Gass
|
|
|
Artikolu 5 Standard tal-infrastruttura
|
|
|
Artikolu 6 Standard tal-provvista tal-gass
|
|
|
Artikolu 6a Miri tal-mili u trajettorji għall-mili
|
|
|
Artikolu 6b Implimentazzjoni tal-miri tal-mili
|
|
|
Artikolu 6c Arranġamenti ta' ħżin u mekkaniżmu għall-kondiviżjoni tal-piżijiet
|
|
|
Artikolu 6d Monitoraġġ u infurzar
|
|
|
Artikolu 7 Il-valutazzjoni tar-riskju
|
|
|
Artikolu 8 Stabbiliment ta' pjanijiet ta' azzjoni preventiva u pjanijiet ta' emerġenza
|
|
|
Artikolu 8a Miżuri dwar iċ-ċibersigurtà
|
|
|
Artikolu 9 Kontenut ta' pjanijiet ta' azzjoni preventiva
|
|
|
Artikolu 10 Kontenut ta' pjanijiet ta' emerġenza
|
|
|
Artikolu 11 Dikjarazzjoni ta' kriżi
|
|
|
Artikolu 12 Rispons ta' emerġenza reġjonali u tal-Unjoni
|
|
|
Artikolu 13 Solidarjetà
|
|
|
Artikolu 13a Kooperazzjoni bejn Stati Membri konnessi indirettament bl-użu ta’ miżuri bbażati fuq is-suq (miżuri volontarji)
|
|
|
Artikolu 14 Skambju tal-informazzjoni
|
|
|
Artikolu 15 Segretezza Professjonali
|
|
|
Artikolu 16 Kooperazzjoni mal-Partijiet Kontraenti tal-Komunità tal-Enerġija
|
|
|
Artikolu 17 Monitoraġġ mill-Kummissjoni
|
Artikolu 17
Monitoraġġ mill-Kummissjoni
Il-Kummissjoni għandha twettaq monitoraġġ kontinwu ta' miżuri għas-sigurtà tal-provvista tal-gass u għandha tirrapporta b'mod regolari lill-GCG.
▼M5
Il-Kummissjoni għandha timmonitorja kontinwament l-espożizzjoni tas-sistema tal-enerġija tal-Unjoni għall-provvisti, anke permezz ta’ pajjiżi terzi, tal-gass li joriġina jew li jiġi esportat, direttament jew indirettament, mill-Federazzjoni Russa, b’mod partikolari abbażi tal-informazzjoni nnotifikata lill-Kummissjoni u lill-awtoritajiet kompetenti f’konformità mal-Artikolu 14(6), il-punt (c).
Il-Kummissjoni għandha tevalwa l-implimentazzjoni tal-eliminazzjoni gradwali tal-gass li joriġina jew li jiġi esportat, direttament jew indirettament, mill-Federazzjoni Russa, skont ir-Regolament (UE) 2026/261 fil-livell nazzjonali, reġjonali u tal-Unjoni abbażi tal-pjanijiet nazzjonali ta’ diversifikazzjoni għall-gass imsemmija fl-Artikolu 9 ta’ dak ir-Regolament u tirrapporta dwar il-valutazzjoni tagħha lill-Grupp ta’ Koordinazzjoni dwar il-Gass.
Abbażi tal-valutazzjoni msemmija fit-tielet paragrafu, il-Kummissjoni għandha tippubblika rapport annwali, li għandu jipprovdi ħarsa ġenerali komprensiva tal-progress miksub mill-Istati Membri fl-implimentazzjoni tal-pjanijiet nazzjonali ta’ diversifikazzjoni tagħhom għall-gass.
Jekk ikun rilevanti, il-Kummissjoni, fi żmien tliet xhur mill-preżentazzjoni ta’ pjan nazzjonali ta’ diversifikazzjoni għall-gass, tista’ toħroġ rakkomandazzjoni li tidentifika azzjonijiet u miżuri possibbli biex tiżgura diversifikazzjoni sigura tal-provvista tal-gass u eliminazzjoni gradwali f’waqtha tal-gass li joriġina jew li jiġi esportat, direttament jew indirettament, mill-Federazzjoni Russa.
Wara dik ir-rakkomandazzjoni, l-Istat Membru kkonċernat għandu jaġġorna l-pjan nazzjonali ta’ diversifikazzjoni tiegħu għall-gass fi żmien tliet xhur, filwaqt li jqisu r-rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni.
|
|
Artikolu 17a Rapportar mill-Kummissjoni
|
|
|
Artikolu 18 Notifiki
|
Artikolu 18
Il-valutazzjoni tar-riskju, il-pjanijiet ta' azzjoni preventiva, il-pjanijiet ta' emerġenza u d-dokumenti l-oħrajn kollha għandhom jiġu nnotifikati lill-Kummissjoni b'mod elettroniku permezz tal-pjattaforma CIRCABC.
Il-korrispondenza kollha b'rabta ma' notifika għandha tintbagħat b'mod elettroniku.
|
|
Artikolu 19 Eżerċizzju tad-delega
|
|
|
Artikolu 20 Deroga
|
|
|
Artikolu 21 Tħassir
|
Artikolu 21
Ir-Regolament (UE) Nru 994/2010 huwa mħassar.
Ir-referenzi għar-Regolament imħassar għandhom jiġu interpretati bħala referenzi għal dan ir-Regolament u għandhom jinqraw skont it-tabella ta' korrelazzjoni fl-Anness IX.
|
|
Artikolu 22 Dħul fis-seħħ
|
Artikolu 22
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fir-raba' jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Huwa għandu japplika mill-1 ta' Novembru 2017.
Madankollu, l-Artikolu 13(1) sa (6), l-ewwel u t-tieni subparagrafi tal-Artikolu 13(8), u l-Artikolu 13(14) u (15) għandhom japplikaw mill-1 ta' Diċembru 2018.
▼M4
L-Artikolu 2, il-punti (27) sa (31), l-Artikoli 6a sa 6d, l-Artikolu 16(3), l-Artikolu 17a, l-Artikolu 20(4), u l-Anness Ib għandu japplika sal-31 ta’ Diċembru 2027.
▼B
|
|
ANNESS I Kooperazzjoni reġjonali
|
ANNESS I
Kooperazzjoni reġjonali
Il-gruppi ta’ riskju tal-Istati Membri li jservu bħala l-bażi għall-kooperazzjoni assoċjata ma’ riskju kif imsemmi fl-Artikolu 3(7) huma dawn li ġejjin:
1.
Grupp ta’ riskju tal-provvista tal-LNG:
(a)
il-Belġju, il-Bulgarija, iċ-Ċekja, id-Danimarka, il-Ġermanja, l-Estonja, l-Irlanda, il-Greċja, Spanja, Franza, il-Kroazja, l-Italja, Ċipru, il-Latvja, il-Litwanja, il-Lussemburgu, l-Ungerija, Malta, in-Netherlands, l-Awstrija, il-Polonja, il-Portugall, ir-Rumanija, is-Slovenja, is-Slovakkja, il-Finlandja, l-Iżvezja.
2.
Grupp ta’ riskju tal-provvista tal-gass tal-Baħar tat-Tramuntana:
(b)
il-Belġju, iċ-Ċekja, id-Danimarka, il-Ġermanja, l-Estonja, l-Irlanda, Franza, il-Latvja, il-Litwanja, il-Lussemburgu, in-Netherlands, l-Awstrija, il-Polonja, il-Finlandja, l-Iżvezja.
3.
Gruppi ta’ riskju tal-provvista tal-gass tat-Tramuntana tal-Afrika:
(c)
Spanja, Franza, l-Italja, Malta, l-Awstrija, il-Portugall, is-Slovenja.
4.
Grupp ta’ riskju tal-provvista tal-gass tax-Xlokk:
(d)
il-Bulgarija, iċ-Ċekja, il-Greċja, il-Kroazja, l-Italja, Ċipru, l-Ungerija, l-Awstrija, ir-Rumanija, is-Slovenja, is-Slovakkja.
|
|
ANNESS Ib Responsabbiltà kondiviża għall-mira tal-mili u għat-trajettorja għall-mili
|
ANNESS Ib
Responsabbiltà kondiviża għall-mira tal-mili u għat-trajettorja għall-mili
Fir-rigward tal-mira tal-mili u tat-trajettorja għall-mili skont l-Artikolu 6a, ir-Repubblika Slovakka u ċ-Ċekja jikkondividu r-responsabbiltà fir-rigward tal-faċilitajiet tal-ħżin ta’ Dolní Bojanovice. Il-proporzjon eżatt u l-firxa ta’ dik ir-responsabbiltà tar-Repubblika Slovakka u taċ-Ċekja huma soġġetti għal ftehim bilaterali ta’ dawk l-Istati Membri.
Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 13 u f’konformità mal-Artikolu 11(6), il-punt (b), ir-Repubblika Slovakka u ċ-Ċekja għandhom jiżguraw li, meta tiġi ddikjarata kriżi skont dan ir-Regolament, ma tiġi introdotta l-ebda miżura li taffettwa l-faċilità tal-ħżin ta’ Dolní Bojanovice li x’aktarx tipperikola serjament is-sitwazzjoni tal-provvista tal-gass jew x’aktarx timmina l-kapaċità tal-impriżi tal-gass naturali li jfornu l-gass lill-klijenti protetti f’konformità mal-istandard nazzjonali tal-provvista tal-gass.
|
|
ANNESS II
|
ANNESS II
Kalkolu tal-formula N – 1
1.
Definizzjoni tal-formula N – 1
Il-formula N – 1 tiddeskrivi l-ħila tal-kapaċità teknika tal-infrastruttura tal-gass li tissodisfa d-domanda totali ta' gass fiż-żona kkalkolata f'każ ta' interruzzjoni tal-akbar infrastruttura unika tal-gass matul ġurnata ta' domanda eċċezzjonalment għolja ta' gass li għandha probabbiltà statistika li sseħħ darba kull 20 sena.
L-infrastruttura tal-gass għandha tkopri n-netwerk tat-trasmissjoni tal-gass inklużi l-interkonnessjonijiet, kif ukoll il-faċilitajiet ta' produzzjoni, LNG u ħżin konnessi maż-żona kkalkolata.
Il-kapaċità teknika tal-kumplament tal-infrastruttura tal-gass kollha disponibbli f'każ ta' interruzzjoni tal-akbar infrastruttura unika tal-gass trid għandha tal-inqas daqs it-total tad-domanda ta' gass ta' kuljum taż-żona kkalkolata waqt ġurnata ta' domanda eċċezzjonalment għolja ta' gass li għandha probabbiltà statistika li sseħħ darba kull 20 sena.
Ir-riżultati tal-formula N – 1, kif ikkalkolati hawn taħt, għandhom tal-inqas ikunu ugwali għal 100 %.
2.
Metodu ta' kalkolu tal-formula N – 1
, N – 1 ≥ 100 % Il-parametri użati għall-kalkolu għandhom ikunu deskritti u ġustifikati b'mod ċar.
Għall-kalkolu tal-EPm, għandha tiġi pprovduta lista dettaljata tal-punti ta' dħul u l-kapaċità individwali tagħhom.
3.
Definizzjonijiet tal-parametri tal-formula N – 1
“Żona kkalkolata” tfisser żona ġeografika li għaliha hija kkalkolata l-formula N – 1, kif iddeterminat mill-awtorità kompetenti.
Definizzjoni fin-naħa tad-domanda
“Dmax
” tfisser it-total tad-domanda ta' gass ta' kuljum (f'mcm/d) taż-żona kkalkolata waqt ġurnata ta' domanda eċċezzjonalment għolja ta' gass li għandha probabbiltà statistika li sseħħ darba kull 20 sena.
Definizzjonijiet tan-naħa tal-provvista
“EPm
”: kapaċità teknika ta' punti ta' dħul (f'mcm/d), minbarra l-faċilitajiet ta' produzzjoni, LNG u ħżin koperti b'Pm, LNGm u Sm, tfisser it-total tal-kapaċità teknika tal-punti kollha ta' dħul tal-fruntiera li huma kapaċi jipprovdu gass liż-żona kkalkolata.
“Pm
”: kapaċità massimali tal-produzzjoni teknika (f'mcm/d) tfisser it-total tal-kapaċità massimali tal-produzzjoni teknika ta' kuljum tal-faċilitajiet kollha tal-produzzjoni tal-gass li jista' jitwassal sal-punti ta' dħul fiż-żona kkalkolata.
“Sm
”: kapaċità teknika massimali ta' twassil ta' ħżin (f'mcm/d) tfisser it-total tal-kapaċità massimali tal-irtirar tekniku ta' kuljum tal-faċilitajiet kollha ta' ħżin li tista' titwassal lejn il-punti ta' dħul taż-żona kkalkolata, filwaqt li jitqiesu l-karatteristiċi fiżiċi rispettivi tagħhom.
“LNGm
”: kapaċità massimali tal-faċilità teknika tal-LNG (f'mcm/d) tfisser it-total tal-kapaċitajiet tekniċi massimali tal-bgħit ta' kuljum mill-faċilitajiet kollha tal-LNG fiż-żona kkalkolata, filwaqt li jitqiesu l-elementi kritiċi bħall-ħatt, is-servizzi anċillari, il-ħżin temporanju u r-rigassifikazzjoni tal-LNG kif ukoll kapaċità ta' bgħit teknika lejn is-sistema.
“Im
” tfisser il-kapaċità teknika tal-akbar infrastruttura unika tal-gass (f'mcm/d) bl-ogħla kapaċità li tipprovdi liż-żona kkalkolata. Meta diversi infrastrutturi tal-gass ikunu konnessi ma' infrastruttura tal-gass komuni upstream jew downstream u ma jistgħux jitħaddmu separatament, dawn għandhom jiġu kkunsidrati bħala infrastruttura unika tal-gass.
4.
Kalkolu tal-formula N – 1 bl-użu tal-miżuri fin-naħa tad-domanda
, N – 1 ≥ 100 %
Definizzjoni fin-naħa tad-domanda
“Deff
” tfisser il-parti (f'mcm/d) ta' Dmax li f'każ ta' interruzzjoni tal-provvista tal-gass tista' tiġi koperta biżżejjed u fil-ħin b'miżuri fin-naħa tad-domanda u bbażati fuq is-suq f'konformità mal-punt (c) tal-Artikolu 9(1) u l-Artikolu 5(2).
5.
Kalkolu tal-formula N – 1 f'livell reġjonali
Iż-żona kkalkolata msemmija fil-punt 3 għandha tiġi estiża għal-livell reġjonali adatt, fejn ikun applikabbli, kif determinat mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri kkonċernati. Il-kalkolu jista' jiġi estiż ukoll għal-livell reġjonali tal-grupp ta' riskju, jekk dan jintlaħaq qbil dwaru mal-awtoritajiet kompetenti tal-grupp ta' riskju. Għall-kalkolu tal-formula N – 1 f'livell reġjonali, għandha tintuża l-akbar infrastruttura unika tal-gass ta' interess komuni. L-akbar infrastruttura unika tal-gass ta' interess komuni għal reġjun għandha tkun l-ikbar infrastruttura tal-gass fir-reġjun li direttament jew indirettament tikkontribwixxi għall-provvista tal-gass tal-Istati Membri ta' dak ir-reġjun u għandha tiġi ddefinita fil-valutazzjoni tar-riskju.
Il-kalkolu tal-formula N – 1 fil-livell reġjonali jista' jissostitwixxi l-kalkolu tal-formula N – 1 fil-livell nazzjonali biss fejn l-akbar infrastruttura unika tal-gass ta' interess komuni hija ta' importanza kbira għall-provvista tal-gass għall-Istati Membri kollha kkonċernati skont il-valutazzjoni tar-riskju komuni.
Fil-livell tal-grupp ta' riskju, għall-kalkoli msemmija fl-Artikolu 7(4), għandha tintuża l-akbar infrastruttura unika tal-gass ta' interess komuni għall-gruppi ta' riskju kif elenkata fl-Anness I.
|
|
ANNESS III
|
ANNESS III
Kapaċità bidirezzjonali permanenti
1. Għall-eżekuzzjoni tad-dispożizzjonijiet stabbiliti f'dan l-Anness, l-awtorità regolatorja nazzjonali tista' taġixxi bħala l-awtorità kompetenti jekk l-Istat Membru jiddeċiedi hekk.
2. Sabiex issir operattiva jew tittejjeb il-kapaċità bidirezzjonali fuq interkonnessjoni jew sabiex tinkiseb jew tiġi estiża eżenzjoni minn dak l-obbligu, l-operaturi tas-sistema ta' trasmissjoni fuq iż-żewġ naħat tal-interkonnessjoni għandhom jippreżentaw lill-awtoritajiet kompetenti tagħhom (“l-awtoritajiet kompetenti kkonċernati”) u lill-awtoritajiet regolatorji tagħhom (“l-awtoritajiet regolatorji kkonċernati”) wara konsultazzjoni mal-operaturi kollha tas-sistema ta' trasmissjoni potenzjalment ikkonċernati:
(a)
proposta sabiex issir operattiva kapaċità fiżika permanenti biex jiġi ttrasportat il-gass fiż-żewġ direzzjonijiet għal kapaċità bidirezzjonali permanenti li tikkonċerna d-direzzjoni opposta (“kapaċità fiżika ta' fluss fid-direzzjoni opposta”); jew
(b)
talba għal eżenzjoni mill-obbligu li ssir operattiva kapaċità bidirezzjonali.
L-operaturi tas-sistema ta' trasmissjoni għandhom jagħmlu ħilithom biex jippreżentaw proposta konġunta jew talba għal eżenzjoni. Fil-każ ta' proposta biex ssir operattiva kapaċità bidirezzjonali, l-operaturi tas-sistema ta' trasmissjoni jistgħu jagħmlu proposta motivata għal allokazzjoni transkonfinali tal-ispejjeż. Tali preżentazzjoni għandha ssir sa mhux aktar tard mill-1 ta' Diċembru 2018 għall-interkonnessjonijiet kollha li jkunu jeżistu fl-1 ta' Novembru 2017, u wara li titlesta l-fażi tal-istudju tal-fattibbiltà iżda qabel il-bidu tal-fażi tad-disinn tekniku dettaljat għal interkonnessjonijiet ġodda.
3. Malli jirċievu l-proposta jew it-talba għal eżenzjoni, l-awtoritajiet kompetenti kkonċernati għandhom jikkonsultaw mingħajr dewmien lill-awtoritajiet kompetenti u, fejn dawn ma jkunux l-awtoritajiet kompetenti, lill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali, tal-Istat Membru li jista', skont il-valutazzjoni tar-riskju, jibbenefika mill-kapaċità ta' fluss fid-direzzjoni opposta, lill-Aġenzija u lill-Kummissjoni dwar il-proposta jew it-talba għal eżenzjoni. L-awtoritajiet ikkonsultati jistgħu jagħtu opinjoni fi żmien erba' xhur minn meta jirċievu t-talba għall-konsultazzjoni.
4. Fi żmien sitt xhur minn meta jirċievu l-proposta konġunta, skont l-Artikolu 5(6) u (7), l-awtoritajiet regolatorji kkonċernati għandhom jieħdu deċiżjonijiet koordinati, wara li jikkonsultaw l-promoturi tal-proġetti kkonċernati, dwar l-allokazzjoni transkonfinali tal-ispejjeż ta' investiment li għandhom jiġġarrbu minn kull operatur tas-sistema ta' trasmissjoni tal-proġett. Fejn l-awtoritajiet regolatorji kkonċernati ma jkunux laħqu ftehim sa dik l-iskadenza, huma għandhom jinfurmaw lill-awtoritajiet kompetenti kkonċernati mingħajr dewmien.
5. L-awtoritajiet kompetenti kkonċernati għandhom, abbażi tal-valutazzjoni tar-riskju, l-informazzjoni elenkata fl-Artikolu 5(5) ta' dan ir-Regolament, l-opinjonijiet li jirċievu wara l-konsultazzjoni skont il-punt 3 ta' dan l-Anness u b'kunsiderazzjoni tas-sigurtà tal-provvista tal-gass u l-kontribut għas-suq intern tal-gass, jieħdu deċiżjoni koordinata. Dik id-deċiżjoni koordinata għandha tittieħed fi żmien xahrejn. Il-perijodu ta' xahrejn għandu jibda jgħodd wara l-perijodu ta' erba' xhur allokat għall-opinjonijiet imsemmija fil-punt 3 ta' dan l-Anness, sakemm l-opinjonijiet kollha ma jkunux ġew riċevuti qabel, jew wara l-perijodu ta' sitt xhur imsemmi fil-punt 4 ta' dan l-Anness għall-awtoritajiet regolatorji kkonċernati biex jadottaw deċiżjoni koordinata. Id-deċiżjoni koordinata għandha:
(a)
taċċetta l-proposta għal kapaċità bidirezzjonali. Tali deċiżjoni għandu jkun fiha analiżi tal-ispejjeż imqabbla mal-benefiċċji, skeda taż-żmien għall-implimentazzjoni u l-arranġamenti għall-użu sussegwenti tagħha u għandha tkun akkumpanjata mid-deċiżjoni koordinata dwar l-allokazzjoni transkonfinali tal-ispejjeż imsemmija fil-punt 4 u għandha titħejja mill-awtoritajiet regolatorji kkonċernati;
(b)
tagħti jew testendi eżenzjoni temporanja għal perijodu massimu ta' erba' snin jekk l-analiżi tal-ispejjeż imqabbla mal-benefiċċji inkluża fid-deċiżjoni turi li l-kapaċità ta' fluss fid-direzzjoni opposta ma żżid is-sigurtà tal-provvista tal-gass tal-ebda Stat Membru rilevanti jew jekk l-ispejjeż ta' investiment jaqbżu b'mod sinifikanti l-benefiċċji prospettivi għas-sigurtà tal-provvista tal-gass; jew
(c)
tirrikjedi lill-operaturi ta' sistemi ta' trasmissjoni jemendaw u jippreżentaw mill-ġdid il-proposta jew it-talba għal eżenzjoni tagħhom f'perijodu massimu ta' erba' xhur.
6. L-awtoritajiet kompetenti kkonċernati għandhom jippreżentaw mingħajr dewmien id-deċiżjoni koordinata lill-awtoritajiet kompetenti u lill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali li jkunu taw opinjoni f'konformità mal-punt 3, lill-awtoritajiet regolatorji kkonċernati, lill-Aġenzija u lill-Kummissjoni u jinkludu l-opinjonijiet li jkunu rċevew wara l-konsultazzjoni skont il-punt 3.
7. Fi żmien xahrejn minn meta jirċievu d-deċiżjoni koordinata, l-awtoritajiet kompetenti msemmijin fil-punt 6 jistgħu jippreżentaw l-oġġezzjonijiet tagħhom għad-deċiżjoni koordinata u jippreżentawhom lill-awtoritajiet kompetenti kkonċernati li jadottawhom, lill-Aġenzija u lill-Kummissjoni. L-oġġezzjonijiet għandhom ikunu limitati għal fatti u valutazzjoni, b'mod partikolari allokazzjoni transkonfinali tal-ispejjeż li ma kinitx soġġetta għal konsultazzjoni skont il-punt 3.
8. Fi żmien tliet xhur minn meta tirċievi d-deċiżjoni koordinata skont il-punt 6, l-Aġenzija għandha tagħti opinjoni dwar l-elementi tad-deċiżjoni koordinata filwaqt li tieħu inkonsiderazzjoni kwalunkwe oġġezzjoni possibbli u tippreżenta l-opinjoni lill-awtoritajiet kompetenti kkonċernati kollha u lill-awtoritajiet kompetenti msemmijin fil-punt 6 u lill-Kummissjoni.
9. Fi żmien erba' xhur minn meta tirċievi l-opinjoni maħruġa mill-Aġenzija skont il-punt 8, il-Kummissjoni tista' tadotta deċiżjoni li titlob modifiki għad-deċiżjoni koordinata. Kwalunkwe tali deċiżjoni tal-Kummissjoni għandha tittieħed abbażi tal-kriterji stipulati fil-punt 5, ir-raġunijiet għad-deċiżjoni tal-awtoritajiet ikkonċernati u l-opinjoni tal-Aġenzija. L-awtoritajiet kompetenti kkonċernati għandhom jikkonformaw mat-talba tal-Kummissjoni billi jemendaw id-deċiżjoni tagħhom fi żmien erba' ġimgħat.
Fil-każ li l-Kummissjoni ma taġixxix fil-perijodu ta' erba' xhur imsemmi hawn fuq, għandu jitqies li hija ma qajmet l-ebda oġġezzjoni għad-deċiżjoni tal-awtoritajiet kompetenti kkonċernati.
10. Jekk l-awtoritajiet kompetenti kkonċernati ma jkunx jistgħu jadottaw deċiżjoni koordinata sal-iskadenza stabbilita fil-punt 5 jew jekk l-awtoritajiet regolatorji kkonċernati ma jkunux jistgħu jilħqu qbil dwar l-allokazzjoni tal-ispejjeż sal-iskadenza stabbilita fil-punt 4, l-awtoritajiet kompetenti kkonċernati għandhom jinfurmaw lill-Aġenzija u lill-Kummissjoni mhux aktar tard mill-jum ta' wara l-iskadenza. Fi żmien erba' xhur minn meta tirċievi dik l-informazzjoni, il-Kummissjoni, wara konsultazzjoni possibbli mal-Aġenzija, għandha tadotta deċiżjoni li tkopri l-elementi kollha ta' deċiżjoni koordinata elenkati fil-punt 5 bl-eċċezzjoni ta' allokazzjoni transkonfinali tal-ispejjeż u għandha tippreżenta dik id-deċiżjoni lill-awtoritajiet kompetenti kkonċernati u lill-Aġenzija.
11. Jekk id-deċiżjoni tal-Kummissjoni skont il-punt 10 ta' dan l-Anness tirrikjedi kapaċità bidirezzjonali, l-Aġenzija għandha tadotta deċiżjoni li tkopri l-allokazzjoni transkonfinali tal-ispejjeż f'konformità mal-Artikolu 5(7) ta' dan ir-Regolament fi żmien tliet xhur minn meta tirċievi d-deċiżjoni tal-Kummissjoni. Qabel tieħu tali deċiżjoni, l-Aġenzija għandha tikkonsulta mal-awtoritajiet regolatorji kkonċernati u mal-operaturi tas-sistemi ta' trasmissjoni. Il-perijodu ta' tliet xhur jista' jiġi estiż b'perijodu addizzjonali ta' xahrejn fejn l-Aġenzija jkollha titlob informazzjoni addizzjonali. Il-perijodu addizzjonali għandu jibda fil-jum wara r-riċezzjoni tal-informazzjoni kompluta.
12. Il-Kummissjoni, l-Aġenzija, l-awtoritajiet kompetenti, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali u l-operaturi tas-sistemi ta' trasmissjoni għandhom iżommu l-kunfidenzjalità ta' informazzjoni kummerċjalment sensittiva.
13. L-eżenzjonijiet mill-obbligu li ssir operattiva kapaċità bidirezzjonali mogħtija taħt ir-Regolament (UE) Nru 994/2010 għandhom jibqgħu validi sakemm il-Kummissjoni jew l-Istat Membru kkonċernat l-ieħor ma jitlobx reviżjoni jew sakemm ma jiskadix il-perijodu ta' żmien tagħhom.
|
|
ANNESS IV
|
ANNESS IV
Mudell għall-valutazzjoni tar-riskju komuni
Il-mudell li ġej għandu jimtela b'lingwa miftiehma fil-grupp ta' riskju.
Informazzjoni ġenerali
—
L-Istati Membri fil-grupp ta' riskju
—
L-isem tal-awtoritajiet kompetenti responsabbli mit-tħejjija tal-valutazzjoni tar-riskju (
9
)
1.
Deskrizzjoni tas-sistema
Agħti deskrizzjoni qasira tas-sistema tal-gass tal-grupp ta' riskju, li tkopri:
(a)
iċ-ċifri ewlenin tal-konsum tal-gass (
10
): il-konsum finali annwali tal-gass (bcm) u t-tqassim skont it-tip ta' klijenti (
11
), l-ogħla domanda (total u tqassim skont il-kategorija ta' klijenti f'mcm/d);
(b)
deskrizzjoni tal-funzjonament tas-sistema tal-gass fil-grupp ta' riskju: il-flussi ewlenin (dħul/ħruġ/transitu), il-kapaċità tal-punti ta' dħul/ħruġ tal-infrastruttura lejn u barra mir-reġjun u għal kull Stat Membru, inkluż ir-rata ta' użu, il-faċilitajiet tal-LNG (il-kapaċità massimali ta' kuljum, ir-rata ta' użu u r-reġim ta' aċċess), eċċ.;
(c)
tqassim, sa fejn possibbli, tas-sorsi ta' importazzjoni ta' gass skont il-pajjiż ta' oriġini (
12
);
(d)
deskrizzjoni tar-rwol tal-faċilitajiet ta' ħżin rilevanti għall-grupp ta' riskju, inkluż aċċess transkonfinali:
(i)
il-kapaċità ta' ħżin (gass totali u gass attiv) meta mqabbla mad-domanda fl-istaġun tat-tisħin;
(ii)
il-kapaċità massimali tal-irtirar ta' kuljum f'livelli differenti ta' mili (idealment fil-livell ta' ħażniet sħaħ u l-livell tal-aħħar tal-istaġun);
(e)
deskrizzjoni tar-rwol ta' produzzjoni domestika fil-grupp ta' riskju:
(i)
il-volum tal-produzzjoni fir-rigward tal-konsum finali annwali tal-gass;
(ii)
il-kapaċità massimali ta' produzzjoni ta' kuljum;
(f)
deskrizzjoni tar-rwol tal-gass fil-produzzjoni tal-elettriku (eż. importanza, rwol bħala riżerva għal sorsi ta' enerġija rinnovabbli), inkluż il-kapaċità ta' ġenerazzjoni tal-elettriku mill-ħruq tal-gass (total (MWe) u bħala perċentwal tal-kapaċità ta' ġenerazzjoni tal-elettriku totali) u koġenerazzjoni (total (MWe) u bħala perċentwal tal-kapaċità ta' ġenerazzjoni tal-elettriku totali).
2.
Standard tal-infrastruttura (Artikolu 5)
Iddeskrivi l-kalkoli tal-formula jew formuli N – 1 f'livell reġjonali għall-grupp ta' riskju, jekk ikun hemm qbil dwar dan mal-awtoritajiet kompetenti tal-grupp ta' riskju, u l-kapaċitajiet bidirezzjonali eżistenti, kif ġej:
(a)
Formula N – 1
(i)
l-identifikazzjoni tal-akbar infrastruttura unika tal-gass ta' interess komuni għall-grupp ta' riskju;
(ii)
il-kalkolu tal-formula N – 1 f'livell reġjonali;
(iii)
deskrizzjoni tal-valuri użati għall-elementi kollha fil-formula N – 1, inklużi ċifri intermedji użati għall-kalkolu (eż. għal EPm indika l-kapaċità għall-punti ta' dħul kollha kkunsidrati taħt dan il-parametru);
(iv)
indikazzjoni tal-metodoloġiji u s-suppożizzjonijiet użati, jekk ikun il-każ, għall-kalkolu tal-parametri fil-formula N – 1 (eż. Dmax) (uża annessi għal spjegazzjonijiet dettaljati);
(b)
kapaċità bidirezzjonali
(i)
indika l-punti ta' interkonnessjoni mgħammra bil-kapaċità bidirezzjonali u l-kapaċità massimali ta' flussi bidirezzjonali;
(ii)
indika l-arranġamenti li jirregolaw l-użu tal-kapaċità ta' fluss fid-direzzjoni opposta (eż. kapaċità interrompibbli);
(iii)
indika l-punti ta' interkonnessjoni fejn tkun ingħatat eżenzjoni f'konformità mal-Artikolu 5(4), it-tul tal-eżenzjoni u r-raġunijiet li għaliha ngħatat.
3.
Identifikazzjoni tar-riskji
Iddeskrivi l-akbar riskju transnazzjonali li għalih inħoloq il-grupp kif ukoll il-fatturi ta' riskju f'diversi okkażjonijiet li jistgħu jwasslu sabiex jimmaterjalizza ruħu dak ir-riskju, il-probabbiltà li jseħħu l-konsegwenzi tagħhom.
Lista mhux eżawrjenti tal-fatturi ta' riskju li għandhom jiġu inklużi fil-valutazzjoni jekk applikabbli biss skont l-awtorità kompetenti rilevanti:
(a)
politiku
—
interruzzjoni tal-provvista tal-gass minn pajjiżi terzi minħabba raġunijiet differenti,
—
inkwiet politiku (jew fil-pajjiż ta' oriġini jew fil-pajjiż ta' transitu),
—
gwerra/gwerra ċivili (jew fil-pajjiż ta' oriġini jew fil-pajjiż ta' transitu),
(b)
teknoloġiku
—
nirien (interni f'faċilità partikolari),
—
nuqqas ta' manutenzjoni adegwata,
—
ħsara fit-tagħmir (ma jistax jinxtegħel, ħsara meta jkun qiegħed jitħaddem, eċċ.),
—
nuqqas ta' elettriku (jew sors ta' enerġija ieħor),
—
ħsara fl-ICT (ħsara fil-hardware jew fis-software, l-Internet, problemi SCADA, eċċ.),
—
impatt minħabba xogħol tal-iskavar (tħaffir, ġbir f'munzell), xogħlijiet tal-art, eċċ..;
(c)
kummerċjali/suq/finanzjarju
—
ftehimiet ma' fornituri minn pajjiżi terzi,
—
kontroll ta' infrastruttura rilevanti għas-sigurtà tal-provvista tal-gass minn entitajiet ta' pajjiżi terzi, li jista' jimplika, fost l-oħrajn, riskji ta' nuqqas ta' investiment, theddida għad-diversifikazzjoni jew nuqqas ta' ħarsien tad-dritt tal-Unjoni,
—
volatilità tal-prezzijiet,
—
domanda għolja f'daqqa mhux mistennija,
—
riskji oħrajn li jistgħu jwasslu għal nuqqas ta' riżultati strutturali;
(d)
soċjali
—
strajks (f'setturi relatati differenti, bħas-settur tal-gass, tal-portijiet, tat-trasport, eċċ.);
(e)
naturali
—
għargħar (xita qawwija, xmara),
—
kundizzjonijiet ta' temp estremi,
—
nirien (esterni għall-faċilità, bħal foresti fil-qrib, mergħat, eċċ.).
Analiżi
(a)
iddeskrivi l-akbar riskju transnazzjonali u kwalunkwe fattur ta' riskju rilevanti ieħor għall-grupp ta' riskju, inklużi l-probabbiltà u l-impatt tagħhom kif ukoll l-interazzjoni u l-korrelazzjoni tar-riskji fost l-Istati Membri, kif adatt;
(b)
iddeskrivi l-kriterji użati biex tiddetermina jekk sistema hijiex esposta għal riskji kbar/inaċċettabbli;
(c)
stabbilixxi lista ta' xenarji ta' riskji rilevanti skont is-sorsi ta' riskji u iddeskrivi kif saret l-għażla;
(d)
indika l-limitu sa fejn ix-xenarji mħejjija mill-ENTSOG ġew ikkunsidrati.
4.
Analiżi u valutazzjoni tar-riskju
Analizza s-sett ta' xenarji ta' riskju rilevanti identifikati fil-punt 3. Fis-simulazzjoni tax-xenarji ta' riskju inkludi l-miżuri eżistenti għas-sigurtà tal-provvista, bħal, l-istandard tal-infrastruttura kkalkukat bl-użu tal-formula N – 1 kif stabbilita fil-punt 2 tal-Anness II, jekk ikun il-każ, u l-istandard tal-provvista tal-gass. Skont ix-xenarju ta' riskju:
(a)
iddeskrivi fid-dettall ix-xenarju ta' riskju, inklużi s-suppożizzjonijiet kollha u, jekk applikabbli, il-metodoloġiji sottostanti għall-kalkolu tagħhom;
(b)
iddeskrivi fid-dettall ir-riżultati tas-simulazzjoni li tkun saret, inkluża kwantifikazzjoni tal-impatt (eż. volumi ta' gass li ma tqassamx, l-impatt soċjoekonomiku, l-impatt fuq it-tisħin distrettwali, l-impatt fuq il-ġenerazzjoni tal-elettriku).
5.
Konklużjonijiet
Iddeskrivi r-riżultati ewlenin tal-valutazzjoni tar-riskju komuni, inkluża l-identifikazzjoni tax-xenarji tar-riskju li jeħtieġu iktar azzjoni.
|
|
ANNESS V
|
ANNESS V
Mudell għall-valutazzjoni tar-riskju nazzjonali
Informazzjoni ġenerali
Isem tal-awtorità kompetenti responsabbli mit-tħejjija ta' din il-valutazzjoni tar-riskju (
13
).
1.
Deskrizzjoni tas-sistema
|
1.1.
|
Agħti deskrizzjoni konsolidata li tiddeskrivi fil-qosor is-sistema tal-gass reġjonali għal kull grupp ta' riskju (
14
) li fih jipparteċipa Stat Membru, li tkopri:
(a)
iċ-ċifri ewlenin tal-konsum tal-gass (
15
): il-konsum finali annwali tal-gass (bcm u MWh) u t-tqassim skont it-tip ta' klijenti (
16
), l-ogħla domanda (total u tqassim skont il-kategorija ta' klijenti f'mcm/d);
(b)
deskrizzjoni tal-funzjonament tas-sistema jew sistemi tal-gass fil-grupp ta' riskju rilevanti: il-flussi ewlenin (dħul/ħruġ/transitu), il-kapaċità tal-punti ta' dħul/ħruġ tal-infrastruttura lejn u barra mir-reġjun jew reġjuni tal-gruppi ta' riskju u għal kull Stat Membru, inkluż ir-rata ta' użu, il-faċilitajiet tal-LNG (il-kapaċità massimali ta' kuljum, ir-rata ta' użu u r-reġim ta' aċċess), eċċ.
(c)
tqassim, sa fejn possibbli, tal-perċentwali ta' sorsi ta' importazzjoni ta' gass skont il-pajjiż ta' oriġini (
17
);
(d)
deskrizzjoni tar-rwol tal-faċilitajiet ta' ħżin rilevanti għall-grupp ta' riskju, inkluż aċċess transkonfinali:
(i)
il-kapaċità ta' ħżin (gass totali u gass attiv) meta mqabbla mad-domanda fl-istaġun tat-tisħin;
(ii)
il-kapaċità massimali tal-irtirar ta' kuljum f'livelli differenti ta' mili (idealment bil-ħażniet sħaħ u bil-livelli tal-aħħar tal-istaġun);
(e)
deskrizzjoni tar-rwol ta' produzzjoni domestika fil-grupp jew gruppi ta' riskju:
(i)
il-volum tal-produzzjoni fir-rigward tal-konsum finali annwali tal-gass;
(ii)
il-kapaċità massimali ta' produzzjoni ta' kuljum u deskrizzjoni ta' kif din tista' tkopri l-konsum massimu ta' kuljum;
(f)
deskrizzjoni tar-rwol tal-gass fil-produzzjoni tal-elettriku (eż. importanza, rwol bħala riżerva għal sorsi ta' enerġija rinnovabbli), inkluż il-kapaċità ta' ġenerazzjoni tal-elettriku mill-ħruq tal-gass (total (MWe) u bħala perċentwal tal-kapaċità ta' ġenerazzjoni tal-elettriku totali) u koġenerazzjoni (total (MWe) u bħala perċentwal tal-kapaċità ta' ġenerazzjoni tal-elettriku totali).
|
|
1.2.
|
Agħti deskrizzjoni qasira tas-sistema tal-gass tal-Istat Membru, li tkopri:
(a)
iċ-ċifri ewlenin tal-konsum tal-gass: il-konsum finali annwali tal-gass (bcm) u t-tqassim skont it-tip ta' klijenti, l-ogħla domanda (mcm/d);
(b)
deskrizzjoni tal-funzjonament tas-sistema tal-gass fil-livell nazzjonali, inkluż l-infrastruttura (sa fejn mhux kopert mill-punt 1.1.(b)). Jekk applikabbli, inkludi s-sistema L-gas;
(c)
identifikazzjoni tal-infrastruttura prinċipali rilevanti għas-sigurtà tal-provvista tal-gass;
(d)
tqassim, sa fejn possibbli, fil-livell nazzjonali ta' sorsi ta' importazzjoni ta' gass skont il-pajjiż ta' oriġini;
(e)
deskrizzjoni tar-rwol tal-ħżin u inkludi:
(i)
il-kapaċità ta' ħżin (totali u attiva) meta mqabbla mad-domanda fl-istaġun tat-tisħin;
(ii)
il-kapaċità massimali tal-irtirar ta' kuljum f'livelli differenti ta' mili (idealment fil-livell ta' ħażniet sħaħ u l-livell tal-aħħar tal-istaġun);
(f)
deskrizzjoni tar-rwol tal-produzzjoni domestika u inkludi:
(i)
il-volum tal-produzzjoni fir-rigward tal-konsum finali annwali tal-gass;
(ii)
il-kapaċità massimali ta' produzzjoni ta' kuljum;
(g)
deskrizzjoni tar-rwol tal-gass fil-produzzjoni tal-elettriku (eż. importanza, rwol bħala riżerva għal sorsi ta' enerġija rinnovabbli), inkluż il-kapaċità ta' ġenerazzjoni tal-elettriku mill-ħruq tal-gass (total (MWe) u bħala perċentwal tal-kapaċità ta' ġenerazzjoni tal-elettriku totali) u koġenerazzjoni (total (MWe) u bħala perċentwal tal-kapaċità ta' ġenerazzjoni tal-elettriku totali).
|
2.
Standard tal-infrastruttura (Artikolu 5)
Iddeskrivi kif jiġi osservat l-istandard tal-infrastruttura, inklużi l-valuri ewlenin użati fil-formula N – 1 u għażliet alternattivi għall-osservanza tiegħu (ma' Stati Membri konnessi direttament, miżuri fin-naħa tad-domanda) u kapaċitajiet bidirezzjonali eżistenti, kif ġej:
(a)
Formula N – 1
(i)
l-identifikazzjoni tal-akbar infrastruttura unika tal-gass;
(ii)
il-kalkolu tal-formula N – 1 f'livell nazzjonali;
(iii)
deskrizzjoni tal-valuri użati għall-elementi kollha fil-formula N – 1, inklużi l-valuri intermedji użati għall-kalkolu tagħhom (eż. għal EPm indika l-kapaċità għall-punti ta' dħul kollha kkunsidrati taħt dan il-parametru);
(iv)
indikazzjoni tal-metodoloġiji użati, jekk ikun il-każ, għall-kalkolu tal-parametri fil-formula N – 1 (eż. Dmax) (uża annessi għal spjegazzjonijiet dettaljati);
(v)
spjegazzjoni tar-riżultati tal-kalkolu tal-formula N – 1 filwaqt li tqis il-livelli tal-ħażniet fi 30 % u 100 % tal-volum ta' ħidma massimu;
(vi)
spjegazzjoni tar-riżultati ewlenin tas-simulazzjoni tal-formula N – 1 bl-użu ta' mudell idrawliku;
(vii)
jekk l-Istat Membru jiddeċiedi hekk, kalkolu tal-formula N – 1 li tuża miżuri fin-naħa tad-domanda:
—
kalkolu tal-formula N – 1 skont il-punt 2 tal-Anness II,
—
deskrizzjoni tal-valuri użati għall-elementi kollha fil-formula N – 1, inklużi ċifri intermedji użati għall-kalkolu (jekk differenti miċ-ċifri deskritti fil-punt 2(a)(iii),
—
indika l-metodoloġiji użati, jekk ikun il-każ, għall-kalkolu tal-parametri fil-formula N – 1 (eż. Dmax) (uża annessi għal spjegazzjonijiet dettaljati,
—
spjega l-miżuri bbażati fuq is-suq fin-naħa tad-domanda adottati/li ser jiġu adottati biex jikkumpensaw interruzzjoni tal-provvista tal-gass u l-impatt mistenni tagħha (Deff),
(viii)
jekk ikun hemm qbil dwar dan mal-awtoritajiet kompetenti tal-grupp jew gruppi ta' riskju rilevanti jew ma' Stati Membri konnessi direttament, il-kalkolu jew kalkoli konġunti tal-formula N – 1:
—
kalkolu tal-formula N – 1 skont il-punt 5 tal-Anness II,
—
deskrizzjoni tal-valuri użati għall-elementi kollha fil-formula N – 1, inklużi ċifri intermedji użati għall-kalkolu (jekk differenti miċ-ċifri deskritti fil-punt 2(a)(iii),
—
indika l-metodoloġiji u s-suppożizzjonijiet użati, jekk ikun il-każ, għall-kalkolu tal-parametri fil-formula N – 1 (eż. Dmax) (uża annessi għal spjegazzjonijiet dettaljati),
—
spjega l-arranġamenti miftiehma biex tiżgura osservanza tal-formula N – 1;
(b)
kapaċità bidirezzjonali:
(i)
indika l-punti ta' interkonnessjoni mgħammra bil-kapaċità bidirezzjonali u l-kapaċità massimali ta' flussi bidirezzjonali;
(ii)
indika l-arranġamenti li jirregolaw l-użu tal-kapaċità ta' fluss fid-direzzjoni opposta (eż. kapaċità interrompibbli);
(iii)
indika l-punti ta' interkonnessjoni fejn tkun ingħatat eżenzjoni f'konformità mal-Artikolu 5(4), it-tul tal-eżenzjoni u r-raġunijiet li għaliha ngħatat.
3.
Identifikazzjoni tar-riskji
Iddeskrivi l-fatturi ta' riskju li jista' jkollhom impatt negattiv fuq is-sigurtà tal-provvista tal-gass fl-Istat Membru, il-probabbiltà u l-konsegwenzi tagħhom.
Lista mhux eżawrjenti tat-tipi ta' fatturi ta' riskju li għandhom jiġu inklużi fil-valutazzjoni jekk applikabbli biss skont l-awtorità kompetenti:
(a)
politiku
—
interruzzjoni tal-provvista tal-gass minn pajjiżi terzi minħabba raġunijiet differenti,
—
inkwiet politiku (jew fil-pajjiż ta' oriġini jew fil-pajjiż ta' transitu),
—
gwerra/gwerra ċivili (jew fil-pajjiż ta' oriġini jew fil-pajjiż ta' transitu),
(b)
teknoloġiku:
—
nirien (interni f'faċilità partikolari),
—
nuqqas ta' manutenzjoni adegwata,
—
ħsara fit-tagħmir (ma jistax jinxtegħel, ħsara meta jkun qiegħed jitħaddem, eċċ.),
—
nuqqas ta' elettriku (jew sors ta' enerġija ieħor),
—
ħsara fl-ICT (ħsara fil-hardware jew fis-software, l-Internet, problemi SCADA, eċċ.),
—
impatt minħabba xogħol tal-iskavar (tħaffir, ġbir f'munzell), xogħlijiet tal-art, eċċ.
(c)
kummerċjali/suq/finanzjarju:
—
ftehimiet ma' fornituri minn pajjiżi terzi,
—
kontroll ta' infrastruttura rilevanti għas-sigurtà tal-provvista tal-gass minn entitajiet ta' pajjiżi terzi, li jista' jimplika, fost l-oħrajn, riskji ta' nuqqas ta' investiment, theddida għad-diversifikazzjoni jew nuqqas ta' ħarsien tad-dritt tal-Unjoni,
—
volatilità tal-prezzijiet,
—
domanda għolja f'daqqa mhux mistennija,
—
riskji oħrajn li jistgħu jwasslu għal nuqqas ta' riżultati strutturali;
(d)
soċjali:
—
strajks (f'setturi relatati differenti, bħas-settur tal-gass, tal-portijiet, tat-trasport, eċċ.),
(e)
naturali:
—
għargħar (xita qawwija, xmara),
—
kundizzjonijiet ta' temp estremi,
—
nirien (esterni għall-faċilità, bħal foresti fil-qrib, mergħat, eċċ.),
Analiżi:
(a)
identifika l-fatturi ta' riskju rilevanti għall-Istat Membru, inklużi l-probabbiltà u l-impatt tagħhom;
(b)
iddeskrivi l-kriterji użati biex tiddetermina jekk sistema hijiex esposta għal riskji kbar/inaċċettabbli;
(c)
stabbilixxi lista ta' xenarji ta' riskju rilevanti skont il-fatturi ta' riskju u l-probabbiltà tagħhom u iddeskrivi kif saret l-għażla.
4.
Analiżi u valutazzjoni tar-riskju:
Analizza s-sett ta' xenarji ta' riskju rilevanti identifikati fil-punt 3. Fis-simulazzjoni tax-xenarji ta' riskju inkludi l-miżuri eżistenti għas-sigurtà tal-provvista tal-gass, bħall-istandard tal-infrastruttura kkalkulat bl-użu tal-formula N – 1 kif stabbilit fil-punt 2 tal-Anness II, u l-istandard tal-provvista tal-gass. Skont ix-xenarju ta' riskju:
(a)
iddeskrivi fid-dettall ix-xenarju ta' riskju, inklużi s-suppożizzjonijiet kollha u, jekk applikabbli, il-metodoloġiji sottostanti għall-kalkolu tagħhom;
(b)
iddeskrivi fid-dettall ir-riżultati tas-simulazzjoni li twettqet, inkluża kwantifikazzjoni tal-impatt (eż. volumi ta' gass li ma tqassamx, l-impatt soċjoekonomiku, l-impatt fuq it-tisħin distrettwali, l-impatt fuq il-ġenerazzjoni tal-elettriku).
5.
Konklużjonijiet
Iddeskrivi r-riżultati ewlenin tal-valutazzjoni tar-riskju komuni li fiha l-Istati Membri kienu involuti, inkluża l-identifikazzjoni tax-xenarji ta' riskju li jeħtieġu iktar azzjoni.
|
|
ANNESS VI
|
ANNESS VI
Mudell għall-pjan ta' azzjoni preventiva
Informazzjoni ġenerali
—
L-Istati Membri fil-grupp ta' riskju
—
L-isem tal-awtorità kompetenti responsabbli mit-tħejjija tal-pjan (
18
)
1.
Deskrizzjoni tas-sistema
|
1.1.
|
Agħti deskrizzjoni konsolidata li tiddeskrivi fil-qosor is-sistema tal-gass reġjonali għal kull grupp (
19
) ta' riskju li fih jipparteċipaw l-Istat Membri, li tkopri:
(a)
iċ-ċifri ewlenin tal-konsum tal-gass (
20
): il-konsum finali annwali tal-gass (bcm) u t-tqassim skont it-tip ta' klijenti (
21
), l-ogħla domanda (total u tqassim skont il-kategorija ta' klijenti f'mcm/d);
(b)
deskrizzjoni tal-funzjonament tas-sistema tal-gass fil-gruppi ta' riskju: il-flussi ewlenin (dħul/ħruġ/transitu), il-kapaċità tal-punti ta' dħul/ħruġ tal-infrastruttura lejn u barra mir-reġjun jew reġjuni tal-grupp ta' riskju u għal kull Stat Membru, inklużi r-rata ta' użu, il-faċilitajiet tal-LNG (il-kapaċità massimali ta' kuljum, ir-rata ta' użu u r-reġim ta' aċċess), eċċ.;
(c)
tqassim, sa fejn possibbli, tas-sorsi ta' importazzjoni ta' gass skont il-pajjiż ta' oriġini (
22
);
(d)
deskrizzjoni tar-rwol tal-faċilitajiet ta' ħżin rilevanti għar-reġjun, inkluż aċċess transkonfinali:
(i)
il-kapaċità ta' ħżin (gass totali u gass attiv) meta mqabbla mad-domanda fl-istaġun tat-tisħin;
(ii)
il-kapaċità massimali tal-irtirar ta' kuljum f'livelli differenti ta' mili (idealment fil-livell ta' ħażniet sħaħ u l-livell tal-aħħar tal-istaġun);
(e)
deskrizzjoni tar-rwol tal-produzzjoni domestika fir-reġjun:
(i)
il-volum tal-produzzjoni fir-rigward tal-konsum finali annwali tal-gass;
(ii)
il-kapaċità massimali ta' produzzjoni ta' kuljum;
(f)
deskrizzjoni tar-rwol tal-gass fil-produzzjoni tal-elettriku (eż. importanza, rwol bħala riżerva għal sorsi ta' enerġija rinnovabbli), inkluż il-kapaċità ta' ġenerazzjoni tal-elettriku mill-ħruq tal-gass (total (MWe) u bħala perċentwal tal-kapaċità ta' ġenerazzjoni tal-elettriku totali) u koġenerazzjoni (total (MWe) u bħala perċentwal tal-kapaċità ta' ġenerazzjoni tal-elettriku totali);
(g)
deskrizzjoni tar-rwol tal-miżuri ta' effiċjenza enerġetika u l-effett tagħhom fuq il-konsum finali ta' gass annwali,
|
|
1.2.
|
Agħti deskrizzjoni qasira tas-sistema tal-gass għal kull Stat Membru, li tkopri:
(a)
iċ-ċifri ewlenin tal-konsum tal-gass: il-konsum finali annwali tal-gass (bcm) u t-tqassim skont it-tip ta' klijenti, l-ogħla domanda (mcm/d);
(b)
deskrizzjoni tal-funzjonament tas-sistema tal-gass fil-livell nazzjonali, inkluż l-infrastruttura (sa fejn mhux kopert mill-punt 1.1.(b));
(c)
l-identifikazzjoni tal-infrastruttura prinċipali rilevanti għas-sigurtà tal-provvista;
(d)
tqassim, sa fejn possibbli, fil-livell nazzjonali ta' sorsi ta' importazzjoni ta' gass skont il-pajjiż ta' oriġini;
(e)
deskrizzjoni tar-rwol tal-ħżin fl-Istat Membru u inkludi:
(i)
il-kapaċità ta' ħżin (totali u attiva) meta mqabbla mad-domanda fl-istaġun tat-tisħin;
(ii)
il-kapaċità massimali tal-irtirar ta' kuljum f'livelli differenti ta' mili (idealment fil-livell ta' ħażniet sħaħ u l-livell tal-aħħar tal-istaġun);
(f)
deskrizzjoni tar-rwol tal-produzzjoni domestika u inkludi:
(i)
il-volum tal-produzzjoni fir-rigward tal-konsum finali annwali tal-gass;
(ii)
il-kapaċità massimali ta' produzzjoni ta' kuljum;
(g)
deskrizzjoni tar-rwol tal-gass fil-produzzjoni tal-elettriku (eż. importanza, rwol bħala riżerva għal sorsi ta' enerġija rinnovabbli), inkluż il-kapaċità ta' ġenerazzjoni tal-elettriku mill-ħruq tal-gass (total (MWe) u bħala perċentwal tal-kapaċità ta' ġenerazzjoni tal-elettriku totali) u koġenerazzjoni (total (MWe) u bħala perċentwal tal-kapaċità ta' ġenerazzjoni tal-elettriku totali);
(h)
deskrizzjoni tar-rwol tal-miżuri ta' effiċjenza enerġetika u l-effett tagħhom fuq il-konsum finali ta' gass annwali.
|
2.
Sommarju tal-valutazzjoni tar-riskju
Iddeskrivi fil-qosor ir-riżultati tal-valutazzjoni tar-riskju komuni u nazzjonali rilevanti li twettqet f'konformità mal-Artikolu 7, inklużi:
(a)
lista tax-xenarji vvalutati u deskrizzjoni fil-qosor tas-suppożizzjonijiet applikati għal kull wieħed kif ukoll ir-riskji/in-nuqqasijiet identifikati;
(b)
il-konklużjonijiet ewlenin tal-valutazzjoni tar-riskju.
3.
Standard tal-infrastruttura (Artikolu 5)
Iddeskrivi kif jiġi osservat l-istandard tal-infrastruttura, inklużi l-valuri ewlenin użati fil-formula N – 1 u għażliet alternattivi għall-osservanza tiegħu (ma' Stati Membri ġirien, miżuri fin-naħa tad-domanda) u kapaċitajiet bidirezzjonali eżistenti, kif ġej:
3.1. Formula N – 1
(i)
identifikazzjoni tal-akbar infrastruttura unika tal-gass ta' interess komuni għar-reġjun;
(ii)
kalkolu tal-formula N – 1 f'livell reġjonali;
(iii)
deskrizzjoni tal-valuri użati għall-elementi kollha fil-formula N – 1, inklużi ċifri intermedji użati għall-kalkolu (eż. għal EPm indika l-kapaċità għall-punti ta' dħul kollha kkunsidrati taħt dan il-parametru);
(iv)
indikazzjoni tal-metodoloġiji u s-suppożizzjonijiet użati, jekk ikun il-każ, għall-kalkolu tal-parametri fil-formula N – 1 (eż. Dmax) (uża annessi għal spjegazzjonijiet dettaljati).
3.2. Livell nazzjonali
(a)
Formula N – 1
(i)
identifikazzjoni tal-akbar infrastruttura unika tal-gass;
(ii)
kalkolu tal-formula N – 1 f'livell nazzjonali;
(iii)
deskrizzjoni tal-valuri użati għall-elementi kollha fil-formula N – 1, inklużi l-valuri intermedji użati għall-kalkolu (eż. għal EPm indika l-kapaċità għall-punti ta' dħul kollha kkunsidrati taħt dan il-parametru);
(iv)
indikazzjoni tal-metodoloġiji użati, jekk ikun il-każ, għall-kalkolu tal-parametri fil-formula N – 1 (eż. Dmax) (uża annessi għal spjegazzjonijiet dettaljati);
(v)
jekk l-Istati Membri jiddeċiedu hekk, kalkolu tal-formula N – 1 li tuża miżuri fin-naħa tad-domanda:
—
il-kalkolu tal-formula N – 1 skont il-punt 2 tal-Anness II;
—
deskrizzjoni tal-valuri użati għall-elementi kollha fil-formula N – 1, inklużi ċifri intermedji użati għall-kalkolu (jekk differenti miċ-ċifri deskritti fil-punt 3(a)(iii) ta' dan l-Anness);
—
indikazzjoni tal-metodoloġiji użati, jekk ikun il-każ, għall-kalkolu tal-parametri fil-formula N – 1 (eż. Dmax) (uża annessi għal spjegazzjonijiet dettaljati);
—
spjegazzjoni tal-miżuri bbażati fuq is-suq fin-naħa tad-domanda adottati/li ser jiġu adottati biex jikkumpensaw interruzzjoni tal-provvista tal-gass u l-impatt mistenni tagħha (Deff);
(vi)
jekk ikun hemm qbil dwar dan mal-awtoritajiet kompetenti tal-grupp jew gruppi ta' riskju rilevanti jew ma' Stati Membri konnessi direttament, il-kalkolu jew kalkoli konġunti tal-formula N – 1:
—
il-kalkolu tal-formula N – 1 skont il-punt 5 tal-Anness II;
—
deskrizzjoni tal-valuri użati għall-elementi kollha fil-formula N – 1, inklużi valuri intermedji użati għall-kalkolu (jekk differenti miċ-ċifri deskritti fil-punt 3(a)(iii) ta' dan l-Anness);
—
indikazzjoni tal-metodoloġiji u s-suppożizzjonijiet użati, jekk ikun il-każ, għall-kalkolu tal-parametri fil-formula N – 1 (eż. Dmax) (uża annessi għal spjegazzjonijiet dettaljati);
—
spjegazzjoni tal-arranġamenti miftiehma biex tiżgura l-osservanza tal-formula N – 1.
(b)
kapaċità bidirezzjonali
(i)
indika l-punti ta' interkonnessjoni mgħammra bil-kapaċità bidirezzjonali u l-kapaċità massimali ta' flussi bidirezzjonali;
(ii)
indika l-arranġamenti li jirregolaw l-użu tal-kapaċità ta' fluss fid-direzzjoni opposta (eż. kapaċità interrompibbli);
(iii)
indika l-punti ta' interkonnessjoni fejn tkun ingħatat eżenzjoni f'konformità mal-Artikolu 5(4), it-tul tal-eżenzjoni u r-raġunijiet li għaliha ngħatat.
4.
Osservanza tal-istandard tal-provvista (l-Artikolu 6)
Iddeskrivi l-miżuri adottati biex jiġi osservat l-istandard tal-provvista kif ukoll kwalunkwe standard tal-provvista tal-gass miżjud jew obbligu ieħor impost għal raġunijiet ta' sigurtà tal-provvista tal-gass:
(a)
definizzjoni ta' klijenti protetti applikata, inklużi kategoriji ta' klijenti koperti u l-konsum ta' gass annwali tagħhom (skont il-kategorija, valur nett u perċentwal tal-konsum annwali finali nazzjonali tal-gass);
(b)
volumi ta' gass meħtieġa biex jiġi osservat l-istandard tal-provvista skont ix-xenarji deskritti fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 6(1);
(c)
kapaċità meħtieġa biex jiġi osservat l-istandard tal-provvista skont ix-xenarji deskritti fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 6(1);
(d)
miżura jew miżuri fis-seħħ biex jiġi osservat l-istandard tal-provvista:
(i)
deskrizzjoni tal-miżura jew miżuri;
(iii)
fejn tkun teżisti, iddeskrivi kwalunkwe sistema ta' monitoraġġ ex ante għall-osservanza tal-istandard tal-provvista;
(iv)
Reġim ta' sanzjonijiet, jekk applikabbli;
(v)
iddeskrivi, għal kull miżura:
—
l-impatt ekonomiku, l-effikaċja u l-effiċjenza tal-miżura,
—
l-impatt tal-miżura fuq l-ambjent,
—
l-impatt tal-miżuri fuq il-klijent,
(vi)
fejn jiġu applikati miżuri mhux ibbażati fuq is-suq (għal kull miżura):
—
iġġustifika għaliex il-miżura hija neċessarja (jiġifieri, għaliex is-sigurtà tal-provvista ma tistax tinkiseb permezz ta' miżuri bbażati fuq is-suq waħdu),
—
iġġustifika għaliex il-miżura hija proporzjonata (jiġifieri, għaliex il-miżura mhux ibbażata fuq is-suq hija l-inqas mezz restrittiv biex jinkiseb l-effett maħsub),
—
ipprovdi analiżi tal-impatti ta' tali miżura:
(1)
fuq sigurtà tal-provvista ta' Stati Membri oħra;
(vii)
fejn miżuri ġew introdotti fi jew wara l-1 ta' Novembru 2017, jekk jogħġbok agħti sommarju qasir tal-valutazzjoni tal-impatt jew link għall-valutazzjoni tal-impatt pubblika tal-miżura/i li twettqu f'konformità mal-Artikolu 9(4);
(e)
jekk applikabbli, iddeskrivi kwalunkwe standard tal-provvista tal-gass miżjud jew obbligu ieħor impost għal raġunijiet ta' sigurtà tal-provvista tal-gass:
(i)
deskrizzjoni tal-miżura jew miżuri;
(ii)
mekkaniżmi biex tnaqqasha għal valuri tas-soltu fi spirtu ta' solidarjetà u f'konformità mal-Artikolu 13;
(iii)
jekk applikabbli, iddeskrivi kwalunkwe standard tal-provvista tal-gass ġdid miżjud jew obbligu ieħor impost għal raġunijiet ta' sigurtà tal-provvista tal-gass adottat fi jew wara s-1 ta' Novembru 2017;
(v)
volumi u kapaċitajiet ta' gass affettwati;
(vi)
indika kif dik il-miżura tikkonforma mal-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 6(2).
5.
Miżuri preventivi
Iddeskrivi l-miżuri preventivi fis-seħħ jew li ser jiġu adottati:
(a)
Iddeskrivi kull miżura preventiva adottata għal kull riskju identifikat skont il-valutazzjoni tar-riskju, inkluża deskrizzjoni ta':
(i)
id-dimensjoni nazzjonali jew reġjonali tagħhom;
(ii)
l-impatt ekonomiku, l-effikaċja u l-effiċjenza tagħhom;
(iii)
l-impatt tagħhom fuq il-klijenti.
Fejn adatt, inkludi:
—
miżuri biex ittejjeb l-interkonnessjonijiet bejn Stati Membri ġirien;
—
miżuri biex tiddiversifika r-rotot tal-gass u s-sorsi ta' provvista;
▼M3
—
miżuri li jevitaw l-ikkapparrar tal-kapaċità;
▼B
—
Miżuri biex tipproteġi l-infrastruttura prinċipali rilevanti għas-sigurtà tal-provvista fir-rigward tal-kontroll minn entitajiet ta' pajjiżi terzi (inkluż, fejn rilevanti, liġijiet li janalizzaw l-investiment ġenerali jew speċifiku għas-settur, drittijiet speċjali għal ċerti azzjonisti, eċċ.);
(b)
Iddeskrivi miżuri oħrajn adottati għal raġunijiet oħra minbarra l-valutazzjoni tar-riskju iżda b'impatt pożittiv għas-sigurtà tal-provvista tal-Istat Membru fil-grupp jew gruppi ta' riskju rilevanti.
(c)
Fejn jiġu applikati miżuri mhux ibbażati fuq is-suq (għal kull miżura):
(i)
iġġustifika għaliex il-miżura hija neċessarja (jiġifieri, għaliex is-sigurtà tal-provvista ma tistax tinkiseb permezz ta' miżuri bbażati fuq is-suq waħdu);
(ii)
iġġustifika għaliex il-miżura hija proporzjonata (jiġifieri, għaliex il-miżura mhux ibbażata fuq is-suq hija l-inqas mezz restrittiv biex jinkiseb l-effett maħsub);
(iii)
ipprovdi analiżi tal-impatt ta' tali miżura:
—
iġġustifika għaliex il-miżura hija neċessarja (jiġifieri, għaliex is-sigurtà tal-provvista ma tistax tinkiseb permezz ta' miżuri bbażati fuq is-suq waħdu);
—
iġġustifika għaliex il-miżura hija proporzjonata (jiġifieri, għaliex il-miżura mhux ibbażata fuq is-suq hija l-inqas mezz restrittiv biex jinkiseb l-effett maħsub);
—
ipprovdi analiżi tal-impatt ta' tali miżura:
(1)
fuq sigurtà tal-provvista ta' Stati Membri oħra;
(4)
spjega sa fejn miżuri ta' effiċjenza, inkluż fin-naħa tad-domanda, ġew ikkunsidrati li jżidu s-sigurtà tal-provvista;
(5)
spjega sa fejn is-sorsi ta' enerġija rinnovabbli ġew ikkunsidrati li jżidu s-sigurtà tal-provvista.
6.
Miżuri u obbligi oħrajn (eż. tħaddim sigur tas-sistema)
Iddeskrivi miżuri u obbligi oħrajn li ġew imposti fuq impriżi tal-gass naturali u korpi rilevanti oħrajn li x'aktarx jista' jkollhom impatt fuq is-sigurtà tal-provvista tal-gass, bħal obbligi għat-tħaddim sigur tas-sistema, inkluż min jiġi affettwat b'dak l-obbligu kif ukoll il-volumi ta' gass koperti. Spjega preċiżament meta u kif dawk il-miżuri japplikaw.
7.
Proġetti infrastrutturali
(a)
iddeskrivi proġetti infrastrutturali futuri, li jinkludu Proġetti ta' Interessi Komuni, fil-gruppi ta' riskju rilevanti, inkluż il-ħin stmat għat-tħaddim tagħhom, il-kapaċitajiet u l-impatt stmat fuq is-sigurtà tal-provvista tal-gass fil-grupp ta' riskju;
(b)
indika kif il-proġetti infrastrutturali jieħu inkonsiderazzjoni t-TYNDP fl-Unjoni kollha elaborat mill-ENTSOG skont l-Artikolu 8(10) tar-Regolament (KE) Nru 715/2009.
8.
Obbligi tas-servizz pubbliku relatati mas-sigurtà tal-provvista
Indika l-obbligi tas-servizz pubbliku eżistenti relatati mas-sigurtà tal-provvista u ddeskrivihom fil-qosor (uża l-annessi għal informazzjoni iktar dettaljata). Spjega b'mod ċar min għandu josserva dawn l-obbligi u kif. Jekk applikabbli, iddeskrivi kif u meta jibdew japplikaw dawk l-obbligi tas-servizz pubbliku.
9.
Konsultazzjonijiet mal-partijiet ikkonċernati
F'konformità mal-Artikolu 8(2) ta' dan ir-Regolament, iddeskrivi l-mekkaniżmu użat għall-konsultazzjonijiet imwettqa u r-riżultati tagħhom, għall-iżvilupp ta' dan il-pjan kif ukoll għall-pjan ta' emerġenza, flimkien ma':
(b)
organizzazzjonijiet rilevanti li jirrappreżentaw l-interessi tal-unitajiet domestiċi;
(c)
organizzazzjonijiet rilevanti li jirrappreżentaw l-interessi ta' klijenti industrijali tal-gass, inklużi l-produtturi tal-elettriku;
(d)
awtorità regolatorja nazzjonali.
10.
Dimensjoni reġjonali
Indika kwalunkwe ċirkostanza u miżura nazzjonali rilevanti għas-sigurtà tal-provvista u mhux koperta fit-taqsimiet preċedenti tal-pjan.
Indika kif ġew ikkunsidrati l-kummenti possibbli riċevuti wara l-konsultazzjoni deskritta fl-Artikolu 8(2).
11.1. Kalkolu ta' N – 1 fil-livell tal-grupp ta' riskju jekk dan intlaħaq qbil dwaru mill-awtoritajiet kompetenti tal-grupp ta' riskju
Formula N – 1
(a)
identifikazzjoni tal-akbar infrastruttura unika ta' interess komuni għall-grupp ta' riskju;
(b)
kalkolu tal-formula N – 1 fil-livell tal-grupp ta' riskju;
(c)
deskrizzjoni tal-valuri użati għall-elementi kollha fil-formula N – 1, inklużi ċifri intermedji użati għall-kalkolu (eż. għal EPm indika l-kapaċità għall-punti ta' dħul kollha kkunsidrati taħt dan il-parametru);
(d)
indikazzjoni tal-metodoloġiji u s-suppożizzjonijiet użati, jekk ikun il-każ, għall-kalkolu tal-parametri fil-formula N – 1 (eż. Dmax) (uża annessi għal spjegazzjonijiet dettaljati).
11.2. Mekkaniżmi żviluppati għall-kooperazzjoni
Iddeskrivi l-mekkaniżmi użati għall-kooperazzjoni fost l-Istati Membri fil-gruppi ta' riskju rilevanti, inkluż għall-iżvilupp ta' miżuri transkonfinali fil-pjan ta' azzjoni preventiva u l-pjan ta' emerġenza.
Iddeskrivi l-mekkaniżmi użati għall-kooperazzjoni ma' Stati Membri oħrajn fit-tfassil u l-adozzjoni tad-dispożizzjonijiet meħtieġa għall-applikazzjoni tal-Artikolu 13.
11.3. Miżuri preventivi
Iddeskrivi l-miżuri preventivi fis-seħħ jew li ser jiġu adottati fil-grupp ta' riskju jew b'riżultat ta' ftehimiet reġjonali:
(a)
Iddeskrivi kull miżura preventiva adottata għal kull riskju identifikat skont il-valutazzjoni tar-riskju, inkluża deskrizzjoni ta':
(i)
l-impatt tagħhom fl-Istati Membri tal-grupp ta' riskju;
(ii)
l-impatt ekonomiku, l-effikaċja u l-effiċjenza tagħhom;
(iii)
l-impatt tagħhom fuq l-ambjent;
(iv)
l-impatt tagħhom fuq il-klijenti.
Fejn adatt, inkludi:
—
miżuri biex ittejjeb l-interkonnessjonijiet bejn Stati Membri ġirien,
—
miżuri biex tiddiversifika r-rotot tal-gass u s-sorsi ta' provvista,
▼M3
—
miżuri li jevitaw l-ikkapparrar tal-kapaċità;
▼B
—
miżuri biex tipproteġi l-infrastruttura prinċipali rilevanti għas-sigurtà tal-provvista fir-rigward tal-kontroll minn entitajiet ta' pajjiżi terzi (inkluż, fejn rilevanti, liġijiet li janalizzaw l-investiment ġenerali jew speċifiku għas-settur, drittijiet speċjali għal ċerti azzjonisti, eċċ.);
(b)
iddeskrivi miżuri oħrajn adottati għal raġunijiet oħra minbarra l-valutazzjoni tar-riskju iżda b'impatt pożittiv għas-sigurtà tal-provvista tal-grupp ta' riskju.
(c)
fejn jiġu applikati miżuri mhux ibbażati fuq is-suq (għal kull miżura):
(i)
iġġustifika għaliex il-miżura hija neċessarja (jiġifieri, għaliex is-sigurtà tal-provvista ma tistax tinkiseb permezz ta' miżuri bbażati fuq is-suq waħdu);
(ii)
iġġustifika għaliex il-miżura hija proporzjonata (jiġifieri, għaliex il-miżura mhux ibbażata fuq is-suq hija l-inqas mezz restrittiv biex jinkiseb l-effett maħsub);
(iii)
ipprovdi analiżi tal-impatt ta' tali miżura:
—
iġġustifika għaliex il-miżura hija neċessarja (jiġifieri, għaliex is-sigurtà tal-provvista ma tistax tinkiseb permezz ta' miżuri bbażati fuq is-suq waħdu);
—
iġġustifika għaliex il-miżura hija proporzjonata (jiġifieri, għaliex il-miżura mhux ibbażata fuq is-suq hija l-inqas mezz restrittiv biex jinkiseb l-effett maħsub),
—
ipprovdi analiżi tal-impatt ta' tali miżura:
(1)
fuq sigurtà tal-provvista ta' Stati Membri oħra;
(d)
spjega sa fejn miżuri ta' effiċjenza, inkluż fin-naħa tad-domanda, ġew ikkunsidrati li jżidu s-sigurtà tal-provvista;
(e)
spjega sa fejn is-sorsi ta' enerġija rinnovabbli ġew ikkunsidrati li jżidu s-sigurtà tal-provvista.
|
|
ANNESS VII
|
ANNESS VII
Mudell għall-pjan ta' emerġenza
Informazzjoni ġenerali
L-isem tal-awtorità kompetenti responsabbli għat-tħejjija ta' dan il-pjan (
23
)
1.
Definizzjoni ta' livelli ta' kriżi
(a)
indika l-korp responsabbli għad-dikjarazzjoni ta' kull livell ta' kriżi u l-proċeduri li għandhom jiġu segwiti f'kull każ għal tali dikjarazzjonijiet;
(b)
fejn ikunu jeżistu, inkludi hawn l-indikaturi jew il-parametri użati biex tikkunsidra jekk każ jistax jirrizulta f'deterjorament sinifikanti tas-sitwazzjoni tal-provvista u biex tiddeċiedi dwar id-dikjarazzjoni ta' ċertu livell ta' kriżi.
2.
Miżuri li għandhom jiġu adottati skont il-livell ta' kriżi (
24
)
2.1. Twissija Bikrija
Iddeskrivi l-miżuri li għandhom jiġu applikati f'dan l-istadju, filwaqt li tindika, għal kull miżura:
(i)
deskrizzjoni qasira tal-miżura u l-atturi ewlenin involuti;
(ii)
deskrizzjoni tal-proċedura li trid tiġi segwita, jekk applikabbli;
(iii)
indikazzjoni tal-kontribut mistenni mill-miżura biex tlaħħaq mal-impatt ta' kwalunkwe avveniment jew tipprepara bil-quddiem qabel ma jseħħ;
(iv)
deskrizzjoni tal-flussi ta' informazzjoni fost l-atturi involuti.
2.2. Livell ta' Allert
(a)
iddeskrivi l-miżuri li għandhom jiġu applikati f'dan l-istadju, filwaqt li tindika, għal kull miżura:
(i)
deskrizzjoni qasira tal-miżura u l-atturi ewlenin involuti;
(ii)
deskrizzjoni tal-proċedura li trid tiġi segwita, jekk applikabbli;
(iii)
indikazzjoni tal-kontribut mistenni mill-miżura biex tlaħħaq mas-sitwazzjoni tal-livell ta' allert;
(iv)
deskrizzjoni tal-flussi ta' informazzjoni fost l-atturi involuti;
(b)
iddeskrivi l-obbligi ta' rappurtar imposti fuq l-impriżi tal-gass naturali f'livell ta' allert.
2.3. Livell ta' emerġenza
(a)
stabbilixxi lista tal-azzjonijiet predefiniti fin-naħa tal-provvista u tad-domanda biex il-gass ikun disponibbli f'każ ta' emerġenza, inklużi l-ftehimiet kummerċjali bejn il-partijiet involuti f'azzjonijiet bħal dawn u l-mekkaniżmi ta' kumpens għall-impriżi tal-gass naturali fejn adatt;
(b)
iddeskrivi l-miżuri bbażati fuq is-suq li għandhom jiġu applikati f'dan l-istadju, filwaqt li tindika, għal kull miżura:
(i)
deskrizzjoni qasira tal-miżura u l-atturi ewlenin involuti;
(ii)
deskrizzjoni tal-proċedura li trid tiġi segwita;
(iii)
indikazzjoni tal-kontribut mistenni mill-miżura biex tittaffa s-sitwazzjoni fil-livell ta' emerġenza;
(iv)
deskrizzjoni tal-flussi ta' informazzjoni fost l-atturi involuti;
(c)
iddeskrivi l-miżuri mhux ibbażati fuq is-suq ippjanati jew li għandhom jiġu implimentati għal-livell ta' emerġenza, u indika, għal kull miżura:
(i)
deskrizzjoni qasira tal-miżura u l-atturi ewlenin involuti;
(ii)
valutazzjoni tal-ħtieġa ta' tali miżura biex tiffaċċa kriżi, inkluż il-livell tal-użu tagħha;
(iii)
deskrizzjoni fid-dettall il-proċedura ta' implimentazzjoni tal-miżura (eż. xi jwassal għall-introduzzjoni ta' din il-miżura, min jieħu d-deċiżjoni);
(iv)
indikazzjoni tal-kontribut mistenni mill-miżura biex tittaffa s-sitwazzjoni fil-livell ta' emerġenza bħala komplement għal miżuri bbażati fuq is-suq;
(v)
valutazzjoni ta' effetti oħra tal-miżura;
(vi)
ġustifikazzjoni tal-konformità tal-miżura mal-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 11(6);
(vii)
deskrizzjoni tal-flussi ta' informazzjoni fost l-atturi involuti;
(d)
iddeskrivi l-obbligi ta' rappurtar imposti fuq l-impriżi tal-gass naturali.
3.
Miżuri speċifiċi għall-elettriku u t-tisħin distrettwali
(a)
tisħin distrettwali
(i)
indika fil-qosor l-impatt probabbli ta' interruzzjoni tal-provvista tal-gass fis-settur tat-tisħin distrettwali;
(ii)
indika l-miżuri u l-azzjonijiet li għandhom jittieħdu biex jitnaqqas l-impatt potenzjali ta' interruzzjoni tal-provvista tal-gass fuq it-tisħin distrettwali. Inkella, indika għaliex l-adozzjoni ta' miżuri speċifiċi mhijiex adatta;
(b)
provvista ta' elettriku ġġenerat mill-gass
(i)
indika fil-qosor l-impatt probabbli ta' interruzzjoni tal-provvista tal-gass fis-settur tal-elettriku;
(ii)
indika l-miżuri u l-azzjonijiet li għandhom jittieħdu biex jitnaqqas l-impatt potenzjali ta' interruzzjoni tal-provvista tal-gass fuq is-settur tal-elettriku. Alternattivament, indika għaliex l-adozzjoni ta' miżuri speċifiċi mhijiex adatta;
(iii)
indika l-mekkaniżmi/id-dispożizzjonijiet eżistenti biex tiġi żgurata koordinazzjoni adatta, inkluż l-iskambju ta' informazzjoni, bejn l-atturi ewlenin fis-settur tal-gass u dak tal-elettriku, b'mod partikolari l-operaturi tas-sistema ta' trasmissjoni, f'livelli differenti ta' kriżi.
4.
Maniġer jew tim ta' kriżi
Indika min huwa l-maniġer tal-kriżi u ddefinixxi r-rwol tiegħu.
5.
Rwoli u responsabbiltajiet ta' atturi differenti
(a)
skont il-livell ta' kriżi, iddefinixxi r-rwoli u r-responsabbiltajiet, inklużi l-interazzjonijiet mal-awtoritajiet kompetenti u, fejn adatt, mal-awtorità regolatorja nazzjonali, ta':
(i)
impriżi tal-gass naturali;
(iii)
produtturi tal-elettriku rilevanti;
(b)
għal kull livell ta' kriżi, iddefinixxi r-rwoli u r-responsabbiltajiet tal-awtoritajiet kompetenti u l-korpi li lilhom ġew iddelegati l-kompiti.
6.
Miżuri rigward konsum żejjed minn klijenti li mhumiex klijenti protetti
Iddeskrivi l-miżuri fis-seħħ għall-prevenzjoni sa fejn possibbli u mingħajr ma jiġi pperikolat it-tħaddim sikur u affidabbli tas-sistema tal-gass jew il-ħolqien ta' sitwazzjonijiet perikolużi, il-konsum minn klijenti li mhumiex klijenti protetti ta' provvista tal-gass maħsuba għal klijenti protetti matul emerġenza. Indika n-natura tal-miżura (amministrattiva, teknika, eċċ.), l-atturi ewlenin u l-proċeduri li jridu jiġu segwiti.
7.
Testijiet ta' emerġenza
(a)
indika l-kalendarju għas-simulazzjonijiet b'rispons f'ħin reali għal sitwazzjonijiet ta' emerġenza;
(b)
indika l-atturi involuti, il-proċeduri u x-xenarji konkreti b'impatt qawwi u medju simulati.
Għall-aġġornamenti tal-pjan ta' emerġenza: iddeskrivi fil-qosor it-testijiet imwettqa minn meta l-aħħar pjan ta' emerġenza kien ippreżentat u r-riżultati ewlenin. Indika liema miżuri ġew adottati b'riżultat ta' dawk it-testijiet.
8.
Dimensjoni Reġjonali
8.1. Miżuri li għandhom jiġu adottati skont il-livell ta' kriżi:
8.1.1. Twissija Bikrija:
iddeskrivi l-miżuri li għandhom jiġu applikati f'dan l-istadju, filwaqt li tindika, għal kull miżura:
(i)
deskrizzjoni qasira tal-miżura u l-atturi ewlenin involuti;
(ii)
deskrizzjoni tal-proċedura li trid tiġi segwita, jekk applikabbli;
(iii)
indikazzjoni tal-kontribut mistenni mill-miżura biex tlaħħaq mal-impatti ta' kwalunkwe avveniment jew tipprepara bil-quddiem qabel ma jseħħ;
(iv)
deskrizzjoni tal-flussi ta' informazzjoni fost l-atturi involuti.
8.1.2. Livell ta' Allert:
(a)
iddeskrivi l-miżuri li għandhom jiġu applikati f'dan l-istadju, filwaqt li tindika, għal kull miżura:
(i)
deskrizzjoni qasira tal-miżura u l-atturi ewlenin involuti;
(ii)
deskrizzjoni tal-proċedura li trid tiġi segwita, jekk applikabbli;
(iii)
indikazzjoni tal-kontribut mistenni mill-miżura biex tlaħħaq mal-impatti ta' kwalunkwe avveniment jew tipprepara bil-quddiem qabel ma jseħħ;
(iv)
deskrizzjoni tal-flussi ta' informazzjoni fost l-atturi involuti;
(b)
iddeskrivi l-obbligi ta' rappurtar imposti fuq l-impriżi tal-gass naturali f'livell ta' allert.
8.1.3. Livell ta' emerġenza:
(a)
stabbilixxi lista tal-azzjonijiet predefiniti fin-naħa tal-provvista u tad-domanda biex il-gass ikun disponibbli f'każ ta' emerġenza, inklużi l-ftehimiet kummerċjali bejn il-partijiet involuti f'tali azzjonijiet u l-mekkaniżmi ta' kumpens għall-impriżi tal-gass naturali fejn adatt;
(b)
iddeskrivi l-miżuri bbażati fuq is-suq li għandhom jiġu applikati f'dan l-istadju, filwaqt li tindika, għal kull miżura:
(i)
deskrizzjoni qasira tal-miżura u l-atturi ewlenin involuti;
(ii)
deskrizzjoni tal-proċedura li trid tiġi segwita;
(iii)
indikazzjoni tal-kontribut mistenni mill-miżura biex tittaffa s-sitwazzjoni fil-livell ta' emerġenza;
(iv)
deskrizzjoni tal-flussi ta' informazzjoni fost l-atturi involuti;
(c)
iddeskrivi l-miżuri mhux ibbażati fuq is-suq ippjanati jew li għandhom jiġu implimentati għal livell ta' emerġenza, u indika għal kull miżura:
(i)
deskrizzjoni qasira tal-miżura u l-atturi ewlenin involuti;
(ii)
valutazzjoni tal-ħtieġa ta' tali miżura biex tiffaċċa kriżi, inkluż il-livell tal-użu tagħha;
(iii)
deskrizzjoni fid-dettall tal-proċedura ta' implimentazzjoni tal-miżura (eż. xi jwassal għall-introduzzjoni tal-miżura, min jieħu d-deċiżjoni);
(iv)
indikazzjoni tal-kontribut mistenni mill-miżura biex tittaffa s-sitwazzjoni fil-livell ta' emerġenza bħala komplement għal miżuri bbażati fuq is-suq;
(v)
valutazzjoni ta' effetti oħra tal-miżura;
(vi)
ġustifikazzjoni tal-konformità tal-miżura mal-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 11(6);
(vii)
deskrizzjoni tal-flussi ta' informazzjoni fost l-atturi involuti;
(d)
iddeskrivi l-obbligi ta' rappurtar imposti fuq l-impriżi tal-gass naturali.
8.2. Mekkaniżmi ta' kooperazzjoni:
(a)
iddeskrivi l-mekkaniżmi fis-seħħ biex ikun hemm kooperazzjoni f'kull grupp ta riskju rilevanti u biex tiġi żgurata koordinazzjoni adatta għal kull livell ta' kriżi. Iddeskrivi, sa fejn jeżistu u jekk ma ġewx koperti fil-punt 2, il-proċeduri tat-teħid ta' deċiżjonijiet għal reazzjoni adatta f'livell reġjonali f'kull livell ta' kriżi;
(b)
iddeskrivi l-mekkaniżmi fis-seħħ biex ikun hemm kooperazzjoni ma' Stati Membri oħrajn barra mill-gruppi ta' riskju u biex jiġu kkoordinati l-azzjonijiet għal kull livell ta' kriżi.
8.3. Solidarjetà bejn l-Istati Membri:
(a)
iddeskrivi l-arranġamenti miftiehma bejn l-Istati Membri konnessi direttament biex tiġi żgurata l-applikazzjoni tal-prinċipju tas-solidarjetà msemmi fl-Artikolu 13;
(b)
jekk applikabbli, iddeskrivi l-arranġamenti miftiehma bejn l-Istati Membri li huma konnessi direttament ma' xulxin permezz ta' pajjiż terz biex tiġi żgurata l-applikazzjoni tal-prinċipju tas-solidarjetà msemmi fl-Artikolu 13.
|
|
ANNESS VIII
|
ANNESS VIII
Lista ta' miżuri għas-sigurtà tal-provvista tal-gass mhux ibbażati fuq is-suq
Fl-iżvilupp tal-pjan ta' azzjoni preventiva u l-pjan ta' emerġenza, l-awtorità kompetenti għandha tikkunsidra il-kontribut tal-lista ta' miżuri indikattiva u mhux eżawrjenti li ġejjin f'każ ta' xi emerġenza biss:
(a)
miżuri fin-naħa tal-provvista:
—
użu ta' ħżin strateġiku tal-gass,
—
użu obbligatorju ta' ħażniet ta' karburanti alternattivi (eż. f'konformità mad-Direttiva tal-Kunsill 2009/119/KE (
25
)),
—
użu obbligatorju ta' elettriku ġġenerat minn sorsi oħrajn minbarra gass,
—
żieda obbligatorja ta' livelli ta' produzzjoni ta' gass,
—
irtirar obbligatorju tal-ħażniet;
(b)
miżuri fin-naħa tad-domanda:
—
diversi passi ta' tnaqqis obbligatorju fid-domanda li jinkludu:
—
tibdil obbligatorju ta' karburant,
—
użu obbligatorju ta' kuntratti interrompibbli, fejn ma jintużawx kompletament bħala parti minn miżuri bbażati fuq is-suq,
—
tnaqqis kbir obbligatorju tat-tagħbija.
|
|
ANNESS IX
|
ANNESS IX
Tabella ta' korrelazzjoni
|
Ir-Regolament (UE) Nru 994/2010
|
Dan ir-Regolament
|
|
Artikolu 1
|
Artikolu 1
|
|
Artikolu 2
|
Artikolu 2
|
|
Artikolu 3
|
Artikolu 3
|
|
Artikolu 6
|
Artikolu 5
|
|
Artikolu 8
|
Artikolu 6
|
|
Artikolu 9
|
Artikolu 7
|
|
Artikolu 4
|
Artikolu 8
|
|
Artikolu 5
|
Artikolu 9
|
|
Artikolu 10
|
Artikolu 10
|
|
Artikolu 10
|
Artikolu 11
|
|
Artikolu 11
|
Artikolu 12
|
|
—
|
Artikolu 13
|
|
Artikolu 13
|
Artikolu 14
|
|
Artikolu 12
|
Artikolu 4
|
|
—
|
Artikolu 15
|
|
—
|
Artikolu 16
|
|
Artikolu 14
|
Artikolu 17
|
|
—
|
Artikolu 18
|
|
—
|
Artikolu 19
|
|
Artikolu 16
|
Artikolu 20
|
|
Artikolu 15
|
Artikolu 21
|
|
Artikolu 17
|
Artikolu 22
|
|
Anness I
|
Anness II
|
|
Artikolu 7
|
Anness III
|
|
Anness IV
|
Anness I
|
|
—
|
Anness IV
|
|
—
|
Anness V
|
|
—
|
Anness VI
|
|
—
|
Anness VII
|
|
Anness II
|
—
|
|
Anness III
|
Anness VIII
|
|
—
|
Anness IX
|
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|